Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 32016D2369
Council Decision (EU) 2016/2369 of 11 November 2016 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Protocol of Accession to the Trade Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and Colombia and Peru, of the other part, to take account of the accession of Ecuador
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador
ĠU L 356, 24.12.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
En vigueur
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2369/oj
24.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2369
tal-11 ta' Novembru 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta' Jannar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim kummerċjali multipartitiku f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-Pajjiżi Membri tal-Komunità Andina li kellhom l-istess objettiv li jintlaħaq ftehim kummerċjali ambizzjuż, komprensiv u bbilanċjat. |
(2) |
Fis-26 ta' Ġunju 2012 l-Unjoni ffirmat il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie applikat proviżorjament mill-1 ta' Marzu 2013 għall-Perù u mill-1 ta' Awwissu 2013 għall-Kolombja. |
(3) |
L-Artikolu 329 tal-Ftehim jistipula d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-adeżjoni ta' Pajjiżi Membri oħrajn tal-Komunità Andina għall-Ftehim. |
(4) |
Negozjati għal protokoll ta' adeżjoni mal-Ftehim twettqu bejn l-Unjoni u l-Ekwador f'Lulju 2014. In-negozjati ġew konklużi fis-17 ta' Lulju 2014. |
(5) |
It-test tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, minn naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (“il-Protokoll”) kien approvat mill-Kumitat tal-Kummerċ stabbilit bis-saħħa tal-Ftehim fil-laqgħa tiegħu fit-8 ta' Frar 2016, kif mitlub mill-Artikolu 329(4) tal-Ftehim. |
(6) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u jiġi applikat, fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu. L-Artikolu 27(4) tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tiegħu. Bħala riżultat tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, il-Ftehim għandu japplika b'mod proviżorju. |
(7) |
L-applikazzjoni proviżorja prevista f'din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont it-Trattati. |
(8) |
Il-Protokoll ma għandux jiġi interpretat fis-sens li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-istess Protokoll.
2. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat bejn l-Unjoni u l-Ekwador fuq bażi proviżorja mill-Unjoni kif previst fl-Artikolu 27(4) tiegħu (2), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu. Bħala riżultat, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jiġi applikati fuq bażi proviżorja mill-Unjoni kif previst fl-Artikolu 330(3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, l-Artikolu 202(1) u l-Artikoli 291 u 292 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Il-Protokoll ma għandux jiġi interpretat fis-sens li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.
(2) Id-data minn meta l-Protokoll ser jiġi applikat b'mod proviżorju se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.