EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0367

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/367 tal-4 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja

ĠU L 68, 15.3.2016, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/367/oj

Related international agreement

15.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/367

tal-4 ta' Marzu 2016

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 171 u 172, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (2) (“il-Ftehim”) li ġie ffirmat fit-22 ta' Settembru 2010.

(2)

Il-Ftehim ikopri kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri.

(3)

Skont l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim u d-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu (3), il-Ftehim huwa applikat fuq bażi proviżorja mill-Unjoni, fir-rigward tal-elementi li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħha, u mir-Renju tan-Norveġja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(4)

Il-Ftehim, li jrid jiġi ratifikat ukoll mill-Istati Membri, għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni fir-rigward ta' kwistjoniiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


(1)  ĠU C 131E, 8.5.2013, p. 155.

(2)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.

(3)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 11.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top