EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D0465

Id-Deċiżjoni Nru 45/2016 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-1 ta' Marzu 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/465]

ĠU L 72, 17.3.2017, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/465/oj

17.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/72


ID-DEĊIŻJONI Nru 45/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tal-1 ta' Marzu 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/465]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt irid jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet ta' emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerika

James C. SANFORD

Iffirmat f'Washington DC, fit-13 ta' Frar 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmat fi Brussell, fl-1 ta' Marzu 2017


Hemża A

Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

PRIMA RICERCA & SVILUPPO S.r.l.

via Campagna, 92

I-22020 Faloppio (Como)

L-ITALJA


Top