This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0624
Commission Regulation (EU) 2017/624 of 30 March 2017 amending Annexes II and V to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for bifenazate, daminozide and tolylfluanid in or on certain products (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/624 tat-30 ta' Marzu 2017 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-bifenażat, għad-daminożid u għat-tolilfluwanid f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/2025
ĠU L 93, 6.4.2017, p. 30–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/624
tat-30 ta' Marzu 2017
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-bifenażat, għad-daminożid u għat-tolilfluwanid f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-bifenażat, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għad-daminożid u għat-tolilfluwanid l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness V ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Għall-bifenażat, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs fis-seħħ skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) (2). Bir-Regolament (UE) Nru 79/2014 (3), ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità dwar ir-rieżami tal-MRLs fis-seħħ. |
(3) |
Għas-sustanza daminożid, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs fis-seħħ f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Bir-Regolament (UE) Nru 87/2014 (5), ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità dwar ir-rieżami tal-MRLs fis-seħħ. |
(4) |
Għat-tolilfluwanid, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs fis-seħħ f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/2005 (6). Bir-Regolament (UE) 2015/552 (7), ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità dwar ir-rieżami tal-MRLs fis-seħħ. |
(5) |
Rigward prodotti li fil-każ tagħhom ma ġewx irrappurtati la awtorizzazzjonijiet rilevanti u lanqas tolleranzi tal-importazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea u l-ebda MRL tal-Kodiċi ma kien disponibbli, l-Awtorità kkonkludiet li kienet meħtieġa aktar attenzjoni mill-amministraturi tar-riskji. Filwaqt li tqies l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-MRLs għall-bifenażat ġew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 79/2014 fil-livell speċifiku ta' determinazzjoni u l-MRLs għad-daminożid u għat-tolilfluwanid ġew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 87/2014 u r-Regolament (UE) 2015/552, bl-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li wħud minn dawn l-LODs jiġu adattati. F'każ ta' definizzjonijiet kumplessi tar-residwi ta' diversi komponenti, kull komponent irid jiġi analizzat permezz ta' LOD teknikament fattibbli u kemm jista' jkun baxx. Jekk MRL jiġi stabbilit mal-LOD, dan l-LOD jkun is-somma tal-LODs għall-komponenti kollha tad-definizzjoni tar-residwu. Fir-rigward tal-bifenażat, tad-daminożid u tat-tolilfluanid, id-definizzjoni ta' residwu hija komposta minn komponenti multipli;il-laboratorji msemmija iktar 'l fuq ikkonkludew li, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu analizzati l-komponenti kollha tad-definizzjoni tar-residwu f'livell li huwa teknikament fattibbli, l-MRLs iffissati mal-LOD (is-somma ta' LODs tal-komponenti) għandhom jiżdiedu. |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for bifenazate according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2011;9(12):2484. [48 pp.]
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-bifenażat, il-klorprofam, l-esfenvalerat, il-fludjossonil u t-tijobenkarb f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 27, 30.1.2014, p. 9).
(4) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for daminozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2012;10(4):2650. [16 pp.]
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2014 tal- 31 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għas-sustanzi aċetamiprid, butralin, klorotoluron, daminożid, isoproturon, pikossistrobin, pirimetanil u trineksapak f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 35, 5.2.2014, p. 1).
(6) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for tolylfluanid according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2013;11(7):3300. [37 pp.]
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/552 tas-7 ta' April 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-1,3-dikloropropen, il-bifenoks, id-dimetenammid-P, il-proeżadjon, it-tolilfluwanid u t-trifluralina f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 92, 8.4.2015, p. 20).
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għall-bifenażat tinbidel b'dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
(2) |
Fl-Anness V, il-kolonni għad-daminożid u għat-tolilfluwanid jinbidlu b'dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
(*1) Jindika limitu aktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(**) |
Kombinament tal-kodiċi tal-pestiċida li għaliha japplika l-MRL stabbilit fil-Parti B tal-Anness III. |
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Bifenażat (Is-somma ta' bifenażat flimkien ma' bifenażat-diażen espressa bħala bifenażat) (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-idroliżi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Jannar 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Bifenażat (Is-somma ta' bifenażat flimkien ma' bifenażat-diażen espressa bħala bifenażat) (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-idroliżi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Jannar 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F)= Idub fix-xaħam
Daminożid (Is-somma ta' daminożid u 1,1-dimetil-idrazin (UDHM) espressa bħala daminożid)
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Tolilfluwanid (Is-somma ta' tolilfluwanid u dimetilamminosulfotoluwidid espressa bħala tolilfluwanid) (F) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Tolilfluwanid — kodiċi 1000000 għajr għal 1040000: Dimetilamminosulfotoluwidid |