EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2189

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2189 tal-25 ta' Novembru 2015 li tawtorizza lil Spanja ma tiħux inkunsiderazzjoni ċerti kategoriji ta' tranżazzjoni għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (notifikata bid-dokument C(2015) 8179)

ĠU L 312, 27.11.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2189/oj

27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2189

tal-25 ta' Novembru 2015

li tawtorizza lil Spanja ma tiħux inkunsiderazzjoni ċerti kategoriji ta' tranżazzjoni għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

(notifikata bid-dokument C(2015) 8179)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 376 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), Spanja tista' tkompli teżenta l-provvista ta' servizzi mogħtija minn awturi, elenkati fil-punt (2) tal-Anness X, il-Parti B, u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (11) u (12) tal-Anness X, il-Parti B, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fl-1 ta' Jannar 1993; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

(2)

Spanja talbet l-awtorizzazzjoni biex ma tiħux inkunsiderazzjoni s-servizzi fornuti minn awturi minħabba li mhijiex f'pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjionijiet imsemmija fil-punt 2 tal-parti B tal-Anness X, tad-Direttiva 2006/112/KE. Kalkolu bħal dan x'aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta' dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi ta' riżorsi tal-VAT ta' Spanja. Għalhekk Spanja għandha tiġi awtorizzata biex ma tieħux inkunsiderazzjoni s-servizzi fornuti minn awturi.

(3)

Għal finijiet ta' trasparenza u ċertezza tad-dritt hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2019, Spanja hija awtorizzata biex ma tikkunsidrax it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness X, il-Parti B, (awturi) tad- Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Viċi President


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


Top