Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0998

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/998 tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda għall-268 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2017/4172

ĠU L 150, 14.6.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/998/oj

14.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/998

tat-12 ta' Ġunju 2017

li jemenda għall-268 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Id-dejta ta' identifikazzjoni għall-entrata “Al-Nusrah Front for the People of the Levant (magħruf ukoll bħala (a) the Victory Front; (b) Jabhat al-Nusrah; (c) Jabhet al-Nusra; (d) Al-Nusrah Front; (e) Al-Nusra Front; (f) Ansar al-Mujahideen Network; (g) Levantine Mujahideen on the Battlefields of Jihad). Informazzjoni oħra: (a) Jopera fis-Sirja; (b) Preċedentement elenkat bejn it-30 ta' Mejju 2013 u t-13 ta' Mejju 2014, magħruf ukoll bħala tal-Al-Qaida fl-Iraq. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.5.2014.” taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Al-Nusrah Front for the People of the Levant (magħruf ukoll bħala (a) the Victory Front; (b) Jabhat al-Nusrah; (c) Jabhet al-Nusra; (d) Al-Nusrah Front; (e) Al-Nusra Front; (f) Ansar al-Mujahideen Network); (g) Levantine Mujahideen on the Battlefields of Jihad); (h) Jabhat Fath al Sham; (i) Jabhat Fath al-Sham; (j) Jabhat Fath al-Sham; (k) Jabhat Fath al-Sham; (l) Fatah al-Sham Front; (m) Fatah al-Sham Front; (n) Conquest of the Levant Front; (o) The Front for the Liberation of al Sham; (p) Front for the Conquest of Syria/the Levant; (q) Front for the Liberation of the Levant; (r) Front for the Conquest of Syria. Informazzjoni oħra: (a) Jopera fir-Repubblika Għarbija Sirjana, (b) l-Iraq. (c) Preċedentement elenkat bejn it-30 ta' Mejju 2013 u t-13 ta' Mejju 2014, magħruf ukoll bħala tal-Al-Qaida fl-Iraq. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 14.5.2014.”


Top