Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0410

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/410 tat-8 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 184/2007 u (UE) Nru 104/2010, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/1475

    ĠU L 63, 9.3.2017, p. 98–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/410/oj

    9.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 63/98


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/410

    tat-8 ta' Marzu 2017

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 184/2007 u (UE) Nru 104/2010, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    BASF SE ppreżentat applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2007 (2) u (UE) Nru 104/2010 (3).

    (2)

    L-applikant isostni li ADDCON akkwistat id-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni minn BASF għad-diformat tal-potassju, l-addittiv tal-għalf, b'effett mill-15 ta' Novembru 2016. L-applikant ippreżenta d-dejta rilevanti li ssostni t-talba tiegħu.

    (3)

    Il-bidla proposta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni hija ta' natura purament amministrattiva u ma hemmx għalfejn titwettaq valutazzjoni ġdida tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

    (4)

    Sabiex ADDCON tkun tista' tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi.

    (5)

    Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 184/2007 u (UE) Nru 104/2010 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (6)

    Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li għamel dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f 'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda fir-Regolament (KE) Nru 184/2007

    Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 184/2007, l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni “BASF SE” huwa sostitwit b'“ADDCON”.

    Artikolu 2

    Emenda fir-Regolament (UE) Nru 104/2010

    Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 104/2010, l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni “BASF SE” huwa sostitwit b'“ADDCON”.

    Artikolu 3

    Miżuri tranżizzjonali

    Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tat-taħlitiet minn qabel u tal-għalf kompost li jkun fihom l-additiv, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2007 tal-20 ta' Frar 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju (Formi LHS) bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010 tal-5 ta' Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ħnieżer ta' sess femminil (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 4).


    Top