This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2231
Council Decision (CFSP) 2016/2231 of 12 December 2016 amending Decision 2010/788/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic Republic of the Congo
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ĠU L 336I, 12.12.2016, p. 7–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 336/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2231
tat-12 ta' Diċembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1). |
(2) |
Fis-17 ta' Ottubru 2016, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jesprimu tħassib serju dwar is-sitwazzjoni politika fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). B'mod partikolari kkundanna bil-qawwa l-atti ta' vjolenza estrema li seħħew fid-19 u l-20 ta' Settembru f'Kinshasa, filwaqt li nnota li dawk l-atti komplew jaggravaw l-istaġnar fil-pajjiż minħabba n-nuqqas li jissejħu elezzjonijiet presidenzjali sal-iskadenza kostituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 2016. |
(3) |
Il-Kunsill saħaq li, sabiex tinħoloq klima favorevoli għad-djalogu u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet, il-Gvern tar-RDK għandu jimpenja ruħu b'mod ċar li jiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt jiġu rrispettati u għandu jwaqqaf kull użu tas-sistema tal-ġustizzja bħala għodda politika. Appella wkoll lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jirrifjutaw l-użu tal-vjolenza. |
(4) |
Il-Kunsill indika wkoll li hu lest li juża l-mezzi kollha disponibbli għalih, inkluż miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, dawk li jippromwovu l-vjolenza u dawk li jippruvaw joħolqu xkiel għal soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-kriżi li tirrispetta l-aspirazzjoni tal-poplu tar-RDK li jeleġġi r-rappreżentanti tiegħu. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minħabba l-involviment f'atti jew l-appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK. Tali atti jinkludu:
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti koperti minn dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness I. 2. Il-miżuri restrittivi kif previst fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra persuni u entitajiet:
kif elenkat fl-Anness II.”; |
(2) |
l-Artikolu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess. 3. Fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1), il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika:
F'każijiet fejn, bis-saħħa ta' dan il-paragrafu, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha. 4. Fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3(2), il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:
5. Il-paragrafu 4 għandu jitqies li japplika wkoll fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). 6. Fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5, hu għandu jinforma debitament lill-Kunsill b'dan. 7. Fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3(2), l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, fosthom id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDK. 8. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata li tkun mogħtija sakemm wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi riċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fejn membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta. 9. Fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 6, 7 jew 8, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minnha.”; |
(3) |
l-Artikolu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Il-fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3 jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikat fl-Anness I u II, għandhom jiġu ffriżati. 2. Ebda fondi, assi finanzjarji oħrajn jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, tal-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom. 3. Fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi li huma:
4. L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istati Membru kkonċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn ikun adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn tali notifika. 5. Fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu. 6. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati lil persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu. 7. Fir-rigward tal-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, eżenzjonijiet jistgħu wkoll jingħataw għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma neċessarji għal finijiet umanitarji, bħall-forniment jew il-faċilitazzjoni tal-forniment ta' għajnuna, inkluż provvisti mediċi u ikel, jew it-trasferiment ta' ħaddiema umanitarji u għajnuna relatata jew għal evakwazzjonijiet mir-RDK. 8. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iżommu lil persuna jew entità elenkata fl-Anness II milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt konkluż qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità tkun ġiet elenkata fih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew II. 9. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
dment li kull tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.”; |
(4) |
l-Artikolu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 1. Il-Kunsill għandu jemenda l-lista li tinsab fl-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 2. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness II.”; |
(5) |
l-Artikolu 7 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 1. Meta l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jinkludi fil-lista persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew l-entità fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, sabiex b'hekk tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet. 2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jagħti lil tali persuna jew entità l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet. 3. Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata b'dan.”; |
(6) |
l-Artikolu 8 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 2. L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 3. L-Anness II għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fih. 4. L-Anness II għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.”; |
(7) |
l-Artikolu 9 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 1. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif xieraq, b'mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. 2. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw sat-12 ta' Diċembru 2017. Għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu.” |
(8) |
l-Anness għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK issa jsir l-Anness I u l-intestaturi f'dak l-Anness huma sostitwiti b'dan li ġej “(a) lista ta' persuni imsemmijin fl-Artikolu 3(1)” u “(b) lista ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).
ANNESS
Jinżied l-Anness li ġej:
“ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3(2)
A. PERSUNI
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għal deżinjazzjoni |
Data tal-Inklużjoni fil-Lista |
1. |
Ilunga Kampete |
magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; magħruf ukoll bħala Hugues Raston Ilunga Kampete. Twieled fl-24.11.1964 f'Lubumbashi, numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29. Nazzjonalità Kongoliża. |
Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR), Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti, f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
2. |
Gabriel Amisi Kumba |
magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; magħruf ukoll bħala “Tango Fort”; magħruf ukoll bħala “Tango Four”. Twieled fit-28.5.1964 f'Malela, numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30. Nazzjonalità Kongoliża. |
Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-armata Kongoliża (FARDC) li l-forzi tagħha ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti, f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
3. |
Ferdinand Ilunga Luyoyo |
Twieled fit-8.3.1973 f'Lubumbashi. Numru tal-passaport: nru OB0260335 (validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016). Nazzjonalità Kongoliża. |
Bħala Kmandant tal-korp għal kontra l-irvellijiet il-Légion Nationale d'Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
4. |
Celestin Kanyama |
magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; magħruf ukoll bħala Kanyama Celestin Cishiku Antoine, magħruf ukoll bħala Kanyama Cishiku Bilolo Célestin, magħruf ukoll bħala Esprit de mort. Twieled fl-4.10.1960 f'Kananga. Nazzjonalità Kongoliża. Numru tal-passaport: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019). Ingħata viża ta' Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016. |
Bħala Kummissarju tal-Pulizija ta' Kinshasa (PNC), Celestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Celestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
5. |
John Numbi |
magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Ntambo; magħruf ukoll bħala Tambo Numbi. Twieled fis-16.8.1962 f'Jadotville-Likasi-Kolwezi. Nazzjonalità Kongoliża. |
Ex-Spettur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC). John Numbi għadu figura infuwenti li b'mod partikolari kien involut fil-kampanja ta' intimidazzjoni vjolenti fl-elezzjonijiet tal-gvernaturi ta' Marzu 2016 fl-erba' provinċji tal-ex-Katangan tar-RDK u bħala tali kien responsabbli għall-impediment ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK. |
12.12.2016 |
6. |
Roger Kibelisa |
magħruf ukoll bħala Roger Kibelisa Ngambaswi. Nazzjonalità Kongoliża. |
Bħala Direttur għall-Intern fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) Roger Kibelisa kien hu involut fil-kampanja ta' intimidazzjoni mwettqa minn uffiċjali tal-ANR lejn membri tal-oppożizzjoni, inkluż arresti arbitrarji u detenzjoni. Roger Kibelisa għalhekk dgħajjef l-istat tad-dritt u impedixxa soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK. |
12.12.2016 |
7. |
Delphin Kaimbi |
magħruf ukoll bħala Delphin Kahimbi Kasagwe; magħruf ukoll bħala Delphin Kayimbi Demba Kasangwe; magħruf ukoll bħala Delphin Kahimbi Kasangwe; magħruf ukoll bħala Delphin Kahimbi Demba Kasangwe; magħruf ukoll bħala Delphin Kasagwe Kahimbi. Twieled fil-15.1.1969 (alternattivament: 15.7.1969) f'Kiniezire/Goma. Nazzjonalità Kongoliża. Passaport diplomatiku nru: DB0006669 (validu 13.11.2013 sa 12.11.2018). |
Kap tal-Korp tal-Intelligence Militari (ex-DEMIAP), parti miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Operazzjonijiet, l-istruttura ta' kmand u ta' kontroll responsabbli għall-arresti arbitrarji u r-repressjoni vjolenta f'Kinshasa f'Settembru 2016, u responsabbli għall-forzi li pparteċipaw fl-intimidazzjoni u l-arresti arbitrarji u r-repressjoni vjolenta li impedixxu soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK. |
12.12.2016 |
B. ENTITAJIET”.