Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1747

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1747 tad-29 ta' Settembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    ĠU L 264, 30.9.2016, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1747/oj

    30.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 264/36


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1747

    tad-29 ta' Settembru 2016

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK.

    (2)

    Fis-26 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni marbuta ma' żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK għandu għalhekk jiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. ŽIGA


    (1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.


    ANNESS

    Fil-lista ta' persuni u entitajiet, li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK, l-entrati Nru 2 u Nru 4 taħt it-taqsima “Persuni” huma sostitwiti bis-segwenti:

     

    “2.

    Abd Al-Khaliq Al-Houthi (magħruf ukoll bħala: a) Abd-al-Khaliq al-Huthi; b) Abd-al-Khaliq Badr-al-Din al Huthi; c) 'Abd al-Khaliq Badr al-Din al-Huthi; d) Abd al-Khaliq al-Huthi; e) Abu-Yunus).

    Kitba oriġinali: Image

    Deżinjazzjoni: Kmandant militari Huthi. Data tat-twelid: 1984. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014, fis-26.8.2016).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abd al-Khaliq al-Houthi ġie deżinjat għal sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

    Abd al-Khaliq al-Houthi kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

    Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2013, Abd Al-Khaliq al-Houthi mexxa grupp ta' ġellieda mlibbsin uniformijiet militari tal-Jemen f'attakk fuq postijiet f'Dimaj, il-Jemen. Il-ġlied sussegwenti rriżulta f'diversi mwiet.

    Lejn l-aħħar ta' Settembru 2014, numru mhux magħruf ta' ġellieda mhux identifikati allegatament kienu lesti biex jattakkaw faċilitajiet diplomatiċi f'Sana'a, il-Jemen, malli jirċievu ordnijiet minn Abd Al-Khaliq al-Houthi. Fit-30 ta' Awwissu 2014, al-Houthi kkoordina biex iċaqilqu l-armi minn Amran għal kamp ta' protesta f'Sana'a.”.

     

    “4.

    Abdulmalik al-Houthi (magħruf ukoll bħala: Abdulmalik al-Huthi)

    Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Moviment Houthi tal-Jemen. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-26.8.2016).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdulmalik Al-Houthi ġie deżinjat għal sanzjonijiet fl-14 ta' April 2015 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).

    Abdul Malik al-Houthi huwa mexxej ta' grupp li kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen.

    F'Settembru 2014, il-forzi Houthi ħatfu Sana'a u f'Jannar 2015 ippruvaw b'mod unilaterali jibdlu l-gvern leġittimu tal-Jemen b'awtorità governattiva illeġittima li l-Houthis iddominaw. Al-Houthi ħa t-tmexxija tal-moviment Houthi tal-Jemen fl-2004 wara l-mewt ta' ħuh, Hussein Badredden al-Houthi. Bħala l-mexxej tal-grupp, al-Houthi hedded kemm-il darba lill-awtoritajiet tal-Jemen b'aktar rewwixti jekk ma jwiġbux it-talbiet tiegħu u żamm arrestat lill-President Hadi, il-Prim Ministru, u membri ewlenin tal-kabinett. Hadi eventwalment ħarab lejn Aden. Il-Houthis imbagħad nedew attakk ieħor fuq Aden bl-għajnuna tal-unitajiet militari leali lejn l-ex president Saleh u ibnu, Ahmed Ali Saleh.”.


    Top