Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0364

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2015/4394

    ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/364/oj

    15.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 68/4


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/364

    tal-1 ta' Lulju 2015

    dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (2) ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini dwar ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Din kienet ibbażata fuq soluzzjoni armonizzata għall-ivvalutar ta' dan it-tip speċifiku ta' prestazzjoni u l-klassifikazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2000/147/KE tagħti għadd ta' klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar. Barra minn hekk, fiha l-klassijiet F, FFL, FL u Fca, li huma ddefiniti bħala “Ebda prestazzjoni ddeterminata”.

    (3)

    Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, klassi tfisser firxa ta' livelli, delimitati permezz ta' valur minimu u massimu, tal-prestazzjoni ta' prodott għall-bini. Il-klassijiet iddefiniti bir-referenza “ebda prestazzjoni determinata” ma jikkorrispondux ma' din id-definizzjoni u għaldaqstant ma jistgħux jiddaħħlu f'sistema ta' klassifikazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011.

    (4)

    L-użu ta' “Ebda Prestazzjoni Determinata” fil-kuntest tal-kumpilazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni jingħata fl-Artikolu 6(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

    (5)

    Biex il-manifatturi jkunu jistgħu jiddikjaraw prestazzjoni inferjuri tar-reazzjoni għan-nar minn dawk koperti fil-klassijiet E, EFL, EL u Eca, jeħtieġ li jsir it-tibdil rilevanti fil-kriterji tal-klassifikazzjoni tal-klassijiet F, FFL, FL u Fca.

    (6)

    Għaldaqstant jeħtieġ li l-klassijiet F, FFL, FL u Fca previsti fid-Deċiżjoni 2000/147/KE jiġu sostitwiti bi klassijiet ġodda għall-prodotti li lanqas jaslu sal-livell ta' prestazzjoni ta' reazzjoni għan-nar tal-klassijiet E, EFL, EL u Eca.

    (7)

    Id-Deċiżjoni 2000/147/KE ġiet emendata kemm-il darba u għad iridu jsiru aktar emendi fiha. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, dik id-Deċiżjoni għandha titħassar u tiġi sostitwita,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Meta l-użu maħsub ta' prodott għall-bini jkun tali li l-prodott jista' jżid it-tkattir u t-tifrix tan-nar u tad-duħħan fil-kamra jew fiż-żona ta' oriġini tan-nar, jew f'erja aktar mifruxa, il-prestazzjoni tal-prodott b'rabta mar-reazzjoni tiegħu għan-nar għandha tiġi kklassifikata skont is-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita fl-Anness.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2000/147/KE hija mħassra.

    Kull referenza għad-Deċiżjoni mħassra għandha tittieħed bħala referenza għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta' Frar 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini (ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14).


    ANNESS

    Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar

    1.1.

    Għall-finijiet tat-Tabelli 1 sa 4, japplikaw is-simboli (1) li ġejjin:

    (1)   “ΔΤ”— togħla t-temperatura;

    (2)   “Δm”— tintilef il-massa;

    (3)   “tf— tul ta' żmien li taqbad il-fjamma;

    (4)   “PCS”— potenzjal kalorifiku gross;

    (5)   “LFS”— firxa tal-fjamma f'direzzjoni laterali;

    (6)   “SMOGRA”— rata li biha jiżdied id-duħħan.

    1.2.

    Għall-finijiet tat-Tabelli 1, 2 u 3, japplikaw is-simboli (1) li ġejjin:

    (1)   “FIGRA”— rata li biha jiżdied in-nar;

    (2)   “THR”— total ta' sħana li toħroġ;

    (3)   “TSP”— total ta' produzzjoni ta' duħħan;

    (4)   “Fs”— firxa tal-fjamma.

    1.3.

    Għall-finijiet tat-Tabella 4 japplikaw is-simboli u l-parametri tat-testijiet li ġejjin:

    (1)   “HRRsm30, kW”— ir-rata tal-ħruġ tas-sħana mogħtija medja permezz ta' medja sliding (li tibdel kull valur tad-dejta bil-medja tad-dejta ta' maġenbha) ta' 30-s;

    (2)   “SPRsm60, m2/s”— ir-rata tal-produzzjoni ta' duħħan mogħtija medja permezz ta' medja sliding (li tibdel kull valur tad-dejta bil-medja tad-dejta ta' maġenbha) ta' 60-s;

    (3)   “L-ogħla HRR, kW”— il-massimu tal-HRRsm30 bejn il-bidu u t-tmiem tat-test, minbarra l-kontribut tas-sors li jaqbad;

    (4)   “L-ogħla SPR, m2/s”— il-massimu tal-SPRsm60 bejn il-bidu u t-tmiem tat-test;

    (5)   “THR1200, MJ”— it-total ta' sħana li toħroġ (HRRsm30) mill-bidu sa tmiem it-test, minbarra l-kontribut tas-sors li jaqbad;

    (6)   “TSP1200, m2— it-total ta' produzzjoni tad-duħħan (HRRsm60) mill-bidu sa tmiem it-test;

    (7)   “FIGRA, W/s”— indiċi tar-rata ta' tkabbir tan-nar iddefinit bħala l-ogħla valur tal-kwozjent bejn HRRsm30 minbarra l-kontribut tas-sors li jixgħel u l-ħin. Valuri ta' limitu tal-livelli HRRsm30 = 3 kW u THR = 0,4 MJ;

    (8)   “FS”— il-firxa tal-fjamma (it-tul li ġarrab ħsara);

    (9)   “H”— il-firxa tal-fjamma.

    2.

    Għall-finijiet tat-Tabelli 1 sa 4, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “materjal” tfisser sustanza bażika unika jew taħlita uniformi ta' sustanzi;

    (2)

    “prodott omoġenju” tfisser prodott magħmul minn materjal wieħed ta' densità u kompożizzjoni uniformi fil-prodott kollu kemm hu;

    (3)

    “prodott mhux omoġenju” tfisser prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' prodott omoġenju u li hu kompost minn komponent wieħed jew iżjed li jkun sostanzjali u/jew mhux sostanzjali;

    (4)

    “komponent sostanzjali” tfisser materjal li jikkostitwixxi parti sinifikanti ta' prodott mhux omoġenju; saff b'massa għal kull unità ta' erja ≥ ta' 1,0 kg/m2 jew ta' ħxuna ≥ ta' 1,0 mm jitqies li jkun komponent sostanzjali;

    (5)

    “komponent mhux sostanzjali” tfisser materjal li ma jikkostitwixxix parti sinifikanti ta' prodott mhux omoġenju; saff b'massa għal kull unità ta' erja < ta' 1,0 kg/m2 jew ta' ħxuna < ta' 1,0 mm jitqies li mhuwiex komponent sostanzjali;

    (6)

    “komponent intern mhux sostanzjali” tfisser komponent mhux sostanzjali li jkun miksi miż-żewġ naħat b'mill-inqas komponent wieħed sostanzjali;

    (7)

    “komponent estern mhux sostanzjali” tfisser komponent mhux sostanzjali li minn naħa waħda ma jkunx miksi minn komponent sostanzjali.

    Żewġ saffi jew aktar li mhumiex sostanzjali wieħed maġenb l-ieħor, fejn ma jkunx hemm komponenti sostanzjali bejn is-saffi, għandhom jitqiesu bħala komponent wieħed mhux sostanzjali, u għalhekk jiġu kklassifikati skont il-kriterji ta' saff li jkun komponent mhux sostanzjali.

    Tabella 1

    Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-prodotti għall-bini, minbarra l-materjali tal-art, il-prodotti użati għall-insulazzjoni termali tal-pajpijiet dritti u l-kejbils tal-elettriku

    Klassi

    Metodu/metodi ta' ttestjar

    Kriterji għall-klassifikazzjoni

    Klassifikazzjoni addizzjonali

    A1

    EN ISO 1182 (2);

    kif ukoll

    ΔΤ ≤ 30 °C; kif ukoll

    Δm ≤ 50 %; kif ukoll

    tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad)

     

    EN ISO 1716

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (2); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (3)  (1); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 1,4 MJm– 2  (4); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (5)

     

    A2

    EN ISO 1182 (2);

    jew

    ΔΤ ≤ 50 °C; kif ukoll

    Δm ≤ 50 %; kif ukoll

    tf ≤ 20s

     

    EN ISO 1716;

    kif ukoll

    PCS ≤ ta' 3,0 MJkg– 1  (2); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 4,0 MJm– 2  (3); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 4,0 MJm– 2  (4); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 3,0 MJkg– 1  (5)

     

    EN 13823 (SBI)

    FIGRA ≤ 120 Ws– 1; kif ukoll

    LFS < xifer il-kampjun; kif ukoll

    THR600s ≤ 7,5 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (6); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (7)

    B

    EN 13823 (SBI);

    kif ukoll

    FIGRA ≤ 120 Ws– 1; kif ukoll

    LFS < xifer il-kampjun; kif ukoll

    THR600s ≤ 7,5 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (6); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (7)

    EN ISO 11925-2 (9):

    Esponiment = 30s

    Fs ≤ 150 mm f'60 sekonda

    C

    EN 13823 (SBI);

    kif ukoll

    FIGRA ≤ 250 Ws– 1; kif ukoll

    LFS < xifer il-kampjun; kif ukoll

    THR600s ≤ 15 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (6); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (7)

    EN ISO 11925-2 (9):

    Esponiment = 30s

    Fs ≤ 150 mm f'60 sekonda

    D

    EN 13823 (SBI);

    kif ukoll

    FIGRA ≤ 750 Ws– 1

    Produzzjoni ta' duħħan (6); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (7)

    EN ISO 11925-2 (9):

    Esponiment = 30s

    Fs ≤ 150 mm f'60 sekonda

    E

    EN ISO 11925-2 (9):

    Esponiment = 15s

    Fs ≤ 150 mm f'20 sekonda

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (8)

    F

    EN ISO 11925-2 (9):

    Esponiment = 15s

    Fs > 150 mm f'20 sekonda

     


    Tabella 2

    Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-materjali tal-art

    Klassi

    Metodu/metodi ta' ttestjar

    Kriterji għall-klassifikazzjoni

    Klassifikazzjoni addizzjonali

    A1FL

    EN ISO 1182 (10);

    kif ukoll

    ΔΤ ≤ 30 °C; kif ukoll

    Δm ≤ 50 %; kif ukoll

    tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad)

     

    EN ISO 1716

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (10); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (11); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 1,4 MJm– 2  (12); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (13)

    A2FL

    EN ISO 1182 (10);

    jew

    ΔΤ ≤ 50 °C; kif ukoll

    Δm ≤ 50 %; kif ukoll

    tf ≤ 20s

     

    EN ISO 1716;

    kif ukoll

    PCS ≤ ta' 3,0 MJkg– 1  (10); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 4,0 MJm– 2  (11); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 4,0 MJm– 2  (12); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 3,0 MJkg– 1  (13)

    EN ISO 9239-1 (14)

    Fluss kritiku (15) ≥ 8,0 kWm– 2

    Produzzjoni ta' duħħan (16)

    BFL

    EN ISO 9239-1 (14)

    kif ukoll

    Fluss kritiku (15) ≥ 8,0 kWm– 2

    Produzzjoni ta' duħħan (16)

    EN ISO 11925-2 (17):

    Esponiment = 15s

    Fs ≤ 150 mm f'20 sekonda

    CFL

    EN ISO 9239-1 (14)

    kif ukoll

    Fluss kritiku (15) ≥ 4,5 kWm– 2

    Produzzjoni ta' duħħan (16)

    EN ISO 11925-2 (17):

    Esponiment = 15s

    Fs ≤ 150 mm f'20 sekonda

    DFL

    EN ISO 9239-1 (14)

    kif ukoll

    Fluss kritiku (15) ≥ 3,0 kWm– 2

    Produzzjoni ta' duħħan (16)

    EN ISO 11925-2 (17):

    Esponiment = 15s

    Fs ≤ 150 mm f'20 sekonda

    EFL

    EN ISO 11925-2 (17):

    Esponiment = 15s

    Fs ≤ 150 mm f'20 sekonda

     

    FFL

    EN ISO 11925-2 (17):

    Esponiment = 15s

    Fs > 150 mm f'20sekonda

     


    Tabella 3

    Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għall-prodotti għall-insulazzjoni tal-pajpijiet dritti

    Klassi

    Metodu/metodi ta' ttestjar

    Kriterji għall-klassifikazzjoni

    Klassifikazzjoni addizzjonali

    A1L

    EN ISO 1182 (18);

    kif ukoll

    ΔT ≤ 30 °C; kif ukoll

    Δm ≤ 50 %; kif ukoll

    tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad)

     

    EN ISO 1716

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (18); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (19); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 1,4 MJm– 2  (20); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 2,0 MJkg– 1  (21);

    A2L

    EN ISO 1182 (18);

    jew

    ΔT ≤ 50 °C; kif ukoll

    Δm ≤ 50 %; u tf ≤ 20s

     

    EN ISO 1716;

    kif ukoll

    PCS ≤ ta' 3,0 MJkg– 1  (18); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 4,0 MJm– 2  (19); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 4,0 MJm– 2  (20); kif ukoll

    PCS ≤ ta' 3,0 MJkg– 1  (21);

    EN 13823 (SBI)

    FIGRA ≤ 270 Ws– 1; kif ukoll

    LFS < xifer il-kampjun; kif ukoll

    THR600s ≤ 7,5 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (22); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (23)

    BL

    EN 13823 (SBI);

    kif ukoll

    FIGRA ≤ 270 Ws– 1; kif ukoll

    LFS < xifer il-kampjun; kif ukoll

    THR600s ≤ 7,5 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (22); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (23)

    EN ISO 11925-2 (25):

    Esponiment = 30s

    Fs ≤ 150 mm f'60 sekonda

    CL

    EN 13823 (SBI);

    kif ukoll

    FIGRA ≤ 460 Ws– 1; kif ukoll

    LFS < xifer il-kampjun; kif ukoll

    THR600s ≤ 15 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (22); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (23)

    EN ISO 11925-2 (25):

    Esponiment = 30s

    Fs ≤ 150 mm f'60 sekonda

    DL

    EN 13823 (SBI);

    kif ukoll

    FIGRA ≤ 2 100 Ws– 1

    THR600s ≤ 100 MJ

    Produzzjoni ta' duħħan (22); kif ukoll

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (23)

    EN ISO 11925-2 (25):

    Esponiment = 30s

    Fs ≤ 150 mm f'60 sekonda

    EL

    EN ISO 11925-2 (25):

    Esponiment = 15s

    Fs ≤ 150 mm f'20 sekonda

    Qtar jew partikuli li jaqbdu (24)

    FL

    EN ISO 11925-2 (25):

    Esponiment = 15s

    Fs > 150 mm f'20sekonda

     


    Tabella 4

    Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għall-kejbils tal-elettriku

    Klassi

    Metodu/metodi ta' ttestjar

    Kriterji għall-klassifikazzjoni

    Klassifikazzjoni addizzjonali

    Aca

    EN ISO 1716

    PCS ≤ 2,0 MJ/kg (26)

     

    B1ca

    EN 50399 (sors tal-fjamma ta' 30 kW))

    kif ukoll

    FS ≤ 1,75 m u

    THR1200s ≤ 10 MJ u

    L-ogħla HRR ≤ 20 kW u

    FIGRA ≤ 120 Ws– 1

    Produzzjoni ta' duħħan (27)  (30) u qtar/partikuli li jaqbdu (28) u Acidità (pH u konduttività) (29)

    EN 60332-1-2

    H ≤ 425 mm

    B2ca

    EN 50399 (sors tal-fjamma ta' 20,5 kW))

    kif ukoll

    FS ≤ 1,5 m; kif ukoll

    THR1200s ≤ 15 MJ; kif ukoll

    L-ogħla HRR ≤ 30 kW; kif ukoll

    FIGRA ≤ 150 Ws– 1

    Produzzjoni ta' duħħan (27)  (31) u qtar/partikuli li jaqbdu (28) u Acidità (pH u konduttività) (29)

    EN 60332-1-2

    H ≤ 425 mm

    Cca

    EN 50399 (sors tal-fjamma ta' 20,5 kW))

    kif ukoll

    FS ≤ 2,0 m; kif ukoll

    THR1200s ≤ 30 MJ; kif ukoll

    L-ogħla HRR ≤ 60 kW; kif ukoll

    FIGRA ≤ 300 Ws– 1

    Produzzjoni ta' duħħan (27)  (31) u qtar/partikuli li jaqbdu (28) u Acidità (pH u konduttività) (29)

    EN 60332-1-2

    H ≤ 425 mm

    Dca

    EN 50399 (sors tal-fjamma ta' 20,5 kW))

    kif ukoll

    THR1200s ≤ 70 MJ; kif ukoll

    L-ogħla HRR ≤ 400 kW; kif ukoll

    FIGRA ≤ 1 300 Ws– 1

    Produzzjoni ta' duħħan (27)  (31) u qtar/partikuli li jaqbdu (28) u Acidità (pH u konduttività) (29)

    EN 60332-1-2

    H ≤ 425 mm

    Eca

    EN 60332-1-2

    H ≤ 425 mm

     

    Fca

    EN 60332-1-2

    H > 425 mm

     


    (1)  Il-karatteristiċi huma ddefiniti b'rabta mal-metodu tat-test rilevanti.

    (2)  Għall-prodotti omoġenji u għall-komponenti sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (3)  Għall kull komponent estern mhux sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (1)  

    (2a)

    Inkella, kull komponent estern mhux sostanzjali li jkollu PCS ≤ ta' 2,0 MJm– 2, dejjem jekk il-prodott jissodisfa l-kriterji ta' EN 13823(SBI) li ġejjin: FIGRA ≤ 20 Ws– 1; u LFS < xifer il-kampjun; u THR600s ≤ 4,0 MJ; u s1; u d0.

    (4)  Għall kull komponent intern mhux sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (5)  Għall-prodott komplut.

    (6)  s1 = SMOGRA ≤ 30m2s– 2 u TSP600s ≤ 50m2; s2 = SMOGRA ≤ 180m2s– 2 u TSP600s ≤ 200m2; s3 = mhux s1 jew s2.

    (7)  d0 = Mingħajr qtar jew partikuli li jaqbdu fl-EN 13823 (SBI) f'600s; d1 = Mingħajr qtar jew partikuli li jaqbdu li jdumu aktar minn 10s fl-EN 13823 (SBI) f'600s; d2 = mhux d0 jew d1; It-tqabbid tal-karta fl-EN ISO 11925-2 jirriżulta f'klassifikazzjoni ta' d2.

    (8)  Il-karta ma taqbadx = m'hemmx klassifikazzjoni addizzjonali; Il-karta taqbad = klassifikazzjoni d2.

    (9)  F'kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.

    (10)  Għall-prodotti omoġenji u għall-komponenti sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (11)  Għall kull komponent estern mhux sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (12)  Għall kull komponent intern mhux sostanzjali tal-prodotti mhux omoġeni.

    (13)  Għall-prodott komplut.

    (14)  Żmien ta' tul tat-test = 30 minuta.

    (15)  Il-fluss kritiku huwa ddefinit bħala l-fluss radjanti li fih tintefa l-fjamma jew il-fluss radjanti wara perjodu tat-test ta' 30 minuta, liema minn dawn ikun l-inqas (jiġifieri l-fluss li jikkorrispondi mal-itwal firxa tal-fjammi).

    (16)  s1 = Duħħan ≤ 750 %.min; s2 = mhux s1.

    (17)  F'kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.

    (18)  Għall-prodotti omoġenji u għall-komponenti sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (19)  Għall kull komponent estern mhux sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (20)  Għall kull komponent intern mhux sostanzjali tal-prodotti mhux omoġenji.

    (21)  Għall-prodott komplut.

    (22)  s1 = SMOGRA ≤ 105 m2s– 2 u TSP600s ≤ 250 m2; s2 = SMOGRA ≤ 580 m2s– 2 u TSP600s ≤ 1 600 m2; s3 = mhux s1 jew s2.

    (23)  d0 = Mingħajr qtar jew partikuli li jaqbdu fl-EN 13823 (SBI) f'600s; d1 = Mingħajr qtar jew partikuli li jaqbdu li jdumu aktar minn 10s fl-EN 13823 (SBI) f'600s; d2 = mhux d0 jew d1; It-tqabbid tal-karta fl-EN ISO 11925-2 jirriżulta f'klassifikazzjoni ta' d2.

    (24)  Il-karta ma taqbadx = m'hemmx klassifikazzjoni addizzjonali; It-tqabbid tal-karta = klassifikazzjoni d2.

    (25)  F'kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.

    (26)  Għall-prodott komplut, minbarra l-materjali metalliċi, u għal kull komponent estern (jiġifieri qoxra ta' barra) tal-prodott.

    (27)  s1 = TSP1200 ≤ 50 m2 u l-Ogħla SPR ≤ 0,25 m2/s

    s1a = s1 u tranżmittenza skont l-EN 61034-2 ≥ 80 %

    s1b = s1 u tranżmittenza skont l-EN 61034-2 ≥ 60 % < 80 %

    s2 = TSP1200 ≤ 400 m2 u l-Ogħla SPR ≤ 1,5 m2/s

    s3 = mhux s1 jew s2

    (28)  d0 = Mingħajr qtar jew partikuli li jaqbdu fi żmien 1 200 s; d1 = Mingħajr qtar jew partikuli li jaqbdu għal tul ta' ħin ta' aktar minn 10s fi żmien ta' 1 200 s; d2 = mhux d0 jew d1.

    (29)  EN 60754-2: a1 = konduttività < 2,5 μS/mm u pH > 4,3; a2 = konduttività < 10 μS/mm u pH > 4,3; a3 = mhux a1 jew a2.

    (30)  Il-klassi ta' duħħan iddikjarata għall-kejbils tal-klassi B1ca għandha toriġina mit-test EN 50399 (sors tal-fjamma ta' 30 kW).

    (31)  Il-klassi ta' duħħan iddikjarata għall-kejbils tal-klassijiet B2ca Cca, Dca għandha toriġina mit-test EN 50399 (sors tal-fjamma ta' 20,5 kW).


    Top