This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1824
Commission Decision (EU) 2015/1824 of 23 July 2014 on the measures taken by Germany with regard to Airport Niederrhein (Weeze) und Flughafen Niederrhein GmbH — SA.19880 and SA.32576 (ex NN/2011, ex CP/2011) (notified under document C(2014) 5084) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1824 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri meħudin mill-Ġermanja fir-rigward tal-Ajruport Niederrhein (Weeze) und Flughafen Niederrhein GmbH SA.19880 u SA.32576 (ex NN/2011, ex CP/2011) (notifikata bid-dokument C(2014) 5084) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1824 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri meħudin mill-Ġermanja fir-rigward tal-Ajruport Niederrhein (Weeze) und Flughafen Niederrhein GmbH SA.19880 u SA.32576 (ex NN/2011, ex CP/2011) (notifikata bid-dokument C(2014) 5084) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 269, 15.10.2015, p. 1–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1824
tat-23 ta' Lulju 2014
dwar il-miżuri meħudin mill-Ġermanja fir-rigward tal-Ajruport Niederrhein (Weeze) und Flughafen Niederrhein GmbH SA.19880 u SA.32576 (ex NN/2011, ex CP/2011)
(notifikata bid-dokument C(2014) 5084)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Bejn l-2003 u l-2006, il-Kummissjoni rċiviet bosta lmenti li jallegaw li l-awtoritajiet reġjonali kienu taw għajnuna illegali mill-Istat lill-ajruport ta' Niederrhein-Weeze (minn hawn 'il quddiem “l-ajruport”). |
(2) |
Permezz tal-ittri datati t-13 ta' Ottubru 2005, it-2 ta' Marzu 2007, it-3 ta' Awwissu 2007, id-19 ta' Ottubru 2010 u l-1 ta' April 2011, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-Ġermanja b'rabta ma' dawn l-ilmenti. |
(3) |
Il-Ġermanja wieġbet għat-talbiet ta' informazzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-ittri datati l-21 ta' Diċembru 2005, it-2 ta' Frar 2006, l-14 ta' Ġunju 2007, it-18 ta' Ottubru 2007, il-11 ta' Novembru 2010 u t-30 ta' Mejju 2011. Madankollu, it-tweġiba tal-Ġermanja fit-30 ta' Mejju 2011 ma kinitx sħiħa peress li ma kinitx tindirizza l-mistoqsijiet li jirreferu għall-kwistjonijiet li kienu marbutin ma' perjodi qabel Lulju 2009. Il-Ġermanja indikat li kienet qed tirrifjuta milli twieġeb għal kwistjonijiet bħal dawn peress li dawk il-kwistjonijiet diġà kienu soġġetti għal investigazzjoni li l-Kummissjoni allegatament kienet għalqet f'Lulju 2009. |
(4) |
Fl-24 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni ħarġet tfakkira lill-Ġermanja b'konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ: “Regolament Proċedurali”) lill-Ġermanja biex tagħtiha l-possibbiltà li tipprovdi informazzjoni sad-19 ta' Settembru 2011. Il-Kummissjoni żiedet li tikkunsidra l-ħruġ ta' inibizzjoni fuq l-informazzjoni fin-nuqqas ta' tweġiba sa' dik l-iskadenza. |
(5) |
Permezz ta' ittra elettronika datata t-13 ta' Settembru 2011, il-Ġermanja talbet li l-iskadenza tiġi estiża sad-19 ta' Ottubru 2011. Il-Kummissjoni qablet fuq l-estensjoni mitluba. |
(6) |
Il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġiba tagħha fid-19 ta' Ottubru 2011. Madankollu, kienet għadha mhijiex kompluta peress li l-Ġermanja baqgħet tirrifjuta milli twieġeb għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-perjodi ta' qabel Lulju 2009. |
(7) |
Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna illegali msemmija hawn fuq (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”). |
(8) |
Permezz ta' ittra elettronika datata l-1 ta' Frar 2012, il-Ġermanja talbet li tiġi estiża l-iskadenza li sa din trid tissottometti l-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ. Din l-estensjoni ngħatat mis-servizzi tal-Kummissjoni permezz tal-ittra elettronika datata l-10 ta' Frar 2012. |
(9) |
Il-Ġermanja ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fit-13 ta' Marzu 2012 u ssupplimentathom b'dokumenti oħrajn fl-4 ta' Marzu 2013. |
(10) |
Fit-13 ta' Lulju 2012 ġiet adottata rettifika tad-deċiżjoni ta' ftuħ. |
(11) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta' Settembru 2012 (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex fi żmien xahar minn wara din il-pubblikazzjoni jressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-miżuri. |
(12) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand l-ajruport ta' Düsseldorf, id-distrett ta' Kleve, FN GmbH, u bosta partijiet interessati oħrajn, b'mod partikolari kumpaniji, li l-operazzjonijiet tagħhom jiddependu mill-eżistenza tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. Fit-18 ta' April 2013, it-3 ta' Mejju 2013 u d-19 ta' Ġunju 2014, il-Kumissjoni għaddiet dawn il-kummenti lill-Ġermanja. Permezz tal-ittra datata d-19 ta' Awwissu 2013 u t-3 ta' Lulju 2014, il-Ġermanja bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet interessati. |
(13) |
Permezz tal-ittri datati t-18 ta' April 2013, id-29 ta' Ottubru 2013, is-17 ta' Marzu 2014 u s-16 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni. Il-Ġermanja wieġbet permezz tal-ittri datati d-19 ta' Awwissu 2013, is-17 ta' Diċembru 2013, il-15 ta' Jannar 2014, is-16 ta' April 2014, it-8 ta' Mejju 2014 u l-25 ta' Mejju 2014. |
(14) |
Permezz tal-ittra tat-18 ta' Ġunju 2014, il-Ġermanja aċċettat li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż. Għaldaqstant, il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika. |
2. KUNTEST ĠENERALI
2.1. Preżentazzjoni ġenerali tal-ajruport
(15) |
L-ajruport jinsab fil-Ġermanja fil-Land Nordrhein-Westfalen fil-Landkreis (distrett amministrattiv) Kleve bejn il-muniċipalitajiet ta' Weeze u Kevelaer biswit il-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Lejn in-nofsinhar, l-ikbar belt li jmiss hija Duisburg, madwar 60 km 'il bogħod. Lejn it-tramuntana, il-belt ta' Nijmegen (il-Pajjiżi l-Baxxi) hija madwar 50 km 'il bogħod. |
(16) |
L-eqreb għaxar ajruporti huma:
|
(17) |
Bejn l-1954 u l-1999, l-ajruport intuża mill-Forza tal-Ajru Rjali tar-Renju Unit bħala ajruport militari. Wara l-bidla tiegħu f'ajruport ċivili, fl-2003 bdew isiru titjiriet għall-passiġġieri. |
(18) |
L-ajruport għandu runway twila 2 440 metru. It-terminal tiegħu jiflaħ 3,5 miljun passiġġier. Maż-żmien, in-numru ta' passiġġiera nbidel kif ġej: Tabella 1 Traffiku fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze bejn l-2003 u l-2012
|
(19) |
Bħalissal-ajruport huwa servut minn Ryanair u Transavia (5). Il-linji tal-ajru jkopru iktar minn 50 destinazzjoni internazzjonali. Bħalissa, il-volum sħiħ ta' passiġġieri fl-ajruport huwa ġġenerat minn Operaturi Low Cost (minn hawn 'il quddiem imsejħin “LCCs”). Is-sehem tal-passiġġiera ta' Ryanair mill-passiġġiera kollha fl-ajruport huwa ta' [80-99] (*) %. Ryanair ilu preżenti fl-ajruport mindu fetaħ u, fil-perjodu tal-intervent, għamel l-ajruport waħda mill-bażijiet tiegħu fil-Ġermanja billi stazzjona disa' inġenji tal-ajru b'mod permanenti hemmhekk (mis-sajf tal-2003). |
(20) |
Sal-2010, iktar minn nofs il-passiġġiera tal-ajruport kienu jiġu mill-Pajjiżi l-Baxxi, bil-bqija li fil-parti l-kbira jiġu mir-reġjuni tal-madwar tal-Ġermanja u partijiet mill-Belġju. Skont l-aħħar informazzjoni pubblika (6), is-sehem ta' passiġġiera mill-Olanda niżel għal madwar 40 %. |
2.2. Żvilupp tal-ajruport
2.2.1. Żvilupp tas-Sjieda tal-ajruport
(21) |
Il-mitjar ġie stabbilit fl-1954 mill-Forza tal-Ajru Rjali għal skopijiet militari. Kmieni fis-snin disgħin, il-Forza tal-Ajru Rjali ħabbret li kien biħsiebha titlaq mill-mitjar sal-1999. Is-sjieda tal-ajruport kellha tiġi ttrasferita lill-Gvern Federali tal-Ġermanja. Peress li kienu qed jistennew li ser jintilfu madwar 400 impjieg ċivili, fl-1993 id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ppjanaw li joħolqu ajruport ċivili (Euroregionales Zentrum für Luftverkehr, Logistik und Gewerbe, “EuZZLG”) fejn kien hemm il-mitjar militari. Għalhekk, waqqfu kumpanija, Flughafen Niederrhein GmbH (minn hawn 'il quddiem “FN GmbH”), biex tieħu ħsieb tibdel dak li kien mitjar militari sabiex jibda jintuża għal skopijiet ċivili. |
(22) |
FN GmbH ġiet irreġistrata fl-1993 bħala kumpanija privata b'responsabbiltà limitata, b'kapital ta' ekwità ta' DM 50 000 (= 25 564 EUR). L-azzjonisti fundaturi kienu d-distrett ta' Kleve (52 %) u l-muniċipalità ta' Weeze (48 %). |
(23) |
Sa mill-bidu nett, il-muniċipalità u d-distrett ta' Kleve kellhom it-tir li l-ajruport ikun operat minn kumpanija privata. Biex jaslu għal dan l-objettiv, identifikaw erba' stadji:
|
(24) |
Il-Forza tal-Ajru Rjali ttrasferixxiet is-sjieda tal-ajruport fit-30 ta' Novembru 1999 lill-Gvern Federali tal-Ġermanja. |
(25) |
Fis-16 ta' Diċembru 1999, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze inkorporaw kumpanija oħra, Entwicklungs- und Erschließungsgesellschaft Laarbruch GmbH (“EEL GmbH”). 52 % tal-ishma f'EEL GmbH huma tad-distrett ta' Kleve u 48 % tal-muniċipalità ta' Weeze. |
(26) |
Il-kompiti ta' dak iż-żmien ta' EEL GmbH kienu differenti minn dawk tal-FN GmbH. Filwaqt li GN GmbH kienet inħolqot biex tieħu ħsieb il-bidla tal-ajruport li kien militari, EEL GmbH kienet inkarigata b'mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-faċilitajiet bejn l-għeluq tal-ajruport militari fl-1999 u x-xiri tiegħu minn investitur privat. |
(27) |
F'dan ir-rigward, EEL GmbH kellha taqleb l-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-art tal-ajruport li kien militari sabiex jibdew jintużaw għal skopijiet kummerċjali. |
(28) |
Wara li fit-23 ta' Awwissu 2000 il-Land Nordrhein-Westfalen awtorizza l-pjan ta' konverżjoni tal-mitjar militari sottomess mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze u Bezirksregierung Düsseldorf ta liċenzja sabiex jiġi operat ajruport ċivili lil GN GmbH fl-20 ta' Ġunju 2001 (7), il-privatizzazzjoni tal-art u l-operat tal-ajruport seħħet f'żewġ stadji:
|
(29) |
Il-Gvern Federali tal-Ġermanja stabbilixxa l-prezz tal-bejgħ tal-art fejn kien mibni l-ajruport b'konformità mal-Artikolu 63(3) tal-Bundeshaushaltsordnung u l-Wertermittlungsverordnung. Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-gvern federali sabiex ibigħ il-proprjetà bil-valur attwali tagħha, jiġifieri l-prezz tas-suq tagħha kif stabbilit min espert indipendenti skont ir-regoli stabbiliti fil-Wertermittlungsverordnung. Fil-każ inkwistjoni, l-art ġiet stmata minn espert indipendenti għal EUR [11-20] miljun filwaqt li l-bini fuq l-art ġie stmat għal EUR [4-10] miljun fuq il-bażi tal-kunċett propost ta' żvilupp u użu tal-art. Minn dawn il-valuri, l-espert naqqas EUR [4-10] miljun li jirrappreżentaw l-ispiża għat-twaqqigħ tal-barracks li jagħmel parti mix-xogħlijiet ta' konverżjoni, u EUR [2-5] miljun oħrajn li jirrappreżentaw l-ispejjeż ta' adozzjoni tal-miżuri meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali u ta' ppjanar applikabbli. Sa mill-2001 ġew implimentati l-ewwel miżuri ta' bini (twaqqigħ tal-bunkers, infrastruttura għal impjanti ta' trattament tal-ilma mormi, eċċ.) sabiex l-ajruport jitħejja għal użu ċivili |
2.2.2. L-iżvilupp ekonomiku ta' EEL GmbH u GN GmbH
(30) |
Eżatt wara li ġiet stabbilita fl-1999, EEL GmbH ħadet f'idejha t-tmexxija tal-art tal-ajruport permezz ta' kuntratt ta' lokazzjoni. L-ewwel miżuri ta' żvilupp u l-ewwel miżuri ta' bini ttieħdu bejn is-sena 2000 u l-2001. |
(31) |
Wara li l-Bezirksregierung Düsseldorf ta lill-FN GmbH il-liċenzja sabiex topera ajruport ċivili skont il-liġi tal-Ġermanja dwar l-avjazzjoni u malli tlestiet it-tranżazzjoni ta' xiri tal-FN GmbH mill-grupp ta' investituri privati ANH fl-1 ta' Lulju 2001, il-grupp ANH radd lura lill-EEL GmbH l-ispejjeż li din tal-aħħar ġarrbet biex ħadet ħsieb l-infrastruttura tal-ajruport, inkluż xi xogħol ta' konverżjoni. |
(32) |
Matul l-2002, EEL GmbH għaddiet l-inkarigu ta' tmexxija tal-infrastruttura tal-ajruport f'idejn FN GmbH. Fl-2002, FN GmbH għamlet telf ta' EUR 0,3 miljun. Mill-2003, EEL GmbH ma baqgħetx twettaq impenji marbutin mat-tmexxija tal-art tal-ajruport. Minkejja dan, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ma llikwidawx l-EEL GmbH fl-2003. |
(33) |
Għall-ewwel, FN GmbH ġarrbet telf finanzjarju qabel ma bdiet tagħmel il-profitt, kif muri fit-Tabella li ġejja: Tabella 2 Riżultati annwali u EBITDA 2003-2011
|
3. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI INVESTIGATI U L-KUNTEST TAGĦHOM
3.1. Miżura 1: Self mingħand EEL GmbH lil FN GmbH
(34) |
Fil-bidu tal-2003, FN GmbH kellha diffikultajiet finanzjarji li heddew it-tnedija ta' titjiriet kummerċjali (mistennijin fl-1 ta' Mejju 2003) u b'hekk anki l-proġett sħiħ ta' konverżjoni u żvilupp tal-ajruport. Għaldaqstant, is-sidien pubbliċi ta' EEL GmbH iddeċidew li jkomplu bl-attivitajiet tal-kumpanija tagħhom. Fil-11 ta' April 2003, EEL GmbH tat l-ewwel selfa (“Selfa 1”) ta' EUR [11-20] miljun, b'rata tal-imgħax [1-5] % ogħla mir-rata bażi lil FN GmbH. Skont il-Ġermanja, ir-rata bażi tal-imgħax applikata għal din is-selfa kienet ir-rata ordinarja pprovduta fl-Artikolu 247 tal-Kodiċi Ċivili tal-Ġermana (Bürgerliches Gesetzbuch or“BGB”), li fid-data relevanti kienet ta' 1,97 % (8). Il-maturità tas-selfa ġiet stabbilita għat-30 ta' Ġunju 2005. Bħala kollateral, ġiet imposta miżata fuq l-art u l-bini tal-ajruport (Grundschuld) favur EEL GmbH għall-ammont tas-selfa, jiġifieri EUR [11-20] miljun. Minbarra dik il-figura, l-imgħax ta' [15-23] % kellu jiżdied ta' kull sena, jekk il-kollateral jintuża fil-każ ta' nuqqas ta' pagament. Barra minn hekk, […] ta garanzija personali għas-selfa (selbstschuldnerische Bürgschaft) għal ammont massimu ta' [5-15] miljun. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji fir-rigward tal-valur ta' din il-garanzija personali. FIt-8 ta' Ġunju 2003, din il-garanzija personali ttiħdilha postha minn garanzija personali pprovduta mill-[…] għall-ammont ta' EUR [5-15] miljun. Barra minn hekk, l-azzjonisti privati ta' FN GmbH rahnu l-ishma tagħhom it-tnejn mill-ishma ta' ANH GmbH f'kapital ta' FN GmbH (stmat għal EUR [20-30] miljun) u l-ishma ta' Airport Network BV f'kapital ta' ANH GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji kollha fir-rigward tal-valur tal-kollateral ipprovdut. |
(35) |
Skont il-Ġermanja, b'din is-selfa, is-sidien pubbliċi ta' EEL GmbH riedu jipprovdu lil GN GmbH b'finanzjament transitorju li jkopri n-nuqqasijiet fil-likwidità operazzjonali sabiex tkun tista' tlesti l-akkwiżizzjoni u l-installazzjoni tal-assi meħtieġa bil-għan li l-operazzjonijiet tal-ajruport jibdew fil-ħin. |
(36) |
Fl-2003 bdew l-operazzjonijiet tal-ajruport u FN GmbH ġarrbet telf ta' EUR 7 miljun. Sena biss wara li l-ajruport beda bl-operazzjonijiet ta' titjiriet kummerċjali tiegħu, jiġifieri fl-2004, l-iktar linja tal-ajru importanti għall-ajruport, il-kumpanija Olandiża V-Bird, temmet l-operazzjonijiet tagħha minħabba insolvenza. Fid-dawl tal-problemi finanzjarji kurrenti li rriżultaw ta' GN GmbH, EEL GmbH baqgħet tagħti self lil FN GmbH matul l-2004:
|
(37) |
Kollox ma' kollox, fl-2004 biss, FN GmbH irċiviet EUR [4-10] miljun f'self mogħti minn EEL GmbH (minbarra t-tieni sensiela ta' miżuri investigati mogħtijin direttament mid-distrett ta' Kleve — ara s-sezzjoni 3.2). Skont il-Ġermanja, dan is-self ingħata għall-finijiet tal-iżvilupp u l-konverżjoni tal-ajruport li qabel kien militari, u mhux għall-ispejjeż operatorji. |
(38) |
Fi tmiem l-2004, FN GmbH reġgħet ġarrbet it-telf, din id-darba fl-ammont ta' EUR 8,3 miljun. Mill-ġdid, kien jidher li FN GmbH kienet teħtieġ iktar likwidità. Ir-ripagament tas-Selfa 1 u s-Selfa 2 (li f'daqqa jammontaw għal EUR [10-20] miljun) mogħtijin minn EEL GmbH kien ikun dovut sat-30 ta' Ġunju 2005. Sa dak iż-żmien, FN GmbH kienet raddet lura parti mill-imgħaxijiet mis-self preċedenti. Madankollu, skont il-Ġermanja, it-telf imġarrab minn FN GmbH bejn l-2002 u l-2006 iġġarrab mis-sidien privati tagħha. |
(39) |
F'dak il-kuntest, fl-1 ta' Lulju 2005, EEL GmbH tat ir-raba' selfa (“Selfa 4”) lil FN GmbH, din id-darba fl-ammont ta' EUR [4-10] miljun b'data ta' maturità tal-31 ta' Diċembru 2010. Il-paragrafu 1, punt 2 tal-ftehim tas-selfa kien jistipula li s-selfa ġiet allokata biss għal investimenti. Barra minn hekk, il-paragrafu 2 kien jeħtieġ li FN GmbH (u EEL GmbH li kieku talbet hekk) tivverifika li l-fatturi kienu strettament marbutin mat-tlestija tal-ajruport u li EEL GmbH (u mhux FN GmbH) kienu ħallsu l-fatturi mis-selfa. Barra minn hekk, is-Selfa 1, is-Selfa 2 u s-Selfa 3 li f'daqqa kienu jammontaw għal EUR [15-30] miljun (mingħajr imgħax) ġew riportati (“Estensjoni 1”). Il-maturità ta' dan is-self ġie armonizzat u estiż għall-31 ta' Diċembru 2010. Ġiet stabbilita rata tal-imgħax fissa ta' [1-5] % għal dan is-self kollu applikabbli mill-1 ta' Lulju 2005. B'hekk, tnaqqset ir-rata tal-imgħax għas-Selfa 1, is-Selfa 2 u s-Selfa 3. Bħala kolletaral, ġiet imposta miżata fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport (Grundschuld) favur EEL GmbH għall-ammont tar-raba' selfa (EUR [4-10] miljun) minbarra l-Estensjoni ta' kull rahan preċedenti għas-Selfa 1, is-Selfa 2 u s-Selfa 3 (li magħhom kull sena kellu jiżdied imgħax ta' [15-23] %, jekk jintuża l-kollateral fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas). Barra minn hekk, biex ikunu koperti l-pretensjonijiet kollha ta' EEL GmbH minn kull self, fl-1 ta' Lulju 2005 […] ta garanzija personali. (selbstschuldnerische Bürgschafte) għal ammont massimu ta' EUR [20-30] miljun (flimkien mal-imgħax u l-imgħax kompostat). Din il-garanzija estendiet il-garanzija ta' qabel ipprovduta minn […] fit-8 ta' Ġunju 2003 b'rabta mas-Selfa 1. Fl-aħħar, ġew stabbiliti rahan fuq l-ishma tal-Airport Network BV fil-kapital ta' ANH GmbH u rahan tal-ishma ta' ANH GmbH fil-kapital ta' FN GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji sħaħ fir-rigward tal-valur tal-kollateral ipprovdut. |
(40) |
Barra minn hekk, EEL GmbH u FN GmbH qablu li FN GmbH kellha tħallas l-imgħax dakinhar tal-maturità, jiġifieri mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u li f'każ li FN GmbH tilħaq il-punt ta' ekwilibriju u ssir profittabbli qabel dik id-data, FN GmbH tkun obbligata tibda tħallas l-imgħax mid-data li fiha ma baqgħetx tagħmel it-telf. Fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikabbli għall-ewwel tliet selfiet sakemm ġew armonizzati bil-ftehim ta' self tal-1 ta' Lulju 2005, fil-premessa 5 (5.4.), il-kuntratt ta' riportament (Darlehensverlängerungsvertrag) tad-29 ta' Novembru 2010 isemmi li kull waħda mill-erba' selfiet iġġarrab imgħax annwali ta' [15-23] % fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas (10). |
(41) |
Il-Ġermanja ddikjarat li EEL GmbH qablet li tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditur tagħha (Rangrücktritterklärung) fir-rigward tal-aċċess għall-kollateral tal-miżati fuq l-art bejn Marzu tal-2009 u l-31 ta' Diċembru 2010 sabiex FN GmbH tkun tista' tirċievi selfa ta' terminu qasir mingħand [bank] (ara l-Premessa 73). |
(42) |
FN GmbH bdiet tagħmel il-profitt fl-2007. Minkejja dan, u għall-kuntrarju tal-ftehimiet kuntrattwali preċedenti, FN GmbH la bdiet trodd lura s-self u lanqas l-imgħax. Kif ikkalkolati sal-31 ta' Diċembru 2010, id-data ta' maturità miftiehma bil-kuntratt bejn il-partijiet, FN GmbH kellha tagħti lura lil EEL GmbH EUR [20-30] miljun f'self flimkien ma' EUR [7-10] miljun f'imgħaxijiet, jiġifieri total ta' EUR [24-40] miljun. EEL GmbH qablet għat-tieni darba li tirriporta l-erba' selfiet kollha kemm huma u l-pagamenti tal-imgħax akkumulati (it-tieni estensjoni). Fid-29 ta' Novembru 2010, FN GmbH u EEL GmbH iffirmaw ir-raba' ftehim ta' self u b'hekk tawlu l-maturità tas-selfiet kollha sal-31 ta' Diċembru 2016. |
(43) |
Ir-rata tal-imgħax għal din it-tieni Estensjoni tas-selfiet ġiet stabbilita għal [1-5] % fis-sena. Il-Ġermanja ddikjarat li r-rata tal-imgħax għall-ftehim ta' self tad-29 ta' Novembru 2010 ġiet stabbilita billi żdiedu […] punti bażi mar-rata ta' referenza ta' 1,24 %. (11) EEL GmbH u FN GmbH qablu li l-imgħaxijiet dovuti sal-31 ta' Diċembru 2010 żdiedu mal-kapital tas-self u b'hekk żiduh għal EUR [24-40] miljun. Barra minn hekk, FN GmbH kienet obbligata tħallas l-imgħax fuq bażi trimestrali u li l-ewwel pagament tal-imgħax kellu jkun dovut sa tmiem l-ewwel trimestru tal-2011. |
(44) |
It-Tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-karatteristiċi ewlenin tal-ħames ftehimiet ta' self investigati: Tabella 3 Sjieda tal-miżuri ta' appoġġ pubbliku mingħand EEL GmbH favur FN GmbH
|
(45) |
Fl-ewwel trimestru tal-2011, FN GmbH reġgħet ma kinitx f'pożizzjoni li tħallas l-ewwel pagament tal-imgħax kif miftiehem fit-titwil tal-ftehimiet ta' self (Darlehensverlängerungsvetrag) tad-29 ta' Novembru 2010. Id-distrett ta' Kleve aċċetta l-offerta tal-azzjonist ta' FN GmbH sabiex jirċievi l-ishma ta' FN GmbH f'Marzu 2011 fi skambju ta' dejn ma' ekwità għad-differiment issoktat tal-pagamenti tal-imgħax u l-kapital (12). Madankollu, dan l-iskambju ta' dejn ma' ekwità ġie ffirmat legalment biss fi tmiem l-2012. Bħalissa, id-distrett ta' Kleve għandu 1,88 % mill-kapital azzjonarju ta' FN GmbH (13). |
3.2. Miżura 2: Appoġġ mil-Land Nordrhein Westfalen
(46) |
Fil-15 ta' Ottubru 2002, FN GmbH ingħatat appoġġ pubbliku ta' EUR 3,525 miljun mil-Land Nordrhein Westfalen għall-finanzjament ta' 50 % tal-ispejjeż li ġejjin: ġestjoni tar-rampa tal-ajruport, żonata' għoti ta' fjuwil, twessigħ ta' taxiways u riabilitazzjoni ta' żoni ta' ġestjoni tar-ramba tal-ajruport eżistenti, sistema ta' tidwil ta' avviċinament ta' preċiżjoni, tidwil tat-truf, tidwil tal-bidu u tar-runway. |
(47) |
Il-bażi legali għal dan l-appoġġ kien id-digriet tal-Ministeru għat-Trasport, l-Enerġija u l-ġestjoni tat-territorju tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-appoġġ pubbliku għall-miżuri ta' bini u tiġdid (investimenti infrastrutturali) għal ajruporti f'Nordrhein-Westfalen (Richtlinien über die Gewährung von Zuwendungen für Ausbau- und Erneuerungsmaßnahmen auf Flugplätzen RdErl. — MBl.NRW.1993 S. 617) (“id-Digriet tal-1993”). Maż-żmien, dawn il-linji gwida ġew sostitwiti mil-Linji Gwida b'referenza (VA 5 — 10 — 60/195- v. 25 ta' Novembru 2002), (14) li kienu fis-seħħ bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-1 ta' Jannar 2008. |
(48) |
Skont id-Digriet tal-1993 ipprovdut għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju biex jiġu koperti l-kostijiet ta' investiment għal ċerti tipi ta' infrastruttura tal-ajruport bħal runways, taxiways, rampi tal-ajruport, strippi ta' protezzjoni, infrastruttura għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru (sistemi ta' torrijiet, radar, ta' twissija ottika), tidwil għan-navigazzjoni, apparati ottiċi ta' appoġġ għal-inżul, binjiet għoljin (terminali, hangars eċċ.), faċilitajiet ta' parkeġġ, bini ta' ċnut, infrastruttura għas-sikurezza tat-titjiriet, il-forniment u t-tneħħija, protezzjoni mill-istorbju, protezzjoni min-nirien, servizzi tax-xitwa u salvataġġ kif ukoll kostijiet ta' investiment għal miżuri ta' kumpens għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ u l-ħarsien tal-ambjent. Permezz tad-Digriet tal-1993, il-Land Nordrhein-Westfalen ta appoġġ sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli għat-tipi ta' infrastruttura tal-ajruport imsemmijin hawn fuq. L-ajruporti internazzjonali u l-ajruporti reġjonali jistgħu jirċievu appoġġ li jilħaq 65 % tal-ispejjeż eliġibbli. Għal faċiliatjiet ta' parkeġġ, ċnut u infrastruttura tas-sikurezza tat-titjiriet, sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli jistgħu jingħataw bħala appoġġ mal-applikazzjoni mill-ajruport. |
3.3. Miżura 3: Appoġġ mogħti mid-distrett ta' Kleve direttament lil FN GmbH dwar l-akkwiżizzjoni tal-art tal-ajruport
(49) |
Kif spjegat fil-Premessa 28, il-Gvern Federali tal-Ġermanja biegħ l-art tal-ajruport fl-14 ta' Marzu 2002 għal EUR [5-15] miljun lil FN GmbH. Dakinhar stess, id-distrett ta' Kleve daħal fi ftehim ma' FN GmbH fir-rigward tal-forniment ta' finanzjament tranżitorju ta' sehem mill-ispejjeż ta' akkwiżizzjoni tal-art tal-ajruport. Il-finanzjament tranżitorju ngħata permezz ta' selfa bla mgħax, kompletament kollateralizzata bil-proprjetajiet fuq l-art tal-ajruport (għalhekk tiswa EUR [5-15] miljun fid-data tal-għoti tas-selfa). Intlaħaq qbil sabiex ammont ta' EUR [4-10] miljun mill-EUR [5-15] miljun jiġi prefinanzjat mid-distrett ta' Kleve. Airport Network B.V., il-kumpanija prinċipali ta' ANH GmbH, kellha trodd lura l-ewwel segment li kien jammonta għal EUR [2-5] miljun ta' din is-selfa bla mgħax lid-distrett ta' Kleve sat-30 ta' Diċembru 2003 (xi ħaġa li fil-fatt għamlet). It-tieni segment ta' EUR [2-5] miljun kien pagabbli ħames snin wara d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet ta' titjiriet fl-ajruport, mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, sakemm ma tkunx issodisfata klawżola ta' ħolqien tal-impjiegi tal-ftehim (350 impjieg) bejn id-distrett ta' Kleve u FN GmbH. |
(50) |
Fit-8 ta' Lulju 2004, id-distrett ta' Kleve ddeċieda li FN GmbH ma kienx ikollu jrodd lura t-tieni segment ta' EUR [2-5] miljun peress li diġà kienu nħolqu iktar minn 350 impjieg. |
3.4. Miżura 4: Appoġġ pubbliku lil EEL GmbH
(51) |
Sabiex tkun tista' tislef lil FN GmbH, EEL GmbH stess kienet teħtieġ li tiġi ffinanzjata. EEL GmbH irrifinanzjat lilha nfisha billi kisbet self ta':
|
(52) |
F'Lulju 2005, l-istruttura kapitali ta' EEL GmbH ġiet ittrasformata mill-azzjonisti tagħha li ddeċidew li jagħmlu injezzjoni ta' EUR [5-15] miljun f'kapital u skambju ta' EUR [1-4] miljun ta' dejn ma' ekwità, li naqqsu d-dejn tal-ewwel selfa għal EUR [3-13] miljun. EEL GmbH raddet lura t-tieni selfa li kienet tammonta għal EUR [2-5] miljun. Fl-aħħar, il-kuntratti tas-self li kien fadal ta' EUR [3-13] miljun u EUR [2-5] miljun ġew estiżi sal-31 ta' Diċembru 2010. Imbagħad, ir-rata tal-imgħax ġiet stabbilita għal [3-8] % fl-1 ta' Lulju 2005 u [3-8] % mill-1 ta' Novembru 2005. Fid-29 ta' Novembru 2010, dawn iż-żewġ selfiet reġgħu ġew estiżi sal-31 ta' Diċembru 2016, b'rata tal-imgħax ta' [3-8] %. |
(53) |
Id-distrett ta' Kleve kompla jinjetta kapital f'EEL GmbH fl-2006 (EUR [1-5] miljun) u fl-2007 (EUR: [2-6] miljun). Dawn l-ammonti ġew irreġistrati bħala riżerva ta' kapital fis-soċjetà u għandhom jitħallsu lura flimkien mar-ripagamenti tas-self fi tmiem l-2016. Flimkien, iż-żewġ azzjonisti pubbliċi taw lil EEL GmbH EUR [24-40] miljun ([15-25] miljun f'injezzjonijiet ta' kapital inkluża l-miżura ta' skambju ta' dejn ma' ekwità u EUR [10-20] miljun f'self). |
(54) |
B'mod parallel, fit-2 ta' Mejju 2003 EEL GmbH irċiviet selfa ta' EUR [2-5] miljun mill-[bank] bi sjieda privata. Is-self kellu jimmatura fit-30 ta' Ġunju 2005 b'rata tal-imgħax ta' [1-5] %. Il-muniċipalità ta' Weeze tat garanzija pubblika ta' 100 % għal din is-selfa favur EEL GmbH u l-[bank], rispettivament. Fit-30 ta' Ġunju 2005, din is-selfa ġiet ikkonvertita u l-[bank] bi sjieda pubblika (sussidjarja tal-[bank]) ħadet post il-[bank]bħala kreditur. Il-maturità ġiet estiża l-ewwel darba sat-30 ta' Diċembru 2010 bir-rata tal-imgħax stabbilita għal [1-5] %, u t-tieni darba fl-2010 sal-31 ta' Diċembru 2016 b'rata tal-imgħax ta' [1-5] %. |
4. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
4.1. Miżura 1: Self mogħti minn EEL GmbH lil FN GmbH
(55) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni xeħtet dubji fuq kemm is-self ipprovdut minn EEL GmbH lil FN GmbH kien ingħata u ġie riportat skont it-termini tas-suq. L-ewwel nett il-Kummissjoni osservat li l-Ġermanja ma kinitx ipprovdiet informazzjoni fuq l-imgħoddi kredizju tar-riċevitur tas-self. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li FN GmbH kienet kumpanija f'diffikultà finanzjarja. Il-Kummissjoni indikat ukoll li l-Ġermanja ma kinitx tat xi spjegazzjoni dwar ir-rati tal-imgħax applikati għas-selfiet individwali jew il-kollateral riċevut. Il-Kummissjoni osservat ukoll in-nuqqas ta' spjegazzjonijiet dwar għaliex il-konċedent tas-self bi sjieda pubblika qabel għal darba, tnejn sabiex jirriporta s-self, billi baqa' dejjem jestendi l-maturità tiegħu u għaliex ir-rimborż tal-kapital u l-imgħaxijiet tas-self dovuti kien għadu qatt ma ġie infurzat. |
(56) |
Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li bl-għoti u r-riportament tas-self lil FN GmbH, EEL GmbH ma aġixxietx bħala investitur li jopera f'ekonomija tas-suq jew kreditur tas-suq. Peress li kien jidher li FN GmbH kienet kumpanija f'diffikultà matul il-perjodu sħiħ, li ma setgħetx tikseb finanzjament mingħand banek kummerċjali tal-inqas sa tmiem l-2010, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li l-ammont sħiħ ta' self, kif ukoll l-imgħax pendenti, għandu jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat. |
(57) |
Peress li dawn il-miżuri daħlu fis-seħħ bla ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
(58) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-ftehimiet ikkonċernati mas-suq intern, jekk jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. (16). |
4.2. Miżura 2 — Appoġġ mil-Land Nordrhein-Westfalen lil FN GmbH
(59) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni indikat li l-appoġġ ipprovdut mil-Land Nordrhein-Westfalen lil FN GmbH kien miżura selettiva peress li mhux l-ajruporti kollha fil-Land kienu eliġibbli għat-tali appoġġ. Peress li l-appoġġ kien ġej minn fondi pubbliċi u ta vantaġġ lill-ajruport billi ta appoġġ ta' investiment, ma setax jiġi eskluż li l-appoġġ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
(60) |
Peress li dawn il-miżuri kienu ddaħħlu fis-seħħ bla ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
(61) |
Finalment, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura kkonċernata mas-suq intern, jekk tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. (17). |
4.3. Miżura 3 — Appoġġ dirett mid-distrett ta' Kleve lil FN GmbH
(62) |
Fir-rigward tal-appoġġ dirett mid-distrett ta' Kleve lil FN GmbH, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li ebda investitur tas-suq ma kien jipprovdi għotja bħal din mingħajr ebda remunerazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar ir-rieda ta' investitur li jopera f'ekonomija tas-suq li jirrinunzja għal parti mir-ripagament ta' għotja pendenti fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' ħolqien tax-xogħol fir-reġjun. |
(63) |
Peress li dawn il-miżuri ġew implimentati bla ma ġew notifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
(64) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern, jekk tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. (17). |
4.4. Miżura 4 — Injezzjonijiet ta' kapital u selfiet għall-benefiċċju ta' EEL GmbH
(65) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-finanzjament ipprovdut lil EEL GmbH mill-azzjonisti pubbliċi tagħha ngħatax u ġiex riportat skont termini tas-suq. |
(66) |
Peress li dawn il-miżuri ddaħħlu fis-seħħ bla ma ġew notifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
(67) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern, jekk jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat. |
5. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA
5.1. Kummenti ġenerali
5.1.1. Sfond tal-Proġett
(68) |
Il-Ġermanja tfakkar l-isfond tal-proġett kif spjegat fis-sezzjoni 2.1 u 2.2 iktar 'il fuq. Il-pedament tal-“Euroregionales Zentrum für Luftverkehr, Logistik und Gewerbe” kien l-iżvilupp ta' ajruport ċivili bi sjieda u tmexxija privati fuq il-mitjar li kien militari. |
(69) |
Il-Ġermanja targumenta li l-iżvilupp tat-tkabbir tat-traffiku kien imxekkel minn fatturi esterni. L-ewwel nett, il-falliment ta' V-bird f'Ottburu 2004, li kienet għażlet lil Niederrhein-Weeze bħala l-bażi tal-operazzjonijiet ewlenija tagħha, ikkaġuna telf qawwi ta' traffiku, li ma setax jiġi kompletament ikkumpensat mit-titjiriet addizzjonali ta' Ryanair u Hapagfly qabel l-2008, meta t-traffiku laħaq il-livell tal-2004. It-tieni, sensiela ta' kawżi miftuħin quddiem il-Qrati nazzjonali komplew joħolqu inċertezza legali għal-linji tal-ajru (18) u kienu jimplikaw spejjeż żejda imprevisti għal FN GmbH. Qabel ma setgħet tikseb il-liċenzja operatorja finali fl-2009, FN GmbH ma setgħetx timplimenta l-istrateġija tagħha minħabba l-kawżi li kienu għaddejjin u għażlet li ssolvi l-kawżi barra l-qorti. Madankollu, l-eżitu ta' suċċess kien jeħtieġ li FN GmbH tħallas kumpensi lill-partijiet għal dawn il-proċedimenti li laħqu l-EUR [5-10] miljun. It-tielet, it-traffiku tal-ajruport ġie ppenalizzat fl-2010 mix-xekkil tat-traffiku tal-ajru kkaġunat mill-iżbroff tal-vulkan Eyjafjallajokull tal-Islanda. Ir-raba', il-Ġermanja tosserva li f'Settembru 2010, daħħlet taxxa fuq il-passiġġieri, li xekklet il-kompetittività ta' Niederrhein-Weeze vis-à-vis ajruporti Ewropej oħrajn mhux soġġetti għal dik it-taxxa. Skont il-Ġermanja, dan sarraf fi tnaqqis fl-operazzjonijiet ta' Ryanair minn Niederrhein-Weeze, li ġarrab telf fil-volum tal-passiġġieri kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012. |
(70) |
Il-Ġermanja tiddikjara li minkejja dawn l-avvenimenti avversi li mhumiex fil-kontroll ta' FN GmbH, EEL GmbH jew l-azzjonisti tagħhom, is-suċċess tal-proġett huwa muri mit-traffiku li żdied b'konsistenza tul il-perjodu investigat (ara l-Premessa 18), li laħaq jew saħansitra qabeż it-traffiku mbassar mid-diversi studji ta' esperti (ħlief fl-2011). Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika li FN GmbH tista' żżid id-dħul mhux mill-avjazzjoni u ttejjeb il-profittabilità tagħha maż-żmien ukoll. |
5.1.2. Il-loġika wara l-finanzjament privat tal-ajruport
(71) |
Il-Ġermanja tindika li Niederrhein-Weeze huwa ajruport bi “storja ta' suċċess”, peress li llum mhux talli huwa t-tielet l-ikbar ajruport f'Nordrhein-Westfalen, iżda huwa eżempju uniku ta' infrastruttura privatizzata mibjugħa bi prezz tas-suq. Il-Ġermanja żżid ukoll li l-investimenti fl-ajruport dejjem inżammu f'livell għoli ħafna. Fil-perjodu bejn l-2002 u l-2011, l-investimenti totali ta' FN GmbH ammontaw għal EUR [60-90] miljun, li EUR [20-30] miljun minnhom ġew applikati għall-iżvilupp ta' bini kummerċjali, EUR [10-20] miljun f'faċilitajiet tat-titjiriet u r-rampa tal-ajruport u EUR [5-10] miljun għat-tnedija u l-espansjoni ta' proġetti. Il-Ġermanja tiddikjara li mill-privatizzazzjoni tagħha, FN GmbH kontinwament setgħet tiddependi fuq riżorsi privati biex tiffinanzja dawn l-investimenti kbar, jiġifieri: (i) injezzjonijiet ta' kapital u self mingħand azzjonisti, (ii) self mingħand banek kummerċjali u (iii) il-profitti operatorji ta' FN GmbH stess. |
(72) |
Fir-rigward tal-appoġġ tal-azzjonisti ta' maġġoranza, il-Ġermanja tqis li ANH GmbH u l-azzjonisti tagħha stess kemm-il darba sostnew lis-sussidjarja tagħhom, FN GmbH, biex ikopru t-telf operatorju inizjali tagħha kif ukoll l-investimenti tagħha fl-infrastruttura tal-ajruport. Dan l-appoġġ ħa l-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital u selfiet, li għalihom l-azzjonist ta' maġġoranza aċċetta li jniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditur tiegħu (Rangrücktritterklärung). B'dan il-mod, l-azzjonist ta' maġġoranza bidel ir-riċevibbli tad-dejn f'ekwità li ma setgħetx tibqa' parti mill-massa ta' insolvenza. Madankollu, il-Ġermanja tindika li l-azzjonisti privati waħedhom ma setgħux isostnu l-piż finanzjarju sħiħ għal investiment li jiswa daqstant, u kienu jeħtieġu sorsi addizzjonali ta' finanzjament, li l-awtoritajiet pubbliċi biss setgħu jipprovdu b'termini tas-suq. Dan l-appoġġ estern diġà kien ingħata kunsiderazzjoni fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2003 (ara l-Premessa 95). |
(73) |
Fir-rigward tas-self mingħand banek kummerċjali, il-Ġermanja tiddikjara li FN GmbH setgħet tikseb kreditu mingħand banek kummerċjali ferm malajr bis-saħħa tas-suċċess kummerċjali tagħha. Skont il-Ġermanja, l-aċċess għall-banek kien ikun prova tas-sostenibbiltà ta' mudell tan-negozju li jiddependi fuq finanzjament privat. Fl-ewwel nofs tal-2009, FN GmbH setgħet tiffirma ftehim ta' self għal selfa għal investiment li kienet tammonta għal EUR [0-10] miljun mal-[bank]. Ir-rata tal-imgħax ta' din is-selfa kienet ta' [2-6] %, iżda soġġetta għas-subordinazzjoni tal-pretensjonijiet ta' EEL GmbH b'rabta mas-selfiet li din tal-aħħar kienet tat lil FN GmbH (b'hekk il-ħtieġa li EEL GmbH tniżżel il-klassifikazzjoni ta' kreditur tagħha). Il-maturità tas-self kienet stabbilita għall-31 ta' Diċembru 2010. Għaldaqstant, skont il-Ġermanja, meta mqabblin, il-kundizzjonijiet ta' kollateralizzazzjoni u r-rati tal-imgħax tal-kuntratti kienu favorevoli għal FN GmbH. FN GmbH raddet lura s-selfa tal-[bank] fid-data meta kienet dovuta. Il-Ġermanja żżid li l-[bank] offra lil FN GmbH żewġ faċilitajiet ta' kreditu (EUR [8-15] miljun u EUR [1-5] miljun) b'rata tal-imgħax indikattiva ta' [1-5] % (19) u li finanzjament b'lokazzjoni għal madwar EUR [0-3] miljun seta' jiġi ffirmat mal-[bank]. |
(74) |
Fir-rigward tal-awtofinanzjament, il-Ġermanja tindika li FN GmbH setgħet tiffinanzja b'mod progressiv l-investimenti tagħha stess permezz tal-flussi tal-flus operattivi pożittivi. L-ewwel EBITDA pożittiv tagħha (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament ġie osservat fl-2006 u l-ewwel profitt nett fl-2007, jiġifieri ftit snin biss wara li bdew l-operazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Ġermanja tmaqdar il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-figuri relatati mal-fatturat u l-kostijiet ta' FN GmbH fid-deċiżjoni ta' ftuħ għaliex din kienet żbaljata u qarrieqa. Għalhekk, il-Ġermanja pprovdiet l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-evoluzzjoni paragunata tal-fatturat u l-kostijiet tul il-perjodu bejn l-2003 u l-2010: Tabella 4 Dħul u Spejjeż ta' FN GmbH matul il-perjodu bejn l-2003 u l-2010
|
(75) |
Il-Ġermanja targumenta li, b'mod partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx tagħti kont lill-kostijiet kollha marbutin mal-mandat pubbliku (kostijiet ta' attivitajiet mhux ekonomiċi) li mhumiex imputabbli għall-operazzjonijiet ta' kuljum tal-ajruport, u b'hekk tnaqqis il-profitt operatorju b'mod artifiċjali. Il-Ġermanja tqis li t-Tabella li ġejja tirrifletti l-profittabilità operatorja vera ta' FN GmbH: Tabella 5 Struttura tal-kostijiet aġġustata ta' FN GmbH (ikklirjati minn spejjeż marbutin mal-mandat pubbliku)
|
5.1.3. Notifika tal-għajnuna — Il-kostruzzjoni tal-ajruport meqjusa bħala attività mhux ekonomika
(76) |
Il-Ġermanja qieset li l-kostruzzjoni ta' ajruport mhijiex attività ekonomika li l-investituri privati jkunu lesti jwettqu waħedhom u li ma hemm ebda eżempju bħal dan fl-Ewropa (ara s-sezzjoni li jmiss). Skont il-Ġermanja, l-investituri privati jkunu ferm iktar interessati li joperaw infrastruttura tal-ajruport, li diġà teżisti, għaliex ir-riskji huma inqas u kontrollabbli. |
(77) |
Il-Ġermanja ssuġġerixxiet li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura ta' ajruport ma għandhiex tibqa' parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiġi rkuprat in-nuqqas ta' investiment privat f'dik iż-żona. Il-Ġermana targumenta li l-kostruzzjoni ta' infrastruttura bħal din tikkostitwixxi għodda li biha l-Istat jista' jixpruna żvilupp ekonomiku u ppjanar tal-art u l-istrutturi permezz tal-politika dwar it-trasport. |
(78) |
Barra minn hekk, il-Ġermana tqis li l-appoġġ pubbliku fil-każ ikkonċernat kien immirat l-iktar lejn attivitajiet ta' mandat pubbliku, li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni. Mill-[20-30] miljun [20-30] miljun minnhom kienu jkunu investiti fil-protezzjoni min-nirien u sistemi tas-sigurtà. Il-Ġermanja żiedet li l-EUR [2-5] miljun pendenti kienu ntużaw kollha sabiex jiffinanzjaw attivitajiet oħrajn fl-2011. |
5.1.4. Kunċett ta' għajnuna — Nuqqas ta' eżistenza ta' investitur ta' referenza ipotetiku
(79) |
Il-Ġermanja hija tal-fehma li ma hemmx suq għall-iffinanzjar tal-infrastruttura ta' ajruport reġjonali bi sjieda privata fl-Ewropa. Skont il-Ġermanja, ftit biss huma l-ajruporti kompletament privatizzati fl-Ewropa. Glasgow-Prestwick jew Luton huma eżempji ta' ajruporti bħal dawn. Għad li ma kienet infetħet ebda investigazzjoni fl-għajnuna mill-Istat dwar ajruporti kompletament privati bħal dawn, il-Ġermanja xeħtet dubju fuq in-nuqqas ta' appoġġ pubbliku lil dawk l-ajruporti. Il-Ġermanja saħqet li anki fl-eżempju tal-ajruport Lübeck-Blankensee, il-muniċipalità pubblika ta' Lübeck reġgħet saret sid il-pjattaforma fl-2009. Din l-iskarsezza tas-sjieda privata tkun tappartjeni għal-livell għoli ta' spejjeż fissi li bilfors iridu jiġġarrbu fil-bini tal-infrastruttura ta' ajruport, rikonoxxuti mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, li kienu qed jitħejjew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali (20). Barra minn hekk, il-Ġermanja tosserva li l-inċertezzi legali maħluqin mill-proċess obbligatorju ta' ċertifikazzjoni tal-ajruport, is-sentenza konkomitanti tal-kawża Aéroports de Paris u l-iffirmar ta' trattat internazzjonali bejn il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi qatgħu qalb l-investituri privati milli jidħlu f'dan it-tip ta' proġett. Skont il-Ġermanja, il-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ għamlet ħażin li injorat il-fatt li l-banek kummerċjali kienu ovvjament kontra finanzjament tal-kostruzzjoni tal-ajruporti privati, u li ma kien hemm ebda suq funzjonanti f'dik iż-żona. |
(80) |
Il-Ġermanja tieħu l-pożizzjoni li l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni ma kinitx imsejsa fuq kriterji ċari biex tivvaluta l-konformità mas-suq tal-miżuri investigati. Skont il-Ġermanja, għall-kuntrarju, il-Kummissjoni missha bbażat fuq il-ġurisprudenza stabbilita (21) fil-kuntest tas-servizzi postali universali, li jkunu jikkonfermaw li l-ħolqien u l-manutenzjoni ta' netwerk mhumiex konformi ma' approċċ purament kummerċjali. Il-Ġermanja tissuġġerixxi wkoll li bħala bażi tintuża l-prattika eżistenti tal-Kummissjoni, li biha l-Kummissjoni allegatament approvat miżuri ta' appoġġ simili. Biex issostni l-fehmiet tagħha, il-Ġermanja użat l-eżempju tal-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport Kassel-Calden. |
(81) |
Il-Ġermanja kkonkludiet li, fid-dawl tal-iżvilupp b'suċċess tal-ajruport, kwalunkwe investitur privat kien jinvesti fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze bħalma għamlet il-Ġermanja. |
5.1.5. FM GmbH ma tikkwalifikax bħala kumpanija f'diffikultà
(82) |
Il-Ġermanja tiċħad il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li FN GmbH tista' tikkwalifika bħala kumpanija f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (“il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar”) (22), |
(83) |
Il-Ġermanja tibbaża dik id-dikjarazzjoni fuq ħames motivi. L-ewwel nett, FN GmbH kienet diġà tkun għamlet gwadanji wara fażi ta' bidu ferm qasira (l-ewwel EBITDA pożittiv fl-2006 — esklużi spejjeż ta' mandat pubbliku — u l-ewwel profitt nett fl-2007). Il-Ġermanja tosserva li fil-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta' finanzjament favur ajruporti reġjonali, il-Kummissjoni qatt ma kienet ikkwalifikat lil benefiċjarju li jkun qed jagħmel it-telf bħala kumpanija f'diffikultà matul il-fażi ta' bidu. Skont il-Ġermanja, jekk il-Kummissjoni tinsisti fuq dan ir-raġunament, ma jibqax ikun possibbli li jiġu ffinanzjati iktar infrastrutturi tal-ajruport. |
(84) |
It-tieni, il-Ġermanja targumenta li qatt ma kien ssodisfati l-kriterji “ibsin” għal ditta f'diffikultà. Il-Ġermanja topponi l-kummenti li saru fid-deċiżjoni ta' ftuħ dwar l-ekwità negattiva u żżid li l-azzjonist ta' maġġoranza żamm il-kumpanija finanzjarjament fuq saqajha — permezz ta' selfa, injezzjoni ġdida ta' kapital u l-ftehim li jnaqqas il-klassifikazzjoni tal-kreditur tiegħu (Rangrücktritterklärung). Barra minn hekk, il-Ġermanja tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi T-102/07 u T-120/07 Freistaat Sachsen/Il-Kummissjoni għaliex timplika awtomatiċità bejn l-eżistenza ta' ekwità negattiva u kwalifikazzjoni bħala kumpanija f'diffikultà. Skont il-Ġermanja, il-kriterju ta' ekwità negattiva huwa l-uniku wieħed minn bosta kriterji identifikati mill-Qorti Ġenerali sabiex jiġi stabbilit jekk ditta hijiex f'diffikultà. |
(85) |
It-tielet, il-Ġermanja tiddikjara li FN GmbH ma turi ebda sintomu li jissuġġerixxi li l-kumpanija hija f'diffikultà, peress li l-iżvilupp tan-negozju ta' FN GmbH kien pożittiv mindu fetħet. B'mod partikolari, il-fatt li t-tariffi tal-imgħax ta' FN GmbH jiżdiedu ma jurix diffikultajiet finanzjarji bħal djun esaġerati, iżda tirrifletti l-investiment ripetut tal-azzjonist ta' maġġoranza f'FN GmbH. |
(86) |
Ir-raba', il-Ġermanja targumenta li FN GmbH tista' ssolvi d-diffikultajiet finanzjarji tagħha bis-saħħa tal-profitti operatorji tagħha stess, self mingħand banek kummerċjali kif ukoll self u finanzjamenti riċevuti mingħand l-azzjonist ta' maġġoranza tagħha. |
(87) |
Fl-aħħar, il-Ġermanja tiddikjara li FN GmbH ma tistax titqies bħala kumpanija f'diffikultà skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, li jeskludu lil kumpaniji maħluqin inqas minn tliet snin mindu nħolqu (bħal FN GmbH GmbH) minn dik il-kwalifikazzjoni. |
5.1.6. Distorsjoni tal-kompetizzjoni
(88) |
Il-Ġermanja targumenta li, fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni naqset milli turi l-effetti tal-miżuri ta' appoġġ fuq il-kompetizzjoni fis-suq relevanti, li naqset milli tiddefinixxi. |
(89) |
Wara li għamlet dawn il-kummenti ġenerali, il-Ġermanja ħadet pożizzjoni dwar id-diversi miżuri investigati: |
5.2. Miżura 1: L-appoġġ ta' EEL GmbH lil FN GmbH
5.2.1. Il-kontroll ta' EEL GmbH fuq FN GmbH
(90) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-pagamenti kollha ffinanzjati mis-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH kienu strettament ikkontrollati minn EEL GmbH, li ssorveljat it-trasferiment dirett tagħhom lill-kredituri f'isem (treuhänderisch) FN GmbH. |
(91) |
Skont il-Ġermanja, billi għamlet hekk, EEL GmbH setgħet tiżgura li r-riżorsi tagħha jkunu allokati b'mod esklussiv għal investimenti, u mhux għal operazzjonijiet ta' kuljum. |
(92) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tosserva li bħala azzjonisti ta' EEL GmbH, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ngħataw diversi drittijiet esklussivi fl-att ta' twaqqif ta' FN GmbH (Geschäftsvertrag) bħas-setgħa li jaħtru s-CEO ta' FN GmbH (użata fl-2004) u bosta drittijiet ta' veto rigward miżuri ta' ġestjoni individwali, kif ukoll il-modifiki jew il-bejgħ tal-kapital ta' FN GmbH. Dawn id-drittijiet ser jibqgħu validi sakemm FN GmbH tkun ħallset lura d-djun tagħha lil dawn iż-żewġ azzjonisti. |
5.2.2. Valutazzjoni ex ante tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-investimenti meħtieġa
(93) |
Il-Ġermanja argumentat li matul il-perjodu investigat, id-deċiżjonijiet kollha ta' investiment kienu msejsin fuq studji tas-suq li l-konklużjonijiet tagħhom kienu jindikaw b'mod sistematiku lejn il-ħtieġa tal-investiment. |
(94) |
F'dak ir-rigward, l-ewwel il-Ġermanja ssemmi studju tal-1998 (li sar minn […]) li, skont dan, il-proġett ta' Niederrhein-Weeze deher li kien ekonomikament solidu u sostenibbli. Il-Ġermanja semmiet studji oħrajn li saru ftit wara, li kienu jirrakkomandaw l-ispeċjalizzazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport il-ġdid għas-segment tal-LCCs, li dak iż-żmien kien identifikat bħala l-iktar sors ta' tkabbir promettenti fl-aħħar tas-snin disgħin. Dak iż-żmien, il-kostruzzjoni ta' infrastruttura mfassla b'mod espliċitu għat-traffiku tal-LCCs, is-sitwazzjoni ġeografika tal-ajruport (li jilħaq madwar 35 miljun abitant), is-saturazzjoni tal-ajruporti ta' Amsterdam u Dusseldorf fl-inħawi tqiesu bħala vantaġġi kompetittivi. |
(95) |
Il-Ġermanja tirreferi wkoll għall-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju li kienu jiddependu mit-tkabbir mistenni tat-traffiku ta' LCCs, is-saturazzjoni tal-pjattaformi ta' ajruporti fl-inħawi, l-iffirmar ta' ftehimiet ma' Ryanair, biex jitbassar is-suċċess finanzjarju tal-ajruport. Minħabba l-ħtieġa li jiġu infurzati regoli dwar il-ħarsien ambjentali, fl-istess ħin FN GmbH ikkummissjonat tbassir tat-traffiku tal-ajru mingħand […] (“l-istudju […]”), li għall-2010 antiċipa traffiku ta' 2,88 miljun passiġġier, u għall-2020 traffiku li jvarja bejn 3,1 u 4.,85 miljun passiġġier. Il-Ġermanja tosserva li r-rekords tat-traffiku juru li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kien irrispettat bl-eżatt sal-2010, minkejja l-avvenimenti avversi deskritti hawn fuq. |
(96) |
Il-Ġermanja tkompli tispjega li fl-2009, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni mwessa' tal-attivitajiet ta' Ryanair fl-ajruport, FN GmbH ikkummissjonat pjan ta' direzzjoni tan-negozju ieħor li kopra s-snin 2009-2020 (“il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2009”). Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ntbagħat lill-[bank], li seta' jieħu dan l-istudju f'kunsiderazzjoni meta jieħu d-deċiżjoni li jagħti selfa kummerċjali lil FN GmbH. |
(97) |
Fid-dawl ta' dawk l-elementi, il-Ġermanja kkontestat il-fehmiet preliminari tal-Kummissjoni li l-mudell tan-negozju ta' FN GmbH ma kienx sostenibbli u li l-proċess ta' privatizzazzjoni sar fuq kunsiderazzjonijiet politiċi u mhux fuq termini purament kummerċjali. |
5.2.3. Konformità mas-suq tas-selfiet ta' EEL Gmb lil FN GmbH
(98) |
Il-Ġermanja ddikjarat li d-deċiżjoni ta' ftuħ tuża bażi legali żbaljata biex tivvaluta l-konformità mas-suq tar-rati tal-imgħax tas-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH. Skont il-Ġermanja, il-Kummissjoni użat il-Komunikazzjoni tal-2008 mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (“il-komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rata ta' Referenza”) (23) fil-valutazzjoni tagħha. Il-Ġermanja targumenta li peress li ħafna mill-miżuri investigati ngħataw bejn l-2003 u l-2005, il-Kummissjoni missha applikat l-avviż tagħha tal-1997 dwar il-metodu għad-determinazzjoni tar-rati ta' referenza u ta' skont (“il-komunikazzjoni tal-1997 dwar ir-Rati ta' Referenza”) (24). |
(99) |
Barra minn hekk, hi liema hi l-komunikazzjoni li hija applikabbli ratione temporis, il-Ġermanja xeħtet dubju fuq l-applikabbiltà ta' kwalunkwe rata ta' referenza tal-Kummissjoni għal dan il-każ għaliex allegatament ma hemm ebda suq finanzjarju funzjonanti għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura ta' ajruport. |
(100) |
Il-Ġermanja żiedet li s-selfiet mogħtijin mill-awtoritajiet pubbliċi kienu totalment konformi mas-suq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
(101) |
Fir-rigward tat-test tal-investitur privat, il-Ġermanja rreferiet għall-ġurisprudenza fil-kawża Ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni. (25) li fiha l-Qorti ddikjarat li “Sabiex jiġi stabbilit jekk it-tali miżuri humiex għajnuna mill-Istat, hemm bżonn li jitqies jekk f'ċirkustanzi simili investitur privat ta' daqs paragunabbli għal dak tal-korpi li jamministraw is-settur pubbliku kienx jipprovdi kapital fit-tali ammont”. Il-Ġermanja argumentat li investitur privat minflok EEL kien jieħu f'kunsiderazzjoni l-obbligu ta' konformità legali u kien jaċċetta li l-profittabilità tal-investiment seta' jittardja minħabba l-ispejjeż ta' konformità, kif il-Kummissjoni diġà għarfet fil-kawża dwar l-għajnuna individwali preċedenti Einzelbeihilfe für Wasserwerke (26). Il-Ġermanja żiedet ukoll li investitur privat jista' jieħu f'kunsiderazzjoni wkoll l-għamla/objettiv strateiċi tal-mudell tan-negozju sabiex jadatta l-projjezzjonijiet tal-profittabilità tiegħu. Skont il-punt 3.2 (v) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 1984 dwar il-parteċipazzjonijiet ta' awtoritajiet Pubbliċi fil-kapital tal-kumpaniji (27), “l-għamla strateġika tal-investiment f'termini tas-swieq jew il-provvisti hija tali li l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni azzjonarja tista' titqies bħala l-imġiba normali ta' fornitur ta' kapital, għad li l-profittabilità tkun ittardjata”. Il-Ġermanja kkonkludiet li din id-dispożizzjoni telimina l-possibbiltà li jeżisti vantaġġ ekonomiku li jinvolvi għajnuna mill-Istat. |
5.3. Miżura 2: Il-miżura ta' appoġġ tal-Land NordRhein Westfalen favur FN GmbH
(102) |
Skont il-Ġermanja, il-miżura ta' appoġġ mogħtija permezz ta' deċiżjoni tal-Land Nordrhein Westfalen lil FN GmbH fil-15 ta' Ottubru 2002 għal ammont ta' EUR 3,525 miljun fil-fatt ma tikkostitwixxi ebda għajnuna jew tal-inqas għajnuna eżistenti skont it-tifsira tar-Regolament Proċedurali. Il-Ġermanja argumentat li l-miżura kienet ġiet adottata fuq il-bażi tad-Digriet tal-1993. Skont il-Ġermanja, id-digriet kien ġie adottat qabel l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għal għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (“il-Linji Gwida tal-1994 dwar l-Avjazzjoni”) (28). |
(103) |
Il-Ġermanja żiedet li l-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u ġew soġġetti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni iktar tard biss, wara: (a) l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna ta' bidu għal linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (“il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni”) fl-2005 u (b) l-adozzjoni tas-sentenzi storiċi f'dak is-settur mill-Qorti Ġenerali u l-Qorit tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (29). |
(104) |
F'dan ir-rigward il-Ġermanja argumentat ukoll li l-Kummissjoni użat bażi legali żbaljata fid-deċiżjoni ta' ftuħ sabiex tivvaluta b'mod preliminari l-Miżura 2. Tabilħaqq, id-deċiżjoni ta' ftuħ (30) kienet ibbażata fuq il-verżjoni l-ġdida tad-Digriet tal-1993, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, wara li ngħatat il-miżura. |
(105) |
Fl-aħħar, il-Ġermanja tqis li, peress li d-Digriet tal-1993, li fuq il-bażi tiegħu ġiet adottata l-miżura ta' għajnuna investigata, kien ġie rrevokat, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tuża d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Proċedurali marbutin mal-għajnuna eżistenti. |
5.4. Miżura 3: Appoġġ dirett mid-distrett ta' Kleve lil FN GmbH
(106) |
Il-Ġermanja tqis li l-għoti tal-finanzjament transitorju kien meħtieġ sabiex l-investiment privat ikun akkumpanjat fl-ajruport fil-fażi tal-bidu. Fir-rigward tar-rinunzja tal-obbligu ta' FN GmbH milli tħallas lura t-tieni segment tas-selfa, il-Ġermanja tiddikjara li d-distrett ta' Kleve ħa dik id-deċiżjoni b'mod deliberat peress li FN GmbH kienet issodisfat l-obbligu legali tagħha li toħloq tal-inqas 350 impjieg. |
5.5. Miżura 4: rifinanzjament pubbliku ta' EEL GmbH
(107) |
Il-Ġermanja tikkontesta li r-rifinanzjament ta' EEL GmbH jikkostitwixxi operazzjoni li tinvolvi lill-Istat, peress li huwa sempliċi injezzjoni kapitali mwettqa minn azzjonisti ta' EEL GmbH. Il-Ġermanja tindika li r-rifinanzjament ta' EEL GmbH sar mis-sidien pubbliċi u banek privati. |
(108) |
Il-Ġermanja tiddikjara li d-deċiżjoni ta' ftuħ tgħodd l-għajnuna mill-Istat allegata darbtejn (rifinanzjament ta' FN GmbH minn EEL GmbH, u rifinanzjament ta' EEL GmbH mill-azzjonisti pubbliċi tagħha) għad li jifformaw miżura waħda biss. Il-Ġermanja tfakkar li l-Kummissoni kienet irrifjutat milli tipproċedi b'valutazzjoni doppja fil-każ Leipzig/Halle simili (31). |
(109) |
Il-Ġermanja tiċħad li EEL GmbH kienet involuta f'xi attività ekonomika u targumenta li, minflok, EEL GmbH għandha titqies bħala Veikolu bi Skop Speċjali (“SPV”) temporanju mwaqqaf sabiex jieħu ħsieb u jiżviluppa l-infrastruttura tal-ajruport. Il-Ġermanja tieħu l-pożizzjoni li EEL GmbH twaqqfet sabiex tkun iktar effiċjenti fil-ġestjoni tal-proġett miż-żewġ azzjonisti separati tagħha (id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze) u sabiex talloka l-appoġġ tal-bidu pprovdut minn dawn tal-aħħar b'mod iktar trasparenti. Skont il-Ġermanja, ebda investitur privat ma kien iwettaq l-istess attivitajiet bħal dawk ta' EEL GmbH. |
(110) |
Fl-aħħar, il-Ġermanja żiedet li EEL GmbH kienet qed tagħmel marġni ta' qligħ bis-saħħa tad-differenza bejn ir-rati tal-imgħax tas-selfiet riċevuti mill-azzjonisti tagħha u dawk mogħtijin lil FN GmbH. |
5.6. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
(111) |
Il-Ġermanja tiddubita kemm il-Kummissjoni vvalutat fil-fond il-kompatibbiltà tal-miżuri ta' appoġġ fid-deċiżjoni ta' ftuħ. Iżżid li, fid-dawl tal-kwistjoni marbuta mal-aspettattivi leġittimi spjegati hawn taħt, il-Kummissjoni la għandha tkompli għaddejja bl-investigazzjoni u lanqas ma għandha tikkunsidra xi rkupru tal-miżura ta' appoġġ. Fl-aħħar, il-Ġermanja tosserva li l-Kummissjoni diġà kienet approvat il-miżuri ta' appoġġ mogħtijin lill-ajruport ta' Kassel-Calden, li jixbhu lil dawk mogħtija lill-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. Minn dan il-Ġermanja tikkonkludi li l-Kummissjoni għandha tiddikjara dawn tal-aħħar bħala kompatibbli mas-suq intern. |
5.7. Aspettattivi leġittimi
(112) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Ġermanja tenniet l-argumenti ta' qabel fir-rigward tal-aspettattivi leġittimi. Skont il-Ġermanja, il-Kummissjoni kienet tinformaha f'Lulju 2009 (32) li ma kellha ebda intenzjoni li tkompli tinvestiga l-każ u, b'hekk, kienet toħloq aspettattivi leġittimi. Il-Ġermanja kkonkludiet li mbagħad il-Kummissjoni kienet marbuta bil-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u missha għalqet l-investigazzjoni preliminari. Biex issostni l-fehmiet tagħha, il-Ġermanja ddikjarat li, fil-kawża Salzgitter, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kienet stabbilixxiet (33) li dewmien min-naħa tal-Kummissjoni sabiex teżerċita s-setgħat superviżorji tagħha u l-ordni tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat ma jrendix id-deċiżjoni ta' rkupru irregolari, ħlief f'każijiet eċċezzjonali (bħal din) li fihom ikun jidher ċar li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi u jkun ovvju li tkun kisret id-dmir ta' diliġenza tagħha. |
(113) |
Il-Ġermanja argumentat li l-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni injorat atti oħrajn tal-Kummissjoni bħad-Deċiżjoni Konver II tal-2005 (l-għoti ta' 14,9 miljun ECU għall-konverżjoni tal-eks ajruporti militari f'Nordrhein Westfalen) u l-Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza tal-ajruporti fl-Ewropa (34), li b'mod espliċitu jsejħu għall-ħolqien ta' infrastruttura ta' ajruport ġdid. |
6. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
6.1. Flughafen Düsseldorf GmbH
(114) |
Flughafen Düsseldorf Gmbh (“Flughafen Düsseldorf”), l-operatur tal-ajruport ta' Düsseldorf, kien tal-fehma li l-erba' miżuri investigati affettwaw il-kompetizzjoni fis-Suq uniku u għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli. Skont Flughafen Düsseldorf, it-traffiku f'Niederrhein-Weeze kiber b'għaxar darbiet f'inqas minn għaxar snin sempliċiment għaliex l-istruttura tal-ispejjeż tal-ajruport tnaqqsu b'mod artifiċjali minħabba l-appoġġ pubbliku. Bil-bidu tal-operazzjonijiet ta' titjiriet f'Niederrhein-Weeze, Ryanair kienet użat b'mod abbużiv il-marka “Düsseldorf” fil-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni tagħha, li qarrqu u ġibdu klijenti potenzjali lejn Niederrhein-Weeze a skapitu ta' Flughafen Düsseldorf. |
6.2. Niederrheinische Industrie— und Handelskammer Duisburg Wesel Kleve zu Duisburg
(115) |
Niederrheinische Industrie— und Handelskammer Duisburg Wesel Kleve zu Duisburg (“Niederrheinische IHK”), il-kamra tal-kummerċ u l-industrija lokali, tindika li l-għeluq tal-ajruport militari wassal għal telf ta' 400 impjieg u madwar EUR 100 miljun dħul fis-sena għad-distrett filwaqt li, għall-kuntrarju, l-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kien ferm pożittiv u ħoloq iktar minn 1 200 impjieg fir-reġjun. Niederrheinische IHK tinnota wkoll li l-ajruport kiber skont il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2003 u sar it-tielet l-ikbar ajruport reġjonali fil-Land. It-tnaqqis riċenti fit-traffiku tal-passiġġieri jkun fil-parti l-kbira dovut għall-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja. |
6.3. Erlebe-Fernreisen u Atlasreisen
(116) |
Erlebe-Fernreisen GmbH (“Erlebe-Fernreisen”) u Atlasreisen Partnerunternehmen (“Atlasreisen”), żewġ aġenziji lokali tal-ivvjaġġar, appoġġjaw il-pożizzjoni tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze fil-proċedura. Erlebe-Fernreisen hija tal-fehma li t-tiġdid tal-ajruport militari u l-kooperazzjoni mal-maniġment tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze saħħew it-tkabbir tal-kumpanija. Atlasreisen tfakar il-ħila tal-ajruport meta għadda mill-proċess diffiċli ta' ċertifikazzjoni u l-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja. |
6.4. Agello
(117) |
Agello Service GmbH (“Agello”), fornitur tas-servizzi tal-ajruporti, iqis li l-iżvilupp kummerċjali pożittiv tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze biddlu fit-tielet l-ikbar ajruport reġjonali fil-Land u jqisu bħala proġett Ewropew ta' suċċess. Fil-fehma tiegħu, it-tnaqqis riċenti fit-traffiku tal-passiġġieri huwa fil-parti l-kbira dovut għall-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja. |
6.5. Pro:niederrhein
(118) |
Pro: niederrhein, grupp ta' ċittadini lokali li jappoġġjaw l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jqisu li l-miżuri vvalutati mhumiex illegali u li l-ajruport huwa importanti għar-reġjun, kif enfasizzat minn petizzjoni ffirmata minn iktar minn 20 000 persuna fl-2006. |
6.6. Tower Company u STI
(119) |
Tower Company GmbH (“Tower Company”), il-fornitur tas-servizzi tal-ajruport inkarigata mis-sigurtà tat-titjiriet, u STI Security Training International GmbH (“STI”), il-fornitur tas-servizzi ta' kontroll tal-passiġġieri, iqisu li l-attivitajiet ta' mandat pubbliku li jwettqu ma jistgħux jiġu rilokati f'każ li jagħlaq l-ajruport. Jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-impjiegi f'kunsiderazzjoni meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha. |
6.7. Serve2fly u I-Punkt
(120) |
Serve2fly Heico Losch Airport Service GmbH (“Serve2fly”), il-fornitur tal-groundhandling tal-ajruport, u I-Punkt GmbH (“I-Punkt”), kumpanija lokali tal-kostruzzjoni, iqisu li l-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kien ferm pożittiv u ħoloq iktar minn 1 000 impjieg f'din l-inqas parti żviluppata tar-reġjun ta' Nordrhein Westfalen. Serve2fly jargumenta li l-fehmiet spjegati fid-deċiżjoni ta' ftuħ imorru kontra l-linji gwida tal-Kummissjoni stess għaliex jipprevjenu lill-ajruporti lokali milli jikkompetu fis-suq. Serve2fly ifakkar li l-avvenimenti avversi esterni li l-ajruport kellu jkampa fihom u jistieden lill-Kummissjoni sabiex teħodhom f'kunsiderazzjoni. |
6.8. Gaetan Data
(121) |
Gaetan Data GmbH (“Gaetan Data”), kumpanija lokali tat-taħriġ targumenta li l-ajruport jikkostitwixxi riżorsa unika f'termini ta' taħriġ tal-ajruport, u tqis li l-Kummissjoni għandha tlesti l-każ malajr. |
6.9. Van Boekel, RAS u SOV
(122) |
Van Boekel GmbH (“Van Boekel”), kumpanija lokali attiva inter alia f'xogħlijiet ta' bini ta' toroq u disinjar tal-pajsaġġ, Rheinland Air Service Werft & Handel GmbH (“RAS”), il-fornitur tas-servizzi ta' riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru, u Schilling Omnibusverkehr GmbH (“SOV”), il-kumpanija tat-trasport bil-karozzi tal-linja li sservi lil Niederrhein-Weeze minn Kolonja u Düsseldorf, jargumentaw li llum l-ajruport huwa ajurport privat profittabbli b'dimensjoni verament Ewropea. |
6.10. NRN Energie
(123) |
NRN Energie GmbH (“NRN Energie”) tiddikjara li l-ajruport kien iffinanzjat minn investitur privat, għall-kuntrarju tal-ajruport ta' Eindhoven, li seta' jisfrutta l-finanzjament addizzjonali tal-operazzjonijiet militari tal-Pajjiżi l-Baxxi. Fir-rigward tal-involviment pubbliku, NRN Energie tqis li s-selfiet pubbliċi ngħataw skont it-termini tas-suq. NRN Energie kellha l-istess tħassib bħall-Ġermanja dwar il-ksur tal-aspettattivi leġittimi. |
6.11. KPP
(124) |
KPP Steuerberatungsgesellschaft mbH (“KPP”), kumpanija tas-servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxi, tirreferi għar-redditu sinifikanti ([10-20] %) fuq il-kapital ta' FN GmbH fl-2010. KPP targumenta li s-selfiet riċevuti minn FN GmbH għandhom jitqiesu bħala kważi ekwità fil-parti l-kbira tagħhom u li, xorta waħda, dawn kienu kompletament kollateralizzati. |
6.12. Id-distrett ta' Kleve
(125) |
Id-distrett ta' Kleve jappoġġja l-kummenti kollha li saru mill-Ġermanja, b'mod partikolari dawk marbutin mal-ksur tal-aspettattivi leġittimi. Jisħaq ukoll fuq id-domanda li dejjem qed tikber għal ajruporti reġjonali f'Nordrhein Westfalen, waħda mill-iktar żoni b'popolazzjoni densa fl-Ewropa, li ma tistax tiġi ssodisfata kompletament mill-ajruport fl-inħawi kważi saturat ta' Düsseldorf. Id-distrett ta' Kleve jżid li l-finanzjament tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kien strettament konformi mal-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni, peress li dan tal-aħħar kien jikkwalifika bħala ajruport tal-kategorija D (sa, u inkluża, l-2007). |
6.13. FN GmbH
(126) |
FN GmbH tappoġġja l-kummenit kollha li saru mill-Ġermanja fid-deċiżjoni ta' ftuħ, li tat is-sehem tagħha għalihom. FM GmbH tisħaq li l-miżuri investigati ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari s-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH, li ngħataw bit-termini tas-suq. Skont FN GmbH, minkejja livell ferm sinifikanti ta' investiment fl-infrastruttura tal-ajruport (EUR [50-100] miljun), FN GmbH irnexxielha żżomm proporzjon għoli ta' ekwità (iktar minn [20-50] %) u tillimita s-sehem tal-miżuri ta' finanzjament investigati għal inqas minn [20-50] % fil-finanzjament globali. FN GmbH iżżid li kemm ir-rekords tat-traffiku kif ukoll il-profitti operatorji baqgħu jiżdiedu minn mindu bdew l-operazzjonijiet fl-2003 b'tali mod li FN GmbH beda jagħmel profitti annwali mill-2007. FN GmbH tosserva wkoll li d-dħul operatorju baqa' jiżdied u qabeż sew l-ispejjeż operatorji, li baqgħu stabbli. Skont FN GmbH, din il-prestazzjoni operazzjonali solida tkun saħansitra aħjar, li kieku l-kostijiet marbutin mal-ispejjeż ta' mandat pubbliku tnaqqsu mir-rapporti tal-introjtu. |
(127) |
FN GmbH tisħaq li mhijiex kumpanija f'diffikultà u li s-selfiet kollha ngħataw skont it-termini tas-suq. FN GmbH tiddikjara li, għal din il-klassi ta' kreditu, ir-rati tal-imgħax stabbiliti fis-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH huma ogħla mir-rati tal-Bundesbank għal krediti kollateralizzati ġodda jew Pfandbriefindex (35) (flimkien ma' marġni normali ta' 80 sa 120 punt bażi) |
6.14. Partijiet terzi oħrajn
(128) |
Ħames individwi jiddubitaw li:
|
7. KUMMENTI TAL-ĠERMANJA DWAR IL-POŻIZZJONI TA' PARTIJIET TERZI
(129) |
Il-Ġermanja ma kkunsidratx li l-elementi pprovduti mis-Sur Kleinschnittger jistgħu jintużaw b'mod validu fil-proċedura peress li jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali li d-deliberazzjonijiet tal-assemblea tad-distrett ta' Kleve, li kienet inġabret u ntbagħtet b'mod illegali lill-Kummissjoni. |
(130) |
Fir-rigward tal-kummenti li saru minn ċerti individwi, il-Ġermanja rreferiet għas-sottomissjonijiet tagħha tat-18 ta' Marzu 2013 u d-19 ta' Awwissu 2013, miġburin fil-qosor fis-Sezzjoni 5. |
8. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
(131) |
B'konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma tkun xi tkun u thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti hija inkompatibbli mas-suq intern, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(132) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għaldaqstant, sabiex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, trid tiġi ssodisfata kull waħda mill-erba' kundizzjonijiet. L-għajnuna finanzjarja trid:
|
(133) |
F'dan il-każ, il-Ġermanja argumentat li EEL GmbH u l-azzjonisti tagħha aġixxew b'mod konsistenti bħala operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq iggwidati minn skopijiet ta' profittabilità, u li l-miżuri vvalutati ma kienu jagħtu ebda vantaġġ ekonomiku li l-kumpanija ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. Jekk tabilħaqq dan huwa l-każ, il-miżuri implimentati mill-Ġermanja ma jkunux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
8.1. Aspettattivi leġittimi
(134) |
Għall-kuntrarju ta' dak li targumenta l-Ġermanja, il-Kummissjoni ma ħolqot ebda aspettattiva leġittima fir-rigward tal-għeluq tal-investigazzjoni preliminari. L-ewwel nett, l-argument li l-Kummissjoni baqgħet inattiva huwa irrelevanti. Fil-Każijiet Magħquda Demesa u Territorio Histórico de Álava v Il-Kummissjoni (37), il-Qorti kkonfermat li kwalunkwe nuqqas ta' azzjoni apparenti huwa irrelevanti meta miżura ta' għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata lilha. Peress li l-Ġermanja naqset milli tinnotifika l-għajnuna (ara l-Premessa 247), il-Ġermanja ma tistax tinvoka aspettattiva leġittima. Il-Kummissjoni tosserva li r-referenza għall-ġurisprudenza ta' Salzgitter hija irrelevanti peress li din is-sentenza tikkonċerna biss il-perjodu ta' rkupru fil-każ ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni u mhux il-perjodu ta' investigazzjoni preliminari kopert mill-kummenti tal-Ġermanja. Fl-aħħar, il-Kummissjoni tosserva li, peress li qatt ma kienet informat lill-Ġermanja dwar l-għeluq tal-każ inkwistjoni, hija intitolata tkompli bl-investigazzjoni formali tagħha. |
8.2. Kumpanija f'diffikultà
(135) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni sabet li ma setgħetx teskludi li FN GmbH kienet kumpanija f'diffikultà finanzjarja. Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' FN GmbH tjiebet maż-żmien:
|
(136) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-kumpanija qatt ma kienet fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 9 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar li fiha l-kumpanija ma “kinitx tkun kapaċi, la bir-riżorsi tagħha stess u lanqas bil-fondi li kapaċi tikseb mis-sid/azzjonisti jew kredituri tagħha, iġġarrab telf li, migħajr intervent estern tal-awtoritajiet pubbliċi, kważi żgur jikkundannaha għal falliment fit-terminu qasir jew medju.”. Il-Kummissjoni tikkonkludi li FN GmbH ma għandhiex tikkwalifika bħala kumpanija f'diffikultà. |
8.3. L-Eżistenza ta' Għajnuna li Tikkonċerna s-Selfiet Mogħtijin lil FN GmbH (Miżura 1)
8.3.1. Il-Kunċetti ta' Impriża u Attività Ekonomika
(137) |
Sa dan l-aħħar, l-iżvilupp tal-ajruporti kien spiss determinat minn kunsiderazzjonijiet purament territorjali jew, f'xi każijiet, minn rekwiżiti militari. L-operat tal-ajruporti kien organizzat bħala parti mill-amministrazzjoni aktar milli bħala intrapriża kummerċjali. Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-operaturi tal-ajruporti ġiet limitata wkoll u żviluppat gradwalment. |
(138) |
Madankollu, dik is-sitwazzjoni inbidlet tul dawn l-aħħar snin. Għalkemm dawk il-kunsiderazzjonijiet dwar l-ippjanar tal-użu tal-art u l-istrutturi amministrattivi jistgħu jippersistu f'xi każijiet, il-maġġoranza tal-ajruporti ġew inkorporati taħt il-liġi kummerċjali sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f'termini tas-suq f'ambjent dejjem aktar kompetittiv. Il-proċess tat-trasferiment għas-settur privat normalment ħa l-forma ta' privatizzazzjoni jew ta' ftuħ progressiv ta' kapital. F'dawn l-aħħar snin, id-ditti tal-ekwità privata u tal-fondi ta' investiment u tal-pensjoni urew interess kbir fl-akkwist tal-ajruporti, kif muri fil-każ inkwistjoni. |
(139) |
Kif indikat fil-paragrafu 44 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (“Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni”) (38), l-iżvilupp gradwali tas-setgħat tas-suq fis-settur tal-ajruport ma jippermettix li tiġi stabbilita data preċiża li minnha l-operazzjoni ta' ajruport għandha titqies mingħajr ebda dubju bħala attività ekonomika. Madankollu, il-Qrati tal-Unjoni rrikonoxxew l-evoluzzjoni fl-għamla tal-attivitajiet tal-ajruport. F“Ajruport ta' Leipzig/Halle” (39), il-Qorti Ġenerali ddikjarat li, mid-data li fiha nqatgħet is-sentenza f“Aéroports de Paris”, l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża. Konsegwentement, mid-data tas-sentenza f“Aéroports de Paris” (it-12 ta' Diċembru 2000), l-operazzjoni u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport iridu jitqiesu li jaqgħu taħt l-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. |
(140) |
Fir-rigward ta' dan il-każ, is-selfiet varji mogħtija lil FN GmbH minn EEL GmbH, soġġetti għal proċedura ta' investigazzjoni formali, sabiex jiffinanzjaw il-bini tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, ingħataw mill-2003, jiġifieri wara s-sentenza ta' Aéroports de Paris. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija intitolata teżamina s-selfiet kollha mogħtija lil FN GmbH minn EEL GmbH. |
8.3.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
(141) |
Il-kunċett ta' għajnuna jinkludi kull benefiċċju li direttament jew indirettament huwa ffinanzjat minn mezzi statali u li jingħata mill-Istat stess jew minn istituzzjonijiet li huma attivi fuq il-bażi ta' mandat pubbliku. |
(142) |
F'dan il-każ, il-konċedent tal-għajnuna, EEL GmbH, huwa proprjetà ta' korpi pubbliċi biss, jiġifieri tad-distrett ta' Kleve minn naħa u l-muniċipalità ta' Weeze min-naħa l-oħra. Għal din ir-raġuni, hija impriża pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (40) dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. |
(143) |
L-influwenza predominanti tad-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze f'dan iż-żmien jidher biċ-ċar fl-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja peress li d-distrett ta' Kleve (52 %) u l-muniċipalità ta' Weeze (48 %) huma l-uniċi azzjonisti ta' EEL GmbH. Barra minn hekk, il-bord maniġerjali ta' EEL GmbH jikkonsisti f'żewġ rappreżentanti ta' korpi pubbliċi, jiġifieri s-sindku tal-muniċipalità ta' Weeze u l-Landrat tad-distrett ta' Kleve. |
(144) |
L-influwenza deċiżiva tal-awtoritajiet pubbliċi fuq EEL GmbH hija finanzjarja wkoll minħabba l-fatt imsemmi hawn fuq li matul is-snin 2004-2005, EEL GmbH irċiviet mingħand l-azzjonisti tagħha bosta sussidji (“benefiċċji likwidi” u injezzjonijiet ta' kapital). B'hekk, kien hemm appoġġ finanzjarju dirett mogħti lil EEL GmbH mill-amministrazzjoni pubblika. |
(145) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li EEL GmbH hija impriża pubblika u li r-riżorsi tagħha jridu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. |
(146) |
Madankollu, il-Qorti ddikjarat ukoll li, anki jekk l-Istat huwa f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċizzju propju ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi supponut b'mod awtomatiku. Impriża pubblika tista' taġixxi b'aktar jew anqas indipendenza, skont il-grad ta' awtonomija mogħtija lilha mill-Istat. Għalhekk, is-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex il-miżuri meħudin minn dik l-impriża, bħas-selfiet inkwistjoni, ikunu imputabbli lill-Istat. Il-Qorti indikat li l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura ta' għajnuna meħuda minn impriża pubblika tista' tinstab b'sett ta' indikaturi. |
(147) |
Dawn l-indikaturi jistgħu jinkludu l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, l-għamla tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta' dawn tal-aħħar fis-suq f'kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni ma' operaturi privati, l-istatus legali tal-impriża (jiġifieri hijiex soġġetta għal-liġi pubblika jew id-dritt soċjetarju ordinarju), l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-maniġment tal-impriża, jew kwalunkwe indikatur ieħor li, fil-każ partikolari, juri involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, filwaqt li jitqies il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura wkoll, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li fiha. |
(148) |
L-ewwel nett ta' min jinnota li proġetti ta' investimenti kbar li jaffettwaw ajruport huma ta' interess għall-awtoritajiet lokali, li spiss ikunu involuti sa ċertu livell fi proġetti bħal dawn. Dan għaliex ajruport jista' jkollu rwol fundamentali f'bosta politiki: il-politika ta' trasparenza, il-politika ta' żvilupp ekonomiku reġjonali jew nazzjonali jew il-politika ta' ppjanar tal-belt żgħira jew tal-pajjiż. Fil-każ inkwistjoni, fil-fatt, l-ajruport huwa operat minn kumpanija privata. Minkejja dan, id-deċiżjoni li dak li kien ajruport militari jinbidel f'ajruport ċivili u jinbiegħ lil investitur privat kienet waħda politika. Barra minn hekk, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kellhom rwol fundamentali f'din il-konverżjoni. |
(149) |
Il-Kummissjoni tosserva li EEL GmbH twaqqfet miż-żewġ korpi pubbliċi reġjonali sabiex tħejji l-proprjetà immobbli tal-ajruport għal użu kummerċjali usa' bħala ajruport ċivili u sabiex tieħu ħsieb il-proprjetà immobbli sakemm investitur privat jieħu kollox f'idejh, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-att li waqqafha (Gesellschaftsvertrag) (41) tas-16 ta' Diċembru 1999. Kif spjegat fil-Premessa 32, din l-attività waqfet sakemm l-attività tal-kumpanija reġgħet qabdet f'April 2003. Minn dak iż-żmien, l-għamla tal-attivitajiet ta' EEL GmbH baqgħet limitata għall-allokazzjoni ta' investimenti ġodda fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, li għadha konsistenti mal-missjoni oriġinali tagħha. |
(150) |
Barra minn hekk, bejn l-1999 u l-2001, l-ajruport ġie operat mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze (permezz tal-FN GmbH li hija proprjetà pubblika) u EEL GmbH inħolqot apposta sabiex tiżgura l-funzjonament tal-ajruport ċivili fil-ġejjieni. |
(151) |
Minn dan li ntqal hawn fuq jirriżulta li EEL GmbH għandha titqies bħala veikolu mwaqqaf, kif diġà ġie spjegat fil-Premessa 109, mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze sabiex tilħaq l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom fir-rigward tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze u, b'mod partikolari, il-bidla minn użu militari għal ċivili, li l-miżuri inkwistjoni kellhom l-għan li jiffinanzjaw u jakkumpanjaw. Dawn huma indikazzjoni ċarissima li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze. |
(152) |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni li jingħataw selfiet u estensjonijiet ta' dawn is-selfiet lil FN GmbH permezz ta' EEL GmbH ittieħdet mill-azzjonisti ta' EEL GmbH, li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li ż-żewġ azzjonisti pubbliċi stabbilixxew il-kamp ta' applikazzjoni, il-kontenut u l-kundizzjonijiet għal kull selfa mogħtija minn EEL GmbH lil FN GmbH, kif enfasizzat fil-minuti tal-assemblea ġenerali ta' EEL GmbH. |
(153) |
Barra minn hekk, is-selfiet kollha mogħtijin minn EEL GmbH lill-kumpanija li topera l-ajruport, FN GmbH, ġew iffinanzjati mid-distrett ta' Kleve (42). Din hija indikazzjoni oħra li d-deċiżjonijiet sabiex jingħataw selfiet u riportamenti lil FN GmbH fil-fatt ittieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi. |
(154) |
Barra minn hekk, EEL GmbH ma kellha ebda bord tad-diretturi. Iż-żewġ diretturi maniġerjali huma rappreżentanti tal-azzjonisti pubbliċi. Direttur maniġerjali minnhom tal-kumpanija huwa l-Landrat, jiġifieri l-kamp tad-distrett ta' Kleve u d-direttur maniġerjali l-ieħor huwa s-sindiku tal-muniċipalità ta' Weeze. Barra minn hekk, EEL GmbH ma għandha ebda persunal permanenti u hija mmexxija minn uffiċjal pubbliku wieħed mid-distrett ta' Kleve. Minn dawn l-elementi jidher li kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn EEL GmbH fil-fatt hija adottata minn rappreżentanti mill-azzjonisti pubbliċi, li jmexxuha fuq bażi ta' kuljum minbarra li għandhom kariga fil-korpi governattivi tagħha. Dan jikkonferma li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi. |
(155) |
Barra minn hekk, minkejja li għandha l-forma legali ta' kumpanija privata, EEL GmbH hija soġġetta għar-regoli kontabilisti pubbliċi (43). |
(156) |
Fl-aħħar, hemm il-pjan li EEL GmbH tiġi dissolta ladarba FN GmbH tkun ħallset lura s-selfiet u l-imgħaxijiet kollha dovuti lilha. Għalhekk, kif argumentat il-Ġermanja, EEL GmbH għandha tiqties bħala veikolu maħluq miż-żewġ azzjonisti pubbliċi, li l-unika funzjoni tagħhom hija li jiġbru riżorsi li jiġu allokati lil FN GmbH għal skopijiet ta' investiment. Dan jikkonferma wkoll li l-miżuri jistgħu jiġu imputati lil dawn l-azzjonisti pubbliċi. |
(157) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-deċiżjonijiet meħudin minn EEL GmbH sabiex tagħti s-selfiet u l-estensjonijiet tal-iskadenzi tar-ripagamenti li jifformaw il-Miżura 1 lil FN GmbH jikkostitwixxu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. |
8.3.3. Vantaġġ ekonomiku selettiv — Il-prinċipju ta' kreditur/investitur f'ekonomija tas-suq
(158) |
Sabiex tivverifika jekk impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomika li rriżulta mill-għoti ta' selfa b'termini vantaġġjużi, il-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-“prinipju tal-operatur ekonomiku fis-suq”. Skont dan il-prinċipju, kapital imqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kumpanija mill-Istat, b'mod dirett jew indirett, f'ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, ma għandux jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. (44) |
(159) |
Għalhekk, il-Kummissjoni l-ewwel trid tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-erba' selfiet u ż-żewġ estensjonijiet tas-selfiet ipprovduti minn EEL GmbH lil FN GmbH jagħtux vantaġġ ekonomiku lil din tal-aħħar, li ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. F'dan il-każ, il-Ġermanja spjegat li, fir-rigward tal-erba' selfiet, l-impenji ta' self favur FN GmbH minn banek kummerċjali kienu ferm improbabbli dak iż-żmien (2003-2005), kif spjegat iktar 'il fuq. |
(160) |
Id-determinazzjoni tal-element ta' għajnuna tal-miżuri tirreferi għall-kunċett ta' għajnuna mill-Istat u, kif iddikjarat b'mod konsistenti l-Qorti tal-Ġustizzja, “il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat irid jiġi applikat għal sitwazzjoni oġġettiva, li trid tiġi vvalutata dakinhar li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha”. Sabiex tivvaluta jekk is-selfiet minn sorsi publiċi ngħatawx skont it-termini tas-suq u jekk jinvolvux vantaġġ mingħand il-mutwanti, il-Kummissjoni, fin-nuqqas ta' rata tas-suq paragunabbli, tista' tibbaża fuq indikaturi tar-rata ta' referenza. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-metodu xieraq biex tistabbilixxi l-element tal-għajnuna huwa l-metodu ddikjarat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (“il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rati ta' Referenza”) (45), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008. Il-Kummissjoni tipproponi li teżamina l-miżuri inkwistjoni fid-dawl ta' dik il-komunikazzjoni (46). |
(161) |
Skont il-komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rata ta' Referenza, il-marġni tar-rata tal-imgħax ta' selfa jiddependi mil-livell ta' kollateralizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarju. Konsegwentement, sabiex tistabbilixxi r-rata tal-imgħax xierqa li tikkonforma mas-suq, il-Kummissjoni trid tieħu f'kunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' FN GmbH u l-valur tal-kollateral li bih ġiet koperta s-selfa. |
Il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' FN GmbH
(162) |
Matul il-perjodu li fih ingħataw l-ewwel erba' selfiet, FN GmbH ma kinitx ġiet ikklassifikata minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u lanqas ma kien hemm klassifikazzjoni interna ta' bank disponibbli. Għalhekk, il-Ġermanja kkummissjonat il-kumpanija konsulenti […] (“il-Konsulent”) sabiex tagħti stima tal-klassifikazzjoni ta' FN GmbH għal kull waħda mis-snin li fihom ingħataw is-selfiet 1 sa 4. Il-Konsulent ipprova stima tal-probabbiltà tal-inadempjenza (PD) ta' sena u l-klassifikazzjoni. Imbagħad, dawn l-istimi ġew ivverifikati u kkonfermati mill-kumpanija tal-awditjar […]. |
(163) |
L-istimi tal-Konsulent saru fuq il-bażi tar-Regolament tal-2006 dwar is-Solvabilità. (47) li jimplimenta r-regoli ta' Basel II fil-Ġermanja. Skont ir-Regolament dwar is-Solvabilità, il-banek iridu jikkalkolaw il-probabilità tal-inadempjenza ta' sena fil-kuntest tal-hekk imsejjaħ Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (IRBA). Madankollu, ċerti tipi ta' finanzjament, imsejħin Spezialfinanzierungen, huma esklużi mill-obbligu li tiġi kkalkolata PD. Għal dawn it-tipi ta' finanzjament, ir-Regolament dwar is-Solvabilità jistabbilixxi sempliċi ponderazzjoni tar-riskju minflok. Il-Konsulent ibbaża l-istima tiegħu tal-PD u l-klassifikazzjoni fuq il-metodu ssimplifikat ta' valutazzjoni. Skont dak il-metodu, huma vvalutati l-ħames fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja tal-Mutwatarju; l-ambjent politiku u legali; il-karatteristiċi tan-negozju; is-saħħa tas-sid; il-kollateralizzazzjoni. |
(164) |
Il-PD għal kull waħda mis-selfiet hija vvalutata bejn [0,5-3] % u [1-5] %. Skont il-Konsulent, din il-PD tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ta' […]. Ta' min jinnota li din l-evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tinkludi stima tal-livell ta' kollateral u b'hekk it-telf fil-każ ta' inadempjenza (LGD) assoċjat ma' kull waħda mis-selfiet. Dan ifisser li l-klassifikazzjoni pprovduta mill-Konsulent diġà tinkludi fiha żieda potenzjali għall-forniment ta' kollateral u tirrappreżenta l-klassifikazzjoni tal-ħarġa (għall-kuntrarju ta' klassifikazzjoni tal-emittent). Madankollu, ir-rapport tal-Konsulent ma jinkludix informazzjoni dwar il-valur tal-kollateral ipprovdut għas-selfiet inkwistjoni u ma jipprovdix informazzjoni dwar il-livell propju ta' LGD assoċjat ma' kull selfa. |
(165) |
Jekk jiġu kkunsidrati biss l-ewwel erba' fatturi vvalutati mill-Konsulent (u jiġi eskluż l-aħħar wieħed, il-“Kollateralizzazzjoni”), l-istimi tal-Konsulent għandhom ipprovdu klassifikazzjoni li tqarreb il-klassifikazzjoni tal-emittent. Pereżempju, il-medja tal-punteġġi tal-ewwel erba' fatturi hija ta' [1-5] li tista' tiġi interpretata li hija qrib klassifikazzjoni ta' […]. Il-klassifikazzjoni tal-emittent tapplika għas-selfiet 1, 2 u 3. Għas-Selfa 4, il-klassifikazzjoni tal-emittent stmata skont dan l-approċċ hija […]. |
(166) |
Il-Kummissjoni tosserva li r-rapport li sar mill-Konsulent iħalli xi dubji dwar il-kwalità tal-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni. Barra minn hekk, l-istima tal-klassifikazzjoni trid titqies b'ċerta kawtela għaliex il-Konsulent ma għandu ebda relazzjoni kredizja mal-Mutwatarju. Madankollu, l-istima tal-klassifikazzjoni hija kemxejn baxxa fl-iskala tal-klassifikazzjoni użata mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u ma tidhirx li hija inkonsistenti mal-istima tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li saret minn [bank] għal iktar tard. |
(167) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja pprovdiet l-istima tal-probabilità ta' inadempjenza (PD) ta' sena ta' FN GmbH użata mill-[bank] għall-2009 u l-2010. [bank] ipprovda selfa ta' sentejn ta' EUR [4-10] miljun lil FN GmbH fl-2009. [bank] stima l-PD ta' sena bħala [1-5] % fl-2009 u anki fl-2010. Skont l-istimi tal-probabilitajiet medji ta' inadempjenza ppubblikati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni (48), PD ta' sena ta' [1-5] % tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ta' bejn […] u […]. |
Kollateral u Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (49)
(168) |
L-ewwel selfa hija ggarnatita mill-kollateral li ġej fi żmien meta ngħatat is-selfa (11 ta' April 2003):
|
(169) |
Jekk jiġi kkunsidrat il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport (EUR [5-20] M) u titnaqqas il-pretensjoni prijoritarja ta' […] (EUR [1-6] M), jifdal madwar EUR [5-15] M sabiex ikopru l-pretensjonijiet tal-Mutwanti (EUR [5-15] M). B'hekk, l-LGD huwa stmat għal madwar […] % (50). Aktarx li din hija l-iktar stima konservattiva tal-LGD peress li hemm ċertu valur addizzjonali li jista' jiġi attribwit għall-garanzija personali u r-rahan tal-ishma li dwaru hemm informazzjoni nieqsa wkoll. |
(170) |
It-tieni selfa kienet iggarantita bil-kollateral li ġej fiż-żmien li ngħatat is-selfa (17 ta' Ġunju 2004).
|
(171) |
Jekk jiġi kkunsidrat il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport (EUR [20-40] miljun) u jitnaqqsu ż-żewġ pretensjonijiet prijoritarji ta' […] u EEL GmbH (EUR [1-6] M u EUR [11-20] M) jifdal madwar EUR [10-25] M biex ikopru l-pretensjonijiet ta' EEL GmbH mis-Selfa 2 (EUR [1-5] miljun). F'dan il-każ, ir-rata ta' rkupru stmata hija qrib […] %. B'hekk, l-LGD huwa stmat għal […]. |
(172) |
It-tielet selfa kienet iggarnatita mill-kollateral li ġej meta ngħatat is-selfa (28 ta' Lulju 2004).
|
(173) |
Jekk jittieħed f'kunsiderazzjoni l-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport (EUR [20-40] M) u jitnaqqsu ż-żewġ pretensjonijiet prijoritarji ta' […] u EEL GmbH (EUR [1-6] M u EUR [10-20] M) jifdal madwar EUR [10-20] M biex ikopru l-pretensjonijiet tal-Mutwanti mis-Selfa 3 (EUR [2-5] M). F'dan il-każ, ir-rata ta' rkupru hija ta' madwar […] %. B'hekk, l-LGD huwa stmat għal […]. |
(174) |
Meta ngħatat is-Selfa 4 (l-1 ta' Lulju 2005), is-selfiet kollha li ngħataw qabel flimkien mal-imgħax mhux imħallas li kien għadu dovut ta' madwar EUR [0,5-3] M ġew estiżi bl-istess maturità (31 ta' Diċembru 2010). L-ammont totali tas-selfa tela' għal EUR [20-30] M flimkien ma' EUR [0,5-3] M għall-imgħax mhux imħallas. Il-kollateral maqbul biex jiġu ggarantiti dawn il-pretensjonijiet ta' EEL GmbH kien dan li ġej:
|
(175) |
Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport (EUR [20-40] miljun) u l-garanzija personali ta' […] (EUR [20-40] miljun) ikopru iktar minn 100 % tal-ammont totali tas-selfa u l-imgħax dovut (EUR [20-30] miljun flimkien ma' EUR [0,5-3] miljun). B'hekk, ir-rata ta' rkupru hija ta' […] % u l-LGD huwa ta' […]. |
(176) |
Fid-29 ta' Novembru 2010, is-selfiet kollha li ngħataw bl-ammont totali ta' EUR [20-30] miljun flimkien mal-imgħax akkumulat u dovut ta' [5-10] miljun ġew estiżi għal 6 snin oħra sal-31 ta' Diċembru 2016. L-ammont dovut kien iggarantit bil-kollateral li ġej:
|
(177) |
Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport (EUR [30-70] miljun) u l-garanzija personali b'valur stmat ta' madwar EUR [30-70] miljun neqes l-ewwel rahan għal [bank] (EUR [0,5-3]) ikopru madwar […] % tal-ammont tas-selfa totali u l-imgħax dovut (EUR [20-30] miljun flimkien ma' EUR [5-10] miljun), u dan ifisser LGD ta' […]. |
(178) |
It-Tabella ta' hawn taħt tiġbor l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-kollateral għal kull waħda mis-selfiet: Tabella 6 Klassifikazzjoni u kollateral għal kull selfa
|
(179) |
Skont l-RRC tal-2008, ir-rati ta' mgħax normattivi huma stabbiliti billi jiżdied primjum xieraq tar-riskju mar-rata bażi ta' sena. Il-primjums xierqa ta' riskju huma stabbiliti fil-grilja fl-RRC tal-2008 u jieħdu f'kunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni tal-mutwatarju u l-livell ta' kollateralizzazzjoni tas-selfa. Pereżempju, l-Estensjoni tat-tieni selfa ngħatat b'kollateralizzazzjoni għolja u l-klassifikazzjoni ta' FN GmbH hija ta' bejn […] and […]. Sabiex tkun konservattiva, il-Kummissjoni tikkunsidra klassifikazzjoni ta' […]. Konsegwentement, FN GmbH hija fil-grupp ta' klassifikazzjoni ta' “([…]) dgħajfin” (55) fil-grilja stabbilita fil-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza tal-2008. Il-marġni ta' riskju, li jikkorrispondi għal dan il-grupp ta' klassifikazzjoni u għall-kollateralizzazzjoni għolja, huwa ta' […] bps. Ir-rata bażi li kienet applikabbli meta ngħatat l-Estensjoni tas-selfa (fid-29 ta' Novembru 2010) hija ta' 1,24 % (56). |
(180) |
It-Tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-informazzjoni dwar ir-rati ta' self propji u r-rati ta' referenza normattivi applikabbli fil-waqt li ngħataw is-self skont il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rati ta' Referenza: Tabella 7 Rati ta' mgħax normattivi vs ir-rati tal-imgħax mitlubin
|
(181) |
Skont l-istimi ta' hawn fuq, is-selfiet 1, 2 u 3 jingħataw b'rati ferm ogħla mir-rati normattivi applikabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li FN GmbH ma rċiviet ebda vantaġġ ekonomiku permezz ta' dawk ir-riżorsi. |
(182) |
Fir-rigward tal-Estensjoni 2, id-dejta ta' hawn fuq tissuġġerixxi wkoll li ngħataw skont it-termini tas-suq, peress li r-rata tal-imgħax ta' din l-Estensjoni hija ogħla mir-rata ta' mgħax normattiva stmata. Madankollu, hemm bosta elementi li jixħtu dubju fuq in-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat fl-Estensjoni 2, bħall-fatt li l-benefiċjarju ma kienx għadu ħallas is-selfiet ta' qabel, l-eżistenza ta' għajnuna fis-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 u d-durata qasira tal-perjodu bejn l-għoti tal-Estensjoni 2 u l-ftehim preliminari konkluż mill-awtoritajiet pubbliċi u FN GmbH dwar l-iskambju ta' dejn ma' ekwità msemmi fil-Premessa 45. Il-Kummissjoni xorta waħda tqis li, minħabba l-istess raġunijiet bħal dawk spjegati fis-Sezzjoni 9.4 rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna involuta fl-Estensjoni 1 mas-suq intern, jekk l-Estensjoni 2 tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, it-tali għajnuna tista' titqies li hija kompatibbli mas-suq intern. |
(183) |
Is-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 jingħataw b'rata li hija inqas mir-rata normattiva b'differenza ta' […] bps. Għalhekk, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li fir-rigward tas-Selfa 4 u l-Estensjoni 1, FN GmbH irċiviet vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq. (57). |
8.3.4. Selettività
(184) |
Għall-każ ikkonċernat, il-Kummissjoni tosserva li l-Miżura 1 (Selfa 4, Estensjoni 1 u possibilment l-Estensjoni 2) hija miżura ta' għajnuna individwali, li ngħatat lil FN GmbH biss, u mhijiex miżura ġenerali. |
(185) |
Għalhekk, il-vantaġġ mogħti lil FN GmbH mill-Miżura 1 (Selfa 4, Estensjoni 1 u possibilment l-Estensjoni 2) huwa selettiv. |
8.3.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(186) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appoġġ finanzjarju joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni għaliex isaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn (58). B'mod ġenerali, meta vantaġġ mogħti minn Stat Membru jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu f'suq partikolari tal-Unjoni, il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jitqiesu li huma affettwati minn dak il-vantaġġ (59). |
(187) |
Il-maniġers tal-ajruport jikkompetu f'livell Ewropew biex jattiraw linji tal-ajru sabiex jiftħu rotot ġodda mill-ajruporti tagħhom, jew iżidu frekwenzi ġodda fuq it-tali rotot. Meta jagħżlu l-ajruporti mnejn jiftuħ rotot, jew fejn iżidu frekwenzi ġodda fuq ir-rotot eżistenti, il-linji tal-ajru jqabblu l-ajruporti, fuq il-bażi ta' fatturi bħat-tip ta' servizzi tal-ajruport ipprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess fuq l-art, u l-livell ta' tariffi u l-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport (60). Billi pprovdiet lil FN GmbH b'finanzjament b'termini iktar vantaġġużi mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Ġermanja ppermettitilha tikkompeti b'mod iktar aggressiv kontra maniġers ta' ajruporti oħrajn sabiex tattira linji tal-ajru milli setgħet tagħmel li kieku ħallset kost tal-kapital skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(188) |
Għalhekk, il-Miżura 1 (Selfa 4 u l-Estensjoni 1 u possibilment 2) kellha l-potenzjal li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-UE. |
8.3.6. Konklużjoni
(189) |
It-tqabbil tar-rati tas-self propji mar-rati normattivi miġjubin mill-komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rata ta' Referenza juri li s-selfiet u l-estensjonijiet tas-self kollha minbarra s-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 ingħataw b'rati ogħla mir-rati normattivi. |
(190) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li s-selfiet 1, 2 u 3 ingħataw skont il-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li s-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 le. Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni ta' jekk l-Estensjoni 2 ingħatatx skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
(191) |
Peress li l-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tqis li s-Selfa 4, l-Estensjoni 1 u, possibilment, l-Estensjoni 2 fil-Miżura 1 jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8.4. L-eżistenza ta' għajnuna li tikkonċerna l-appoġġ riċevut mil-Land Nordrhein-Westfalen (Miżura 2)
8.4.1. Il-Kunċetti ta' Impriża u Attività Ekonomika
(192) |
Japplika l-istess raġunament bħal dak tal-għamla ta' għajnuna tal-Miżura 1 (ara s-sezzjoni 8.3.1 iktar 'il fuq), għad li l-Ġermanja argumentat li tikkostitwixxi għajnuna eżistenti (ara l-Premessa 102). Fis-sentenza Leipzig Halle, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandha taqa' taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ukoll mis-sena 2000, jiġifieri qabel id-data li fiha ngħatat il-miżura 2 fil-15 ta' Ottubru 2002. Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li, għalhekk, il-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna meta ddaħħlet fis-seħħ. Għall-kuntrarju ta' dak li qalet il-Ġermanja, il-fatt li l-miżura ġiet adottata skont id-Digriet tal-1993 ma jaffettwax dik il-valutazzjoni. Id-Digriet tal-1993 pprovda biss bażi legali biex ikunu jistgħu jingħataw miżuri ta' appoġġ lil ajruporti reġjonali li l-Land Nordrhein Westfalen jista' jikkunsidra mill-1993 'il quddiem. Iżda ma pprovdiex għal impenn irrevokabbli fir-rigward ta' FN GmbH sabiex tagħti l-Miżura 2 u lanqas ma ħoloq xi impenn legali minnu nnifsu għall-benefiċjarju (kif stipulat b'mod espliċitu fl-Artikolu 1 tad-Digriet tal-1993). Fil-fatt, il-Miżura 2 tikkostitwixxi applikazzjoni individwali tal-iskema stabbilita mid-Digriet tal-1993. |
(193) |
Bħala riżultat ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija intitolata li teżamina l-Miżura 2 involuta taħt ir-regoli tal-għajnuna Statali minħabba li fiż-żmien meta ngħatat, kien evidenti li FN GmbH kienet involuta f'attività ekonomika. |
8.4.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
(194) |
Kif imsemmi fil-paragrafu 111 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, l-appoġġ pubbliku tħallas direttament mill-baġit tal-Land Nordrhein-Westfalen bħala għotja diretta favur FN GmbH. B'hekk, il-finanzjament ipprovdut mil-Land Nordrhein-Westfalen ġie ffinanzjat bir-riżorsi tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat. |
8.4.3. Vantaġġ ekonomiku
(195) |
Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, irid jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja rċivietx vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(196) |
Fil-każ investigat, il-Land ta' Nordrhein-Westfalen ta fondi pubbliċi fil-forma ta' għotja diretta biex isostni l-investimenti infrastrutturali fl-ajruport. Dawn il-fondi ġew riċevuti minn FN GmbH bħala maniġer tal-ajruport biex tiffinanzja investimenti fl-ajruport. Il-Kummissjoni tindika li ebda investitur tas-suq ma kien jipprovdi għotja bħal din bla ebda remunerazzjoni u mingħajr ebda possibbiltà ta' redditu. |
(197) |
Għalhekk, l-għotja ta' investiment tnaqqas il-kostijiet ta' investiment li l-operatur tal-ajruport normalment ikollu jġarrab, bla ebda remunerazzjoni, u għalhekk tagħti vantaġġ ekonomiku lil FN GmbH. |
8.4.4. Selettività
(198) |
Għall-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tindika li l-Miżura 2 hija applikazzjoni individwali ta' skema li fuq il-bażi tagħha mhux talli ngħataw vantaġġi lill-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze, iżda lil bosta ajruporti oħrajn li jinsabu fil-Land Nordrhein-Westfalen ukoll. Madankollu, l-iskema inkwistjoni mhijiex miżura ġenerali għall-ajruporti kollha f'Nordrhein-Westfalen, peress li l-ajruporti l-kbar ta' Düsseldorf u Köln/Bonn mhumiex eliġibbli għal din il-miżura ta' appoġġ mingħand il-Land. Xorta waħda, anki li kieku l-ajruporti kollha f'Nordrhein-Westfalen kienu eliġibbli, miżura settorjali bħal din kienet titqies li hija selettiva, peress li kienet tibbenefika biss lil ċertu settur f'ċertu reġjun. |
(199) |
Għalhekk, il-vantaġġ mogħti lil FN GmbH mill-Miżura 2 huwa selettiv. |
8.4.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(200) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appoġġ finanzjarju joħloq distorsjoni fuq il-kompetizzjoni peress li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn (61). B'mod ġenerali, meta vantaġġ mogħti minn Stat Membru jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu f'suq partikolari tal-Unjoni, il-kummerċ bejn l-Istati Membri jrid jitqies li kien affettwat minn dak il-vantaġġ (62). |
(201) |
Il-maniġers tal-ajruport jikkompetu f'livell Ewropew biex jattiraw linji tal-ajru sabiex jiftħu rotot ġodda mill-ajruporti tagħhom, jew iżidu frekwenzi ġodda fuq it-tali rotot. Meta jagħżlu l-ajruporti mnejn iridu jiftħu rotot, jew fejn iridu jżidu frekwenzi ġodda fuq ir-rotot eżistenti, il-linji tal-ajru jqabblu l-ajruporti, fuq il-bażi ta' fatturi bħat-tip ta' servizzi tal-ajruport ipprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess fuq l-art, u l-livell tat-tariffi u l-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali għall-użu tal-infrastrutturi u s-servizzi tal-ajruport (63). Billi pprovdiet lil FN GmbH b'finanzjament b'termini iktar favorevoli mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Ġermanja ppermettitilha tikkompeti b'mod iktar aggressiv kontra maniġiers ta' ajruporti oħrajn sabiex tattira linji tal-ajru milli setgħet tagħmel li kieku ħallset il-kost tal-kapital skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(202) |
Għalhekk, il-Miżura 2 kellha l-potenzjal li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-UE. |
8.4.6. Konklużjoni
(203) |
Il-Miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil FN GmbH skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE. |
8.5. L-eżistenza ta' għajnuna li tikkonċerna l-appoġġ riċevut mid-distrett ta' Kleve (Miżura 3)
8.5.1. Il-Kunċetti ta' Impriża u Attività Ekonomika
(204) |
Japplika l-istess raġunament bħal dak tal-għamla tal-għajnuna tas-selfiet ipprovduti minn EEL GmbH bi sjieda pubblika (ara s-sezzjoni 8.3.1 iktar 'il fuq). Tabilħaqq, il-bosta miżursi li jikkostitwixxu l-Miżura 3 ingħataw fl-14 ta' Marzu 2002, jiġifieri wara li nqatgħet is-sentenza f'Aéroports de Paris. Skont il-paragrafu 1, punt 4 tal-ftehim tas-self, id-data tal-għoti tal-miżura hija d-data li fiha l-benefiċjarju kkonkluda x-xiri tal-infrastruttura tal-ajruport mal-gvern federali tal-Ġermanja, jiġifieri l-14 ta' Marzu 2002. |
(205) |
Bħala riżultat ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija intitolata teżamina l-Miżura 3 u li tassessja l-kompatibilità tagħha mar-regoli tal-għajnuna Statali minħabba li fiż-żmien meta ngħatat, kien ċar li FN GmbH kienet involuta f'attività ekonomika. |
8.5.2. Riżorsi tal-Istat u attribwibbiltà lill-Istat
(206) |
L-appoġġ ingħata direttament mill-baġit tad-distrett ta' Kleve lil FN GmbH. B'hekk, il-Miżura 3 ġiet iffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat. |
8.5.3. Vantaġġ Ekonomiku
(207) |
Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, irid jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja tirċivix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk id-distrett ta' Kleve aġixxiex bħala investitur f'ekonomija tas-suq meta rrinunzja għal segment tal-finanzjament transitorju li qabel kien ingħata lil FN GmbH. |
(208) |
Investitur li jinnegozja f'suq liberu jimxi fuq il-prinċipju ta' profitti mistennija. (64) Il-prinċipju ta' investitur li jinnegozja f'suq liberu normalment jgħodd bħala ssodisfat, jekk l-istruttura u l-prospetti tal-impriża huma ideali, biex ikun mistenni dħul normali fil-forma ta' ħlas ta' dividend jew żieda fil-kapital imkejjel skont dak mistenni minn impriża privata paragunabbli fuq perjodu adegwat ta' żmien. |
(209) |
Fil-każ inkwistjoni, id-distrett ta' Kleve ta selfa EUR [4-10] miljun bla mgħax lil FN GmbH u rrinunzja l-obbligu ta' FN GmbH li tħallas lura segment, li jammonta għal EUR [2-5] miljun, bla ma rċieva ebda remunerazzjoni oħra. Fil-fatt, din l-aħħar deċiżjoni kienet l-implimentazzjoni tal-klawżola stabbilita fil-paragrafu 4, punt 1 tal-ftehim ta' self innifsu, li bih is-segment inkwistjoni ma kienx jitħallas lura jekk jintlaħaq l-objettiv li jinħolqu 350 impjieg. B'hekk, il-Kummissjoni tosserva li ebda investitur fis-suq ma kien jagħti selfa bla mgħax u jirrinunzja għar-ripagament ta' sehem sinifikanti minnha bla ebda remunerazzjoni. |
(210) |
Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-investitur f'ekonomija tas-suq għandha tinjora kwalunkwe riperkussjoni pożittiva fuq l-ekonomija tar-reġjun li fih jinsab l-ajruport, inkluż f'termini tal-ħolqien tal-impjiegi, peress li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżura partikolari tikkostitwixxix għajnuna billi tqis jekk “f'ċirkustanzi simili, azzjonist privat, wara li jqis il-prevedibbiltà li jikseb redditu u wara li jinjora l-kunsiderazzjonijeit soċjali, reġjo-politiċi u settorjali kollha, kienx jissottoskrivi l-kapital inkwistjoni” (65). Fil-każ inkwistjoni, l-unika kontroparti għar-rinunzja tal-obbligu ta' ripagament kienet ċertu livell ta' ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-ħolqien tal-impjiegi għandu jiġi injorat fil-kuntest tal-prinċipju ta' operatur f'ekonomija tas-suq. Fi kliem ieħor, ebda investitur f'ekonomija tas-suq ma kien jaqbel li jirrinunzja għar-ripagament ta' EUR [2-5] miljun fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet marbutin mal-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjun. |
(211) |
Għalhekk, l-għamla mingħajr imgħax tas-selfa u r-rinunzja mogħtija mid-distrett ta' Kleve jnaqqsu l-ispejjeż li l-operatur tal-ajruport normalment kien ikollu jġarrab u għalhekk jagħtu vantaġġ lil FN GmbH li ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
8.5.4. Selettività
(212) |
Il-vantaġġ inkwistjoni ngħata biss lil FN GmbH. Peress li l-finanzjament pubbliku kien allokat lil impriża waħda, huwa selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE. |
8.5.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(213) |
Japplika l-istess raġunament bħal dak tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ spjegat iktar 'il fuq (ara s-sezzjoni 8.4.5). |
8.5.6. Konklużjoni
(214) |
Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-fondi pubbliċi pprovduti mid-distrett ta' Kleve u mogħtijin lil FN GmbH fir-rigward tal-ftehim li jikkonċerna l-finanzjament transitorju ta' sehem mill-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni għall-proprjetà immobbli tal-ajruport jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE. |
8.6. L-eżistenza tal-għajnuna li tikkonċerna l-appoġġ riċevut minn EEL GmbH mingħand id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze (Miżura 4)
8.6.1. Il-Kunċett ta' Impriża u Attività Ekonomika
(215) |
Il-Ġermanja targumenta li EEL GmbH hija veikolu li l-għan tiegħu huwa li jiffaċilita l-allokazzjoni tal-fondi lil FN GmbH b'mod effiċjenti u ekonomiku. |
(216) |
Kif ġie spjegat fil-Premessa 25, EEL GmbH twaqqfet mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze biex tieħu ħsieb il-proprjetà immobbli tal-ajruport qabel ma tiġi privatizzata. Għalhekk, EEL GmbH kienet attiva fl-għoti tas-selfiet lil FN GmbH. Minnu nnifsu, l-għoti tas-selfiet lil partijiet terzi huwa attività ekonomika. Għalhekk, meta d-diversi miżuri li jsawru l-Miżura 4 ingħataw lil EEL GmbH, din tal-aħħar kienet attiva f'attività ekonomika. |
(217) |
B'referenza għall-Artikolu 101 TFUE, il-kunċett ta' impriża jkopri kwalukwe entità impenjata f'attività ekonomika, ikun xi jkun l-istatus legali tagħha u l-mod li bih hija ffinanzjata. EEL GmbH qed taġixxi biss bħala veikolu tal-awtoritajiet pubbliċi, u, għalhekk, ma twettaqx attivitajiet ekonomiċi: l-iskop uniku tagħha huwa li tiġbor ir-riżorsi taż-żewġ awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-ajruporti. |
(218) |
Minħabba li l-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 4 ma fiha ebda għajnuna Statali skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(219) |
Anki li kieku EEL GmbH kellha titqies bħala impriża soġġetta għal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni matul il-perjodu li matulu ngħataw il-miżuri li jsawru l-Miżura 4 (li mhijiex), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet twassal għall-istess konklużjoni li l-Miżura 4 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat kif muri fis-sezzjonijiet iktar 'il quddiem. |
8.6.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
(220) |
EEL GmbH irċiviet il-kapital, il-benefiċċji tal-likwidità u l-injezzjonijiet ta' kapital kollha inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Miżura 4 mingħand l-azzjonisti tagħha, li ffinanzjaw dawn il-miżuri permezz tal-baġits rispettivi tagħhom. Il-Miżura 4 tinkludi wkoll garanzija ta' 100 % mogħtija mill-muniċipalità ta' Weeze, li esponiet il-baġit tal-muniċipalità. Għalhekk, il-miżuri kollha li sawru l-Miżura 4 ġew iffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-baġit taż-żewġ awtoritajiet lokali, li, barra minn hekk, iddeċidew li jagħtu dawn id-diversi miżuri. |
(221) |
Għalhekk, il-Miżura 4 hija ffinanzjata bir-riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat. |
8.6.3. Vantaġġ Ekonomiku
(222) |
Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, irid jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja tirċivix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(223) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze aġixxewx bħal kif kienu jagħmlu operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq iggwidati minn prospettivi ta' profittabilità (66) fl-istess ċirkustanzi meta taw lil EEL GmbH il-miżuri ta' kapital, il-garanziji, is-selfiet u l-estensjonijiet tal-iskadenzi tar-ripagament tas-self li kkostitwixxew il-Miżura 4. |
(224) |
L-ewwel nett importanti li wieħed ifakkar, kif konkluż fis-sezzjoni 8.3.2, li EEL GmbH tikkostitwixxi SPV maħluq miż-żewġ azzjonistji pubbliċi tagħha li għandu l-għan li jieħu ħsieb il-proprjetà immobbli tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, u użat esklussivament mill-2003 sabiex jipprovdi finanzjament lill-istess ajruport. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li fil-Laqgħa Ġenerali (miktuba) tagħhom tal-10 u l-11 ta' April 2003, dawn iż-żewġ azzjonisti pubbliċi llimitaw strettament l-attività ta' finanzjament il-ġdida ta' EEL GmbH għal investimenti fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. Dan l-objettiv huwa konformi mal-iskop ta' EEL GmbH stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Att Fundatur tagħha (Gesellschaftsvertrag) tas-16 ta' Diċembru 1999 (67). Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat fil-Premessa (153), EEL GmbH ma għandhiex bord tad-diretturi. Iż-żewġ diretturi maniġerjali huma rappreżentanti tal-korpi pubbliċi. Direttur maniġerjali minnhom tal-kumpanija huwa l-Landrat, jiġifieri l-kap tad-distrett ta' Kleve u d-direttur maniġerjali l-ieħor huwa s-sindku tal-muniċipalità ta' Weeze. Barra minn hekk, EEL GmbH ma għandha ebda persunal permanenti u hija mmexxija minn uffiċjal pubbliku wieħed mid-distrett ta' Kleve. Minn dawn l-elementi jirriżulta li kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn EEL GmbH fil-fatt ittieħdet mir-rappreżentanti tal-azzjonisti pubbliċi, li jmexxuha ta' kuljum minbarra li għandhom kariga fil-korpi governattivi tagħha. Dan jikkonferma li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi |
(225) |
Meta jiġi applikat il-prinċipju ta' operatur f'ekonomija tas-suq għall-Miżura 4, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-fatt li l-benefiċjarju ta' dawn il-miżuri ta' finanzjament huwa SPV maħluq u proprjetà tal-entitajiet li minnhom ġejja l-Miżura 4, u użat b'mod esklussiv għal objettiv iddefinit bl-eżatt fil-mira ta' dawn l-istess entitajiet. Barra minn hekk, f'dan il-kuntest hemm bżonn li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-objettiv propju li għalih qed jintuża u jitħaddem il-Veikolu bi Skop Speċjali. |
(226) |
L-SPVs spiss jinħolqu u jintużaw mill-impriżi pubbliċi f'firxa ta' ċirkustanzi. Sitwazzjoni possibbli li fiha jintużaw l-SPVs huma każijiet li fihom żewġ impriżi indipendenti jwaqqfu impriża konġunta sabiex jiżviluppaw proġett speċifiku jew iwettqu attività jew funzjoni speċifika (pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni) (68) għall-benefiċċju ta' kull impriża. Għalhekk, l-SPV huwa struttura legali li lilha ż-żewġ impriżi jallokaw ir-riżorsi (finanzjament, persunal, assi...) li huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-proġett konġunt, il-funzjoni jew l-attività konġunta u li bihom jimplimentaw dan il-proġett konġunt jew iwettqu din il-funzjoni jew l-attività konġunta. F'ċerti sitwazzjonijiet, pereżempju meta l-SPV biss ikollha funzjoni ta' produzzjoni jew riċerka u żvilupp, tirċievi finanzjament min-naħa tal-kumpaniji prinċipali tagħha bla ma hi stess tkun qed tiġġenera profitt li jistgħu jiġi ridistribwiti lill-azzjonisti, pereżempju fil-forma ta' dividendi. Minflok ma tiġġenera profitt bħal dan, tikkontribwixxi għat-twettiq ta' operazzjonijiet li l-kumpaniji prinċipali tagħha jqisu li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom. |
(227) |
Għalhekk, huwa ċar li meta żewġ impriżi privati indipendenti joħolqu u jużaw SPV fid-dawl ta' objettiv iddefinit kif xieraq, u jipprovduh b'finanzjament, mhux bilfors jipprovdu dan il-finanzjament sabiex jiksbu redditu finanzjarju fil-forma ta' dividendi jew pagament tal-imgħaxijiet, bħalma kien jagħmel investitur jew bank. Minflok, jipprovdu dan il-finanzjament bil-għan li jiksbu objettiv li għalih jintuża l-SPV. |
(228) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-imġiba tad-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze lejn EEL GmbH trid tiġi analizzata filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li dawn iż-żewġ awtoritajiet pubbliċi huma l-uniċi azzjonisti ta' EEL GmbH u filwaqt li jitqies l-objettiv esklussiv assenjat lil EEL GmbH mill-2003, jiġifieri l-għoti lil FN GmbH id-diversi selfiet u l-estensjonijiet tal-iskadenzi tar-ripagamenti li jsawru l-Miżura 1. F'dan ir-rigward ta' min ifakkar li l-bosta miżuri li jsawru l-Miżura 1 huma, kif indikat fis-sezzjoni 8.3.2, imputabbli biċ-ċar lid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze. Fi kliem ieħor, iż-żewġ awtoritajiet pubbliċi fasslu u ddeċidew li jimplimentaw il-Miżura 1 u ddeċidew li jużaw EEL GmbH għal dan il-għan. |
(229) |
Għalhekk, meta jiġi applikat il-Prinċipju tal-Operatur f'Ekonomija tas-Suq għall-Miżura 4, il-fatt li d-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ddeċidew li jimplimentaw il-Miżura 1 u jużaw EEL GmbH għal dak l-iskop irid jitqies bħala l-punt ta' tluq. Il-mistoqsija relevanti li l-Kummissjoni trid tindirizza hija din li ġejja: jekk żewġ operaturi ipotetiċi f'ekonomija tas-suq iddeċidew li jimplimentaw miżuri bħal dawk li jagħmlu parti mill-Miżura 1, kienu jużaw SPV bħal EEL GmbH u jipprovdulu finanzjament simili bħal dak li ġej mill-Miżura 4 sabiex jikseb dan l-objettiv? |
(230) |
F'dan l-isfond, il-fatt li ċerti selfiet setgħu ġew ipprovduti lil EEL GmbH mill-azzjonisti tiegħu b'rati inqas mir-rati normali tas-suq, li garanzija ġiet ipprovduta b'xejn, jew li l-kapital ġie injettat mingħajr ebda prospettiva ta' redditu finanzjarju mhux bilfors iwasslu għall-konklużjoni li d-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ma aġixxewx fir-rigward ta' EEL GmbH bħalma kienu jaġixxu operaturi f'ekonomija tas-suq. Il-mistoqsija relevanti hija jekk il-finanzjament ipprovdut lil EEL GmbH bil-Miżura 4 huwiex raġonevoli, minn perspettiva ta' operatur f'ekonomija tas-suq, fid-dawl tal-objettiv fil-mira tal-azzjonisti ta' EEL GmbH, jiġifieri l-implimentazzjoni tal-Miżura 1. |
(231) |
Essenzjalment, żewġ operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq li kellhom l-istess objettiv bħall-azzjonisti pubbliċi ta' EEL GmbH kien ikollom żewġ għażliet: joħolqu Veikolu bi Skop Speċjali li jixbah lil EEL GmbH (l-ewwel għażla) jew jagħtu s-selfiet direttament lil FN GmbH mingħajr korp iddedikat (it-tieni għażla). Operatur razzjonali f'ekonomija tas-suq ma kien jikkunsidra ebda għażla oħra, bħall-użu ta' intermedjarji finanzjarji privati, li kienu jitolbu tariffa sabiex jipprovdu servizz bħal dan. Din l-għażla kienet iżżid l-ispiża tal-allokazzjoni tal-fondi lil FN GmbH minħabba dawn it-tariffi. |
(232) |
Il-Kummissjoni tindika li, meta ħadu d-Deċiżjoni biex jiffinanzjaw lil EEL GmbH huma stess minflok ma jużaw intermedjarji finanzjarji, l-azzjonisti pubbliċi llimitaw l-iskopertura finanzjarja tagħhom għal kemm kien hemm strettament bżonn sabiex jiffinanzjaw lil FN GmbH bil-Miżura 1:
|
(233) |
Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li, għalhekk, il-fatt li ż-żewġ azzjonisti rrikorrew għall-ewwel għażla kien konsistenti mal-objettiv iddikjarat minn dawn tal-aħħar li jiddedikaw ir-riżorsi ta' EEL GmbH għall-finanzjament ta' FN GmbH biss. |
(234) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li bl-ewwel għażla l-ispejjeż ta' amministrazzjoni u ġestjoni ta' SPV bħal EEL GmbH ser jonqsu għall-minimu meħtieġ (ebda immobilizzazzjoni ta' assi ħlief il-pretensjonijiet fir-rigward ta' FN GmbH, ebda persunal permanenti u maniġment, kważi ebda spiża operattiva, ebda spiża finanzjarja ħlief ir-rimborż tas-selfa mogħtija mill-[bank]). Dan japplika iktar peress li meta ż-żewġ azzjonisti pubbliċi ddeċidew li jimplimentaw il-Miżura 1, EEL GmbH diġà kienet imwaqqfa, bħala struttura inattiva, u ma kellhiex għaliex tinħoloq ex nihilo. L-għażla ta' SPV tiffaċilita wkoll il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji ma' partijiet terzi (bħal FN GmbH jew bank privat) filwaqt li tnaqqas kemm jista' jkun l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ azzjonisti. Għall-kuntrarju, it-tieni għażla ġġibb magħha mekkaniżmi doppji implimentati sabiex isostnu lil FN GmbH, xi ħaġa li żżid l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u legali tal-allokazzjoni tal-fondi lil FN GmbH (eż. kuntratti legali doppji) u possibilment taffettwa l-kwalità tas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-proġett. |
(235) |
Għalhekk, kien ikun razzjonali għal żewġ operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq iggwidati minn prospettivi ta' profittabilità medja sa fit-tul u li jaġixxu minflok l-azzjonisti pubbliċi ta' EEL GmbH, li jagħżlu l-ewwel għażla minflok it-tieni. Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li t-test tal-investitur fis-suq huwa ssodisfat u li ma hemm ebda vantaġġ ekonomiku mogħti lil EEL GmbH. |
8.6.4. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(236) |
Mill-2003, l-attività ta' EEL GmbH kienet strettament limitata għall-forniment ta' finanzjament lil FN GmbH. EEL GmbH ma setgħetx tidħol f'ebda attività oħra. Pereżempju, ma setgħetx tagħti self lil xi entità oħra. |
(237) |
Għalhekk, l-unika attività li għaliha l-Miżura 4 setgħet affettwat id-dinamika kompetittiva tkun il-forniment ta' finanzjament lil FN GmbH. Effett kompetittiv bħal dan kien jeżisti li kieku, fin-nuqqas tal-Miżura 4, il-fornituri tal-finanzjament għajr EEL GmbH, bħal banek jew investituri oħrajn, kien ikollhom opportunità ikbar li jipprovdu finanzjament lil FN GmbH bil-għan li jagħmlu l-qligħ. |
(238) |
Madankollu, kif indikat fis-sezzjoni 8.5.3, l-intenzjoni ċara tad-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kienet li jimplimentaw il-Miżura 1 huma stess sabiex jipprovdu lil FN GmbH b'finanzjament. Tabilħaqq, l-unika raġuni wara l-Miżura 4 hija l-implimentazzjoni tal-Miżura 1. |
(239) |
Fin-nuqqas tal-Miżura 4, EEL GmbH ma kinitx tkun tista' timplimenta l-Miżura 1 hi stess. Madankollu, in-nuqqas tal-Miżura 4 ikun ifisser sempliċiment li d-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kienu jiddeċiedu li jimplimentaw il-Miżura 1 bla ma jużaw lil EEL GmbH, pereżempju, permezz ta' relazzjoni legali diretta bejniethom u FN GmbH. Għalhekk, fin-nuqqas tal-Miżura 4, il-banek jew investituri oħrajn ma kinux igawdu opportunità ikbar li jipprovdu finanzjament lil FN GmbH bil-għan li jagħmlu qligħ għaliex il-finanzjament meħtieġ kien ikun ipprovdut mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze xorta waħda. |
(240) |
Għalhekk, jekk jiġi supponut li l-Miżura 4 kienet tinvolvi vantaġġ ekonomiku favur EEL GmbH (quod non), dan il-vantaġġ ma jkollu ebda effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, u għalhekk ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
8.6.5. Konklużjoni
(241) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Miżura 4 ma tinvolvix għajnuna mill-Istat lil EEL GmbH skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
8.7. Għajnuna ġdida v. għajnuna eżistenti
(242) |
Is-sitwazzjonijiet li fihom, miżura tikkostitwixxi għajnuna eżistenti huma nnumerati b'mod eżawrjenti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (71). |
(243) |
Mhemm ebda dubju li l-miżuri sfidati ma ġewx implimentati qabel l-adeżjoni tal-Ġermanja fl-UE (paragrafu (b)(i) tal-imsemmi Artikolu), mhumiex meqjusin li ġew awtorizzati minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni fi żmien id-dati ta' skadenza proċedurali preskritti (paragrafu (b)(iii)) u ma jistgħux jitqiesu għajnuna eżistenti minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta' limitazzjoni (paragrafu (b)(iv)). Ma sarux għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlu mill-Istat Membru (paragrafu (b)(v), l-ewwel sentenza) (72). |
(244) |
Din il-valutazzjoni hija valida b'mod partikolari għall-miżura 2, għad li l-Ġermanja argumentat li tikkostitwixxi għajnuna eżistenti (ara l-Premessa 102). Fis-sentenza Leipzig Halle, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li anki l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandha taqa' taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mis-sena 2000 (73), jiġifieri qabel id-data li fiha ngħatat il-miżura 2 fil-15 ta' Ottubru 2002 (ara l-Premessa 46). Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li, għalhekk, il-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna meta ddaħħlet fis-seħħ. Għall-kuntrarju ta' dak li qalet il-Ġermanja, il-fatt li l-miżura ġiet adottata skont id-digriet tal-1993 ma jaffettwax dik il-valutazzjoni. Id-digriet tal-1993 ipprovda biss bażi legali biex ikunu jistgħu jingħataw miżuri ta' appoġġ possibbli lil ajruporti reġjonali li l-Land Nordrhein Westfalen tista' tikkunsidra mill-1993 'il quddiem, iżda ma joħloq ebda intitolament legali għal dawk l-ajruporti, kif stipulat b'mod espliċitu fl-Artikolu 1 tad-Digriet tal-1993. |
(245) |
Għalhekk, id-data li fiha ngħatat il-Miżura 2 hija l-15 ta' Ottubru 2002, jiġifieri wara s-sentenza Aéroports de Paris. Għaldaqstant, il-Miżura 2 diġà kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat meta ngħatat, kif intwera fis-sezzjoni 8.4.6 u ma saritx għajnuna mill-Istat wara minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni. Barra minn hekk, il-Miżura 2 ingħatat inqas minn għaxar snin qabel ma l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwarha u b'hekk ma saritx għajnuna eżistenti wara li skada l-perjodu ta' limitazzjoni. Bħala konsegwenza, il-Miżura 2 ma tikkwalifikax bħala għajnuna eżistenti. |
8.8. Legalità tal-għajnuna
(246) |
Skont l-Artikolu 108(3) TFUE, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw kwalunkwe pjan li jagħtu jew jibdlu l-għajnuna, u ma jistgħux jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tkun irriżultat f'deċiżjoni finali. |
(247) |
Peress li l-Ġermanja naqset milli tinnotifika l-miżuri pubbliċi kollha investigati, il-Miżuri 1, 2 u 3 jikkostitwixxu għajnuna illegali. |
9. KOMPATIBBILTÀ
9.1. Applikabbiltà tal-Linji Gwida tal-2014 u l-2005 dwar l-Avjazzjoni
(248) |
Il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għallinteress komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
(249) |
F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna għall-ajruporti jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. |
(250) |
Skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-avviż tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-Għajnuna illegali mill-Istat ma għandhomx japplikaw għal każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali lil ajruporti mogħtijin qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (b'notifiki pendenti u għajnuna mhux notifikata illegali) lil ajruporti anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu transitorju (74). |
(251) |
Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment lil ajruporti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna illegali mill-Istat, japplikaw għal għajnuna illegali ta' investiment lil ajruporti ir-regoli li jkunu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Kif xieraq, ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni fil-każ ta' għajnuna għall-investiment illegali lil ajruporti mogħtija qabel l-4 ta' April 2014 (75). |
(252) |
Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-Miżura 2 u 3 kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat mogħtija qabel l-4 ta' April 2014, filwaqt li l-Miżura 1 u 4 ma jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat. |
(253) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 imsemmijin fil-Premessa 250 u 251, il-Kummissjoni mbagħad hija obbligata li tistabbilixxi jekk il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxux għajnuna operatorja illegali jew għajnuna għall-investiment. |
9.2. Għajnuna għall-investiment vs Għajnuna operatorja
9.2.1. Miżura 1
(254) |
Kif konkluż fis-sezzjoni 8.3.6, FN GmbH ibbenefikat mill-għajnuna mill-Istat li tinsab fis-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 u possibilment mill-Estensjoni 2 li jsawru l-Miżura 1. Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-għamla ta' kull submiżura għaliha. |
(255) |
Il-Kummissjoni tosserva li s-Selfa 4 ingħatat sabiex jiġu ffinanzjati investimenti li saru minn FN GmbH: kif intqal fil-Premessa 39, il-paragrafu 1 punt 2 tal-ftehim tas-self iffirmat fl-1 ta' Lulju 2005 speċifika li s-selfa hija allokata għal investimenti biss. Il-Kummissjoni tindika li EEL GmbH implimentat il-mekkaniżmi ta' kontroll stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-ftehim tas-self, li kienu jeħtieġu li FN GmbH (u EEL GmbH fuq talba tagħha stess) tivverifika li l-fatturi kienu strettament marbutin mat-tlestija tal-ajruport u li EEL GmbH (u mhux FN GmbH) ħallset il-fatturi mis-selfa. Dawn il-mekkaniżmi ta' kontroll kienu effettivi peress li bihom il-Ġermanja setgħet turi li l-ħlasijiet parzjali mħallsin minn dik is-selfa għenu biss sabiex ikopru l-kostijiet ta' investiment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li s-Selfa 4 tikkostitwixxi għajnuna illegali għall-investiment qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni. |
(256) |
Fir-rigward tal-Estensjoni 1, il-Kummissjoni tosserva li tikkostitwixxi riportament tas-selfiet 1, 2 u 3. B'hekk, din l-Estensjoni ma għandhiex l-għan li tiffinanzja investimenti ġodda, xi ħaġa li l-Ġermanja ma rnexxilhiex turi. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-Estensjoni ngħatat biss sabiex teħles lil FN GmbH mill-obbligu ta' terminu qasir tagħha li trodd lura s-selfiet u l-imgħaxijiet kollha akkumulati. B'hekk, EEL GmbH u l-azzjonisti pubbliċi tagħha riedu jaraw li FN GmbH ma tispiċċax nieqsa mil-likwidità, sitwazzjoni li setgħet twassal sabiex il-benefiċjarju tal-għajnuna jwaqqaf l-investimenti tiegħu jew isir kumpanija f'diffikultà. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-Estensjoni 1 tikkostitwixxi għajnuna operatorja illegali mogħtjia qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni |
(257) |
Kienu japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għall-Estensjoni 2 li kieku din tqieset li hija għajnuna mill-Istat. |
9.2.2. Miżura 2
(258) |
FN GmbH ibbenefikat mill-Miżura 2 sabiex tikkumpensal-ispejjeż ta' akkwiżizzjoni u installazzjoni ta' assi kapitali fissi deskritti fil-Premessa 46. Skont il-punt 25 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, “għajnuna għall-investiment” tfisser għajnuna sabiex jiġu ffinanzjati assi kapitali fissi u, b'mod speċifiku, sabiex tkun koperta d-diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali. Għaldaqstant, l-ispejjeż kollha sostnuti bil-Miżura 2 jikkostitwixxu kostijiet ta' investiment. B'hekk, il-Miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna illegali għall-investiment mogħtjia qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni |
9.2.3. Miżura 3
(259) |
Kif deskritt fis-Sezzjoni 3.3, il-Miżura 3 investigata ngħatat sabiex tipprovdi lil FN GmbH b'finanzjament transitorju ta' sehem mill-ispejjeż ta' akkwiżizzjoni tal-proprjetà immobbli tal-ajruport (615-il ettaru u madwar 650 binja ta' bosta tipi biex jinbidlu f'ajruport ċivili). Kif stipulat fil-punt 3 tal-perambolu u fil-paragrafu 1 tal-ftehim tas-self tal-14 ta' Marzu 2002, il-finanzjament transitorju ngħata permezz ta' selfa bla mgħax allokata b'mod espliċitu għall-finanzjament tal-ispejjeż ta' investiment meħtieġa għat-tlestija tal-EuZZLG (ara l-Premessa 21). |
(260) |
Għaldaqstant, dan il-finanzjament transitorju jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat għall-investiment mogħtija qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni. |
9.2.4. Konklużjoni
(261) |
Kif spjegat iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li s-Selfa 4 tal-Miżura 1, il-Miżura 2 u l-Miżura 3 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-investiment, filwaqt li l-Estensjoni 1 u possibilment 2 tal-Miżura 1 iridu jitqiesu li huma għajnuna operatorja. |
9.3. Kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna għall-investiment
(262) |
Skont il-paragrafu 61 tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni trid teżamina jekk
|
(263) |
Minbarra r-rekwiżiti li jiġu ssodisfati ċerti kriterji marbutin mal-kompatibbiltà speċifikati fil-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna mill-Istat lil ajruporti, bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat, trid tkun neċessarja u proporzjonata b'rabta mal-objettiv leġittimu fil-mira sabiex tiġi approvata bħala għajnuna kompatibbli (76). |
9.3.1. Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jilħqu għan definit b'mod ċar fl-interess ġenerali (żvilupp reġjonali, aċċessibbiltà, eċċ.)
(264) |
Il-miżuri ta' għajnuna għall-investiment ivvalutati kellhom l-għan li jiffinanzjaw il-bidla ta' dik li kienet bażi militari Ingliża ta' Weeze f'ajruport ċivili, u sabiex jiżviluppaw l-ajruport b'mod sostanzjali. Dawn il-miżuri taw kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp reġjonali u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'żona fejn l-ekonomija ntlaqtet sew mill-għeluq tal-bażi militari Ingliża. Kif indikat il-Ġermanja, l-għeluq tal-bażi militari Ingliża wasslet sabiex madwar 6 300 ruħ jitilqu miż-żona, u dan ġab miegħu telf ta' madwar 400 impjieg ċivili marbutin mal-operat tal-bażi militari, u t-telf ta' madwar EUR 102 miljun fi dħul għal madwar 80 kumpanija. Barra minn hekk, it-tluq tat-truppi Ingliża ħalla 1 600 unità residenzjali vojta, jiġifieri iktar minn 30 % tad-djar totali għall-komunità ta' Weeze waħedha. |
(265) |
Il-Kummissjoni tosserva li skont il-Ġermanja, il-ħolqien u l-iżvilupp tal-ajruport ċivili wasslu għall-ħolqien ta' iktar minn 1 200 impjieg fid-distrett taż-żona ta' Kleeve u għall-ġmigħ ta' kumpaniji tas-servizzi fiż-żona tal-park kummerċjali tal-ajruport. |
(266) |
Kif indikat il-Ġermanja, il-kontribuzzjoni ta' dan il-proġett għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali — u b'hekk għall-koeżjoni ekonomika, objettiv importanti għall-Unjoni — diġà ġie rikonoxxut f'parti minnu mill-Kummissjoni. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tat fondi strutturali lil Nordrhein-Westfalen mill-programm Konver II, li b'mod espliċitu pprovda għall-finanzjament tar-rikonverżjoni ta' dawk li kienu faċilitajiet militari fi Kleve. |
(267) |
Il-miżrui ta' għajnuna għall-investiment inkwistjoni kkontribwixxew ukoll sabiex titjieb l-aċċessibbiltà taż-żona. Tabilħaqq, l-eqreb ajruporti għall-ajruport Niederrhein-Weeze huma Düsseldorf (li jinsab 76 km mill-ajruport, 51 minuta ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza) u Eindhoven, NL (88 km, siegħa u 12-il minuta ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza) (77). |
(268) |
It-traffiku fl-ajruporti ta' Düsseldorf u Eindhoven żdied b'mod kontinwu mill-2003: it-traffiku f'Düsseldorf tela' minn 14,3 miljun passiġġier fl-2003 għal madwar 21 miljun fl-2013, filwaqt li t-traffiku fl-ajruport ta' Eindhoven tela' minn 0,4 miljun fl-2003 għal 3,4 miljun fl-2013. It-tkabbir kostanti tagħhom ġie affettwat biss matul dak il-perjodu minħabba l-problemi ta' konġestjoni tagħhom stess u r-restrizzjonijiet fil-kapaċità (b'mod partikolari n-numru insuffiċjenti ta' slots disponibbli f'Düsseldorf). Il-kapaċità tal-ajruport ta' Düsseldorf laħaq il-limitu ta' 22 miljun passiġġier tiegħu fl-2013, filwaqt li l-ajruport ta' Eindhoven seta' jaqdi biss lil 2,5 miljun passiġġier fl-2012. Minkejja t-tkabbir fit-traffiku fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, il-Kummissjoni tosserva li x-xogħol ta' Estensjoni tlesta jew beda mill-2012 sabiex tikber il-kapaċità taż-żewġ ajruporti (78). |
(269) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-investiment f'Niederrhein-Weeze ma jikkostitwixxix dupplikazzjoni tal-infrastruttura mhux profittabbli eżistenti. Għall-kuntrarju, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kellu rwol importanti fid-dikonġestazzjoni ta' Düsseldorf mingħajr ma llimita l-pjanijiet sabiex l-ajruporti ta' Düsseldorf u Eindhoven jiġu espanduti. Mingħajr il-proġett involut, kien hemm riskju li r-reġjuni ma jkun moqdi biżżejjed. |
(270) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-bini u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u t-titjib tal-aċċessibilità tar-reġjun. |
9.3.2. L-infrastruttura hija meħtieġa u proprozjonata biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit
(271) |
Skont il-Ġermanja, il-modernizzazzjoni ppjanata tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kienet meħtieġa biex titlesta l-konverżjoni ta' dik li kienet bażi tal-avjazzjoni militari f'ajruporti tal-avjazzjoni ċivili. Kien hemm bżonn tal-kostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tat-taxiways u r-rampi tal-ajruport biex jibdew isiru operazzjonijiet ta' titjiriet ċivili. |
(272) |
Kif argumentat il-Ġermanja, il-proġett infrastrutturali twettaq biss safejn kien meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti: filwaqt li l-infrastruttura nbniet għal traffiku massimu ta' 3,5 miljun passiġġier, l-istatistiki tat-traffiku murija fit-Tabella 1 juru li t-traffiku żdied b'mod konsistenti sal-2010 sabiex laħaq rekord ta' 2,9 miljun passiġġier, qabel ma reġa' naqas għal 2,2 miljun fl-2012. Dan ifisser li fil-parti l-kbira d-domanda mistennija tat-traffiku laħqet id-domanda propja u li l-proġett mhuwiex kbir jew elaborat wisq. |
(273) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-infrastruttura inkwistjoni hija meħtieġa u proporzjonata għall-objettivi li ġew stabbiliti. |
9.3.3. L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq terminu medju, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-infrastruttura eżistenti
(274) |
Kif spjegat qabel, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze fl-2010 laħaq numru ta' passiġġieri (2,9 miljun passiġġier) qrib il-limitu tal-kapaċità tiegħu (3,5 miljun passiġġier. Dan it-traffiku ntlaħaq fi żmien 6 snin ta' operat biss, li huwa ħafna aktar imħaffef minn ajruporti Ġermaniżi oħrajn li jsegwu l-istess strateġija tal-LCC (bħal Cassel jew Hahn). It-tkabbir sinifikanti tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jirriżulta mill-irwol importanti tal-ajruport fid-dikonġestazzjoni tal-ajruporti ta' Düsseldorf u Eindhoven u d-densità tal-popolazzjoni fiż-żona ta' lħuq (aktar minn 35 miljun abitant). |
(275) |
Fuq il-bażi taċ-ċifri msemmija hawn fuq, fuq perjodu ta' żmien medju, il-proġett ta' żvilupp għall-ajruport ta' Niederrhein-Weeze offra perspettivi għall-użu tajbin, b'mod speċjali fir-rigward tal-infrastruttura militari inizjali fl-ajruport, li x-xogħol tal-investiment inizjali għen jaqleb fi pjattaforma ċivili. |
9.3.4. L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għalih b'mod indaqs u mhux diskriminatorju
(276) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-infrastrutturi ċivili fis-seħħ dejjem kienu miftuħin għall-utenti potenzjali kollha b'mod mhux diskriminatorju |
9.3.5. L-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat safejn imur kontra l-interess tal-UE
(277) |
Fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna fil-15 ta' Ottubru 2002, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze qeda inqas minn 1 miljun passiġġier fis-sena, u b'hekk ġie kkwalifikat, skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni 2005 bħala ajruport reġjonali żgħir (kategorija D) (79). |
(278) |
Iż-żona fejn jilħaq l-ajruport Niederrhein-Weeze tinvolvi r-reġjuni tal-Punent tal-Ġermanja u r-reġjuni tal-Lvant tal-Pajjiżi l-Baxxi. Kif spjegat qabel, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze ma għamilx ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni f'din iż-żona ta' lħuq, jiġifieri lill-ajruporti ta' Düsseldorf u ta' Eindhoven, li sfaw vittma ta' problemi ta' konġestjoni severa u nuqqasijiet ta' slots (ara Premessa 268). |
(279) |
Barra minn hekk, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze la huwa moqdi minn konnessjoni ferrovjarja u lanqas minn konnessjoni bis-sistema awtostradali, għall-kuntrarju taż-żewġ kompetituri tiegħu. |
(280) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li s-segment tal-ivjaġġar għan-negozju għandu sehem mis-suq importanti ta' 40 % fl-ajruport ta' Düsseldorf, filwaqt li jirrappreżenta 7 % biss f'Niederrhein-Weeze. |
(281) |
Fir-rigward tal-ajruport ta' Eindhoven, il-Kummissjoni tindika li din il-faċilità sservi kemm operazzjonijiet ta' titjiriet ċivili kif ukoll militari u li l-finanzjament tal-ispejjeż infrastruturali huma maqsumin bejn il-maniġers tal-ajruport ċivili u l-militari Olandiża. Fl-2010 u l-2011, l-ajruport ta' Eindhoven ħallas madwar EUR 1 miljun fis-sena biex jikkumpensa lill-militar Olandiża għall-ispejjeż tal-manutenzjoni infrastrutturali, is-sigrutà, il-kontroll tal-ajru, iżda ma ġarrabx il-kostijiet tal-investiment inizjali li Niederrhein-Weeze kellu jġarrab (pazjalment). |
(282) |
Barra minn hekk, l-intensità tal-għajnuna tal-proġett ġenerali (ara sezzjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna aktar 'l isfel) hija limitata għad-diskrepanza tal-finanzjament tagħha L-azzjonarji tal-operatur tal-ajruport sejrin jiffinanzjaw aktar minn 50 % tal-ispejjeż tal-investiment. |
(283) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni, għaldaqstant, tista' tikkonkludi li l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat b'tali mod li jmur kontra l-interess komuni. |
9.3.6. Il-ħtieġa għall-għajnuna u l-proporzjonalità tagħha
(284) |
Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil FN GmbH bidlitx l-imġiba tal-impriża benefiċjarja b'tali mod li twettaq attività li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess pubbliku li (i) ma kinitx twettaq mingħajr l-għajnuna, jew (ii) kienet twettaq b'mod ristrett jew differenti. Barra minn hekk, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata biss jekk l-istess riżultat ma setax jintlaħaq b'inqas għajnuna u inqas distorsjoni. Dan ifisser li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ sabiex tibda ssir l-attività megħjuna. |
(285) |
Skont il-Ġermanja, l-għajnuna kienet meħtieġa għaliex l-iżvilupp tal-ajruport kien ikun imxekkel minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja iebsa ta' FN GmbH fi żmien l-għoti tal-għajnuna. Il-Ġermanja żżid ukoll li, li kieku l-proġett twettaq direttament minn awtoritajiet pubbliċi, dawn l-awtoritajiet kien ikollhom ikopru l-ispejjeż tal-bini kif ukoll it-telf operatorju inizjali. Il-Kummissjoni hija tal-istess fehma u tindika li l-appoġġ pubbliku ngħata f'perjodu li fih l-azzjonisti privati ta' FN GmbH għamlu investimenti tassew kbar fl-infrastruttura fil-fażi ta' bidu tal-proġett (EUR [20-60] miljun fl-2002-2003), filwaqt li ġarrbu t-telf operatorju inizjali tal-ajruport. Hemm dubji fuq kemm l-awtoritajiet lokali b'riżorsi finanzjarji limitati bħad-distrett ta' Kleve u l-komun ta' Weeze setgħu jġarrbu l-piż finanzjarju ta' proġett fuq skala kbira bħal dan waħedhom, filwaqt li setgħu jiksbu l-istess riżultat b'involviment limitat billi jsostnu inizjattiva privata. Fid-dawl tal-għamla riskjuża tal-proġett, li jikkostitwixxi wieħed mill-ftit każijiet ta' ajruporti privati fl-Ewropa, appoġġ pubbliku limitat jidher li għalhekk huwa ġġustifikat sew fil-fażi ta' bidu tiegħu. |
(286) |
Skont il-Ġermanja, mingħajr l-għajnuna, l-investiment ma setax jitwettaq bl-istess mod fin-nuqqas tal-miżuri 1, 2 u 3. Kif argumentat tajjeb il-Ġermanja, seta' jsir biss numru limitat ta' investimenti, bħat-twessigħ tar-runway. Kien ikun hemm bżonn li ċerti investimenti jsiru ferm iktar tard, u b'hekk l-ajruport kien iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet operatorji serji jew ma jkunx jista' jlaħħaq mad-domanda mistennija ta' linji tal-ajru u passiġġieri fiż-żona ta' qbid. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-miżuri tal-għajnuna 1, 2 u 3 għandhom effett ta' inċentiv, peress li ppermettew lill-benefiċjarju jagħmel l-investiment. |
(287) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-Miżura 2, il-livell ta' finanzjament pubbliku li fil-fatt ingħata lill-ajruport kien jammonta għal EUR [2-5] miljun. Kif spjegat fil-Premessa (46), din il-miżura ta' appoġġ tikkorrispondi għall-finanzjament ta' 50 % tal-ispejjeż eliġibbli skont id-Digriet tal-1993. L-ammont li jifdal (EUR [2-5] miljun) ġie ffinanzjat minn FN GmbH. Konsegwentement, l-intensità tal-għajnuna tammonta għal 50 %. |
(288) |
Peress li l-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni jħallu l-kwistjoni tal-intensitajiet tal-għajnuna miftuħa, l-ammont massimu ta' għajnuna permissibbli jrid ikun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ. Il-Kummissjoni tosserva li l-investimenti sostnuti mill-Miżura 2 ġew iffinanzjati b'termini pari passu. Għalhekk, l-intensità tal-għajnuna ta' 50 % tidher iġġustifikata fil-każ ikkonċernat. |
(289) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tas-Selfa 4 tal-Miżura 1 u l-miżura 3, il-Kummissjoni tosserva li l-għoti ta' selfa b'imgħax baxx jew mingħajr imgħax tikkostitwixxi miżura inqas distorsiva meta mqabbla ma' għotja diretta. Barra minn hekk, peressli l-awtoritajiet pubbliċi kkollateralizzaw is-self kompletament, l-involviment finanzjarju tagħhom kien ferm limitat. Fir-rigward tal-proporzjonalità tar-rinunzja tal-obbligu ta' rimborż ta' nofs il-finanzjament transitorju, il-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja li l-kundizzjoni tal-ħolqien ta' 350 impjieg tikkostitwixxi inċentiv għas-sidien privati tal-ajruport sabiex ilestu l-kostruzzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ajruport. Il-Kummissjoni tosserva li dan l-inċentiv kien effettiv peress li nħolqu 445 impjieg fi żmien ir-rinunzja (fl-2004), ferm qabel ma għaddiet l-iskadenza kuntrattwali (fi tmiem l-2007). |
9.3.7. Konklużjoni dwar il-Miżura 1 (Selfa 4), 2 u 3
(290) |
Minħabba l-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 1 (Selfa 4), 2 u 3 huma kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
9.4. Kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna operatorja
(291) |
Is-sezzjoni 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni stabbilixxiet il-kriterji li l-Kummissjoni ser tapplika fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. B'mod partikolari, skont il-paragrafu 172 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ser tapplika dawn il-kriterji għall-każijiet kollha dwar l-għajnuna operatorja lill-ajruport, inklużi notifiki pendenti u każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. Il-kriterji ta' kompatibbiltà għall-għajnuna operatorja, li tista' tingħata għal perjodu tranżitorju ta' 10 snin mid-data ta' pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, huma:
|
(292) |
Peress li l-għajnuna operatorja mogħtija bl-Estensjoni 1 u possibilment l-Estensjoni 2 tal-Miżura 1 ingħatat, fis-sħuħija tagħha, qabel ma daħlu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, dawn il-kriterji ta' kompatibbiltà huma applikati fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 137 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni (jiġifieri ma japplikawx ċerti kundizzjonijiet). |
9.4.1. L-għajnuna operatorja tikkontribwixxi għal objettiv definit ċar ta' interess komuni
(293) |
L-għajnuna operatorja vvalutata kellha l-għan li żżomm il-livell xieraq tal-operat tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. |
(294) |
Skont il-punt 113 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti ser titqies li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni jekk iżżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni, tgħin kontra l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali ewlenin tal-Unjoni jew tħaffef l-iżvilupp reġjonali. |
(295) |
Kif konkluż fil-Premessa 270, il-kostruzzjoni u l-operat tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jissodisfaw objettivi definiti ċari ta' interess komuni, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u t-titjib tal-aċċessibbiltà tar-reġjun. |
9.4.2. Ħtieġa ta' intervent mill-Istat
(296) |
Skont il-punt 116 et seq. tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti ser titqies neċessarja jekk iġġib titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax iġib. Il-linji gwida jirrikonoxxu wkoll li l-ħtieġa ta' finanzjament pubbliku sabiex jiffinanzja l-ispejjeż operatorji normalment ser ikunu proporzjonalment ikbar għal ajruporti iżgħar minħabba l-ispejjeż fissi għoljin u li l-ajruporti bi traffiku ta' passiġġieri annwali ta' bejn 200 000 u 700 000 passiġġier jaf ma jkunux kapaċi jkopru l-ispejjeż operatorji tagħhom b'mod sostanzjali; |
(297) |
Mindu bdew l-operazzjonijiet tat-terminal il-ġdid fl-2003, in-numru ta' passiġġieri annwali tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze laħaq il-207 992 fl-2003, 796 745 fl-2004 u 591 744 fl-2005 (Ara t-Tabella 1). Il-Kummissjoni tosserva li t-traffiku tal-passiġġieri wera varjazzjonijiet qawwijin f'din il-fażi ta' bidu, b'mod partikolari tnaqqis ta' 34 % mill-2004 għall-2005. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li tul dawn it-tliet snin, it-traffiku tal-passiġġieri baqa' fil-medja ta' bejn 200 000 u 700 000 ruħ. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tosserva wkoll li FN GmbH dejjem kienet tagħmel it-telf (ara t-Tabella 5), u lanqas biss setgħet tkopri l-ispejjeż operatorji tagħha (l-EBITDA aġġustat huwa negattiv fl-2004 u l-2005), li l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jidentifikaw bħala sitwazzjoni tipika għal ajruporti ta' dan id-daqs. |
(298) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja lill-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze hija neċessarja. |
9.4.3. Adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika
(299) |
Skont il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja għandha tkun strument ta' politika xieraq sabiex jintlaħaq l-għan maħsub jew tiġi solvuta l-problema li trid tiġi indirizzata. Peress li l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze qiegħed jagħmel it-telf fil-livell operatorju, l-uniku strument xieraq huwa għajnuna operatorja li tippermetti lill-ajruport ikompli jopera sabiex tiġi żgurata l-konnettività taż-żona ta' Niederrhein. Strumenti oħrajn bħall-għajnuna għall-investiment jew miżuri regolatorji ma jidhrux li huma xierqa biex jindirizzaw il-problemi finanzjarji tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze fil-livell operatorju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruport ta' Niederrhein-Weeze hija strument xieraq. |
9.4.4. L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ)
(300) |
Skont il-punt 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja għandha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li fin-nuqqas tal-għajnuna operatorja u minħabba l-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport jonqos b'mod sinifikanti. |
(301) |
L-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze rċieva għajnuna għall-investiment sabiex jinbena terminal ġdid u jiġu implimentati rekwiżiti ġodda tas-sikurezza u s-sigurtà. Din ippermettiet lill-ajruport sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' konnettività u trasport tar-reġjun ta' Niederrhein, li tul l-aħħar snin deher fiż-żieda tan-numri ta' passiġġieri. Minkejja numri tal-passiġġieri li bdew jiżdiedu, l-ajruport mhuwiex kapaċi jkopri l-ispejjeż operatorji tiegħu. Mingħajr l-għajnuna operatorja mill-Istat, l-ajruport ma jistax iżomm il-livell attwali ta' traffiku u investiment u l-attività ekonomika tiegħu jkollha tonqos. Fl-istess ħin, l-għajnuna ma qabżitx l-ammont meħtieġ biex tkopri t-telf operatorju, u b'hekk l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għall-minimu meħtieġ. |
(302) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja lill-Ajurport ta' Niederrhein-Weeze għandha effett ta' inċentiv u hija proporzjonata. |
9.4.5. Evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
(303) |
Skont il-punt 131 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, meta tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja lill-ajruport, il-Kummissjoni ser tieħu f'kunsiderazzjoni d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. Indikazzjoni tad-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni jew l-effett fuq il-kummerċ tista' tkun il-fatt li l-ajruport jinsab fl-istess żona ta' qbid bħal ajruport ieħor b'kapaċità żejda. |
(304) |
Kif muri fil-Premessa 276 et seq iktar 'il fuq, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
9.5. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna
(305) |
Il-miżuri kollha li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni u jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Din il-konklużjoni hija kompletament mingħajr ħsara għall-valutazzjoni ta' kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat li l-awtoritajiet pubbliċi setgħu taw lil FN GmbH, li l-Kummissjoni tista' tagħmel fil-ġejjieni. |
10. LINGWA
(306) |
Permezz tal-ittra datata t-18 ta' Ġunju 2014, il-Ġermanja aċċettat li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż. Għaldaqstant, il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH fil-11 ta' April 2004, is-17 ta' Ġunju 2004 u t-28 ta' Lulju 2004, u l-miżuri ta' appoġġ mogħtijin mid-Distrett ta' Kleve u l-Komun ta' Weeze lil EEL GmbH ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
1. Is-selfa mogħtija minn EEL GmbH lil FN GmbH fl-1 ta' Lulju 2005 kif ukoll ir-riportament tal-1 ta' Lulju 2005 tas-selfiet eżistenti kollha mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH, il-miżura ta' appoġġ mogħtija mil-Land Nordrhein-Westfalen lil FN GmbH u l-miżura ta' appoġġ mogħtija mid-distrett ta' Kleve direttament lil FN GmbH rigward l-akkwiżizzjoni tal-proprjetà immobbli tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. Ir-riportament tas-selfiet eżistenti kollha mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH fid-29 ta' Novembru 2010, jekk jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108,rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b' “suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE sejra tintuża tul din id-Deċiżjoni kollha.
(2) ĠU C 279, 14.9.2012, p. 1.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 15).
(4) ĠU C 279, 14.9.2012, p. 1.
(5) Minbarra Ryanair u Transavia, qabel l-ajruport kien servut minn Air Berlin, Wizz Air, XL Airways, Sky Airlines, Corendon Airlines u Bulgaria Air kif ukoll il-kumpaniji charter Tailwind u Solid Executive (ara l-Premessa 11 tad-deċiżjoni ta' ftuħ).
(*) Informazzjoni kunfidenzjali
(6) Sors: http://unternehmen.airport-weeze.com/de/kurzportrait.html
(7) Il-partijiet interessati daħħlu iktar minn 1 000 ilment kontra l-għoti tal-liċenzja operatorja lil FN GmbH qabel ma bdew l-operazzjonijiet, li skont din ma setgħux jibdew qabel l-1 ta' Mejju 2003. Fl-2006, il-liċenzja operatorja reġgħet ġiet ikkontestata legalment u b'hekk inħolqot inċertezza legali dwar l-operazzjonijiet tal-ajruport. Kien biss fl-1 ta' Frar 2007 li ġiet solvuta l-kwistjoni, meta l-Bundesverwaltungsgericht awtorizzat l-operazzjonijiet ta' titjiriet fl-ajruport. Permezz ta' emenda għal-liċenzja operatorja maħruġa mill-awtoritajiet reġjonali nhar l-1 ta' Mejju 2009 inkisbet konformità legali sħiħa.
(8) Ir-rata bażika tal-imgħax tinbidel fl-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju ta' kull sena bil-punti perċentwali li bihom tkun telgħet jew niżlet ir-rata ta' referenza mill-aħħar bidla fir-rata bażika tal-imgħax. Ir-rata ta' referenza hija r-rata tal-imgħax għall-iktar operazzjoni riċenti ewlenija ta' rifinanzjament tal-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tal-kalendarju tal-perjodu relevanti ta' sitt xhur. Id-Deutsche Bundesbank iħabbar ir-rata bażika effettiva tal-imgħax fil-Gazzetta Federali mingħajr dewmien żejjed wara l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju.
(9) Id-differenza ta' EUR [1-3] miljun bejn l-ammont tas-selfa u l-miżata fuq l-art ġejja mill-fatt li fl-14 ta' Lulju 2004 FN GmbH u EEL GmbH ikkonkludew ftehim ta' selfa tranżitorja li kien akkumpanjat minn miżata fuq l-art li tiswa EUR [1-3] miljun. Maż-żmien, il-kuntratt tas-selfa tranżitorja ttiħidlu postu mit-tielet ftehim ta' self tas-27 ta' Lulju 2004, iżda l-miżata fuq l-art ma tħassirtx u baqgħet valida, b'tali mod li l-ftehim tat-tielet selfa kien jeħtieġ kollateral ta' EUR [1-5] miljun biss.
(10) L-ebda wieħed mill-kuntratti ma jinkludi dispożizzjoni speċifika marbuta mal-imgħaxijiet tard peress li dawn tal-aħħar huma koperti fl-Artikolu 288 BGB u għalhekk huma applikabbli għal kull ftehim ta' self.
(11) http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html
(12) Wara l-ftehim tal-31 ta' Marzu 2011, l-ishma ngħaddew lil EEL GmbH fil-31 ta' Diċembru 2011. Eventwalment ngħaddew lid-distrett ta' Kleve
(13) Din id-deċiżjoni ma tkoprix l-iskambju ta' dejn ma' ekwità jew xi miżura oħra li setgħetingħatat mill-Ġermanja favur FN GmbH mill-2011 'l hemm.
(14) https://recht.nrw.de/lmi/owa/br_bes_text?anw_nr=1&gld_nr=9&ugl_nr=96&bes_id=1284&val=1284&ver=7&sg=&aufgehoben=N&menu=1
(15) Dan jimplika li, meta EEL GmbH irriportat is-self mogħti lil FN GmbH, is-self tagħha stess mogħti mid-distrett ta' Kleve u s-selfa mogħtija mill-[bank] lil EEL GmbH fl-ammont ta' EUR [1-5] miljun ġew riportati wkoll.
(16) Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(17) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 16.
(18) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 7.
(19) Madankollu, din l-offerta qatt ma mmaterjalizzat.
(20) Ara l-Premessa 38 għal iktar żviluppi dwar il-Linji Gwida finali tal-2014 dwar l-Avjazzjoni
(21) Ara l-każijiet magħquda Chronopost v Ufex u Oħrajn, C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01, EU:C:2003:388, paragrafu 37.
(22) Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(23) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta'skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(24) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu għad-determinazzjoni tar-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3).
(25) Ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. C-305/89 EU:C:1991:142, paragrafu 19.
(26) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15.6.2011, N 322/10–, paragrafu 49. http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/237041/237041_1243261_83_3.pdf
(27) http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/transparency_extract_en.pdf
(28) Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għal għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).
(29) B'mod partikolari, 12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris v Il-Kummissjoni T-128/98 Ġabra II-3929 EU:T:2000:290, 17 ta' Diċembru 2008, Ryanair/Il-Kummissjoni, T-196/04, EU:T:2008:585, kif ukoll 24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt/Il-Kummissjoni a.o., T-443/08, EU:T:2011:117.
(30) Premessa 42.
(31) SA.30743 — Finanzierung von Infrastrukturprojekten am Flughafen Leipzig/Halle (ĠU C 284, 28.9.2011, p. 6).
(32) Ara l-premessa 54 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.
(33) Salzgitter/Il-Kummissjoni, C-408/04, EU:C:2008:236, paragrafu 106.
(34) COM(2006) 819 finali.
(35) L-indiċi jipprovdi r-rati tal-imgħax ta' dawk li ħafna minnhom huma rati obbligazzjonarji ta' banek Ġermaniżi bi klassifikazzjoni ta' A trippla
(36) Il-partijiet terzi kkonċernati ġġustifikaw id-dubji tagħhom dwar dan il-punt billi ddikjaraw li Airport Network B.V kienqiegħed jagħmel it-telf kontinwament.
(37) Demesa u Territorio Histórico de Álava v Il-Kummissjoni, Każijiet magħquda C-183/02 P u C-187/02 P, Ġabra, EU:C:2004:701, paragrafu 52.
(38) Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(39) L-24 ta' Marzu 2011, Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH v il-Kummissjoni, Kawżi Magħqudin T-443/08 u T-455/08, Ġabra, EU:T:2011:117, b'mod partikolari l-paragrafi 93 u 94; ikkonfermata minn Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle v il-Kummissjoni, Kawża C-288/11 P, EU:C:2012:821.
(40) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti intrapriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
“L-iskop tal-kumpanija huwa l-iżvilupp u l-ftuħ ta' dak li kien il-mitjar tan-NATO Weeze-Laarbruch fir-rigward tal-faċilitajiet tekniċi u infrastrutturali meħtieġa u l-manutenzjoni u t-tiġdid tas-sit sabiex jitħejja għal użu kummerċjali sussegwenti”.
(42) L-uniku appoġġ finanzjarju tal-Muniċipalità ta' Weeze kien jikkonsisti fl-injezzjoni inizjali ta' kapital meta nħolqot EEL GmbH, iżda din sostniet id-deċiżjonijiet kollha meħudin minn EEL GmbH u d-distrett ta' Kleve.
(43) Permezz tal-paragrafu 53 tal-Haushaltsgrundsätzegesetz (HGrG), li jistabbilixxi l-prinċipji kontabilistiċi u baġitarjital-entitajiet pubbliċi fil-Ġermanja
(44) Komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Istati Membri: applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KEE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE lil impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3, paragrafu 11). Din il-komunikazzjoni tindirizza s-settur tal-manifattura, iżda tista' tiġi applikata għas-setturi ekonomiċi l-oħrajn. Ara wkoll il-Kawża T-16/96 Cityflyer, [1998] Ġabra II-757, paragrafu 51.
(45) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(46) Il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rati ta' Referenza tistabbilixxi metodu sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u ta' skont li huma applikati bħala indikatur tar-rata ta' referenza. Minkejja l-fatt li r-rata ta' referenza tal-Kummissjoni hija biss indikatur, il-Kummissjoni mhijiex fil-pussess ta' dejta konklużiva oħra sabiex tistabbilixxi r-rata tal-imgħax li l-mutwatarju jista' jikseb fis-suq.
(47) Solvabilitätsverordnung — SolvV of 14 ta' Diċembru 2006, ippubblikat fl-20 ta' Diċembru 2006 fil-Bundesgesetzblatt tal-Ġermanja (Parti I Nru 61, p. 2926).
(48) Ara “2012 Annual Global Corporate Default Study and Rating Transitions” ta' Standard and Poor, 18 ta' Marzu 2013, p. 29, u “Corporate Default and Recovery Rates 1920 -2010” ta' Moody's, 28 ta' Frar 2011, p. 31.
(49) Il-livell ta' kollaterali jista' jitkejjel bħala t-Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD), li huwa t-telf mistenni f'perċentwal tal-iskopertura tad-debitur filwaqt li jitqiesu l-ammonti rekuperabbli mill-kollateral u l-assi f'falliment; bħala konsegwenza, l-LGD huwa proprozjonali b'mod invers għall-validità tal-kollaterali.
(50) LGD = 1 – rata ta' rkupru = 1 – EUR […] M/EUR […] M = […] %
(51) Ara l-paġna 22 u 23 tal-Ftehim ta' Self mill-1 ta' Lulju 2005.
(52) Ara l-paġna 2 tal-Anness għall-ittra tal-Ġermanja tat-23 ta' Mejju 2014.
(53) Iż-żieda fil-valur bejn l-2005 u l-2010 hija dovuta l-iktar għal […].
(54) Ara l-paġna 2 tal-Anness 2 għall-Mitteilung vom 23.5.2014.
(55) Dan il-grupp fih il-klassifikazzjonijiet ta' […].
(56) Lista tar-rati bażi applikabbli hija ppubblikata mill-Kummissjoni fuq is-sit web li ġej: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/base_rates_eu27_en.pdf
(57) Id-differenza ta' […] bps fir-rati tal-imgħax tirrappreżenta vantaġġ ta' bejn wieħed u ieħor EUR […] għad-durata tas-Selfa 4 u l-Estensjoni 1.
(58) L-Italja v Il-Kummissjoni, C-99/02, Ġabra, EU:C:2004:207, paragrafu 65.
(59) Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (is-sentenza “Altmark”), EU:C:2003:415, ECR
(60) Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, paragrafu 43.
(61) L-Italja v Il-Kummissjoni, EU:C:2004:207, paragrafu 65.
(62) Sentenza “Altmark”, EU:C:2003:415
(63) Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, paragrafu 43.
(64) 12 ta' Diċembru 2000, Alitalia v Il-Kummissjoni, T-296/97, Ġabra, EU:T:2000:289, paragrafu 84; L-Italja v Il-Kummissjoni, C-305/89, Ġabra, EU:C:1991:142, paragrafu 20.
(65) Ara l-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni, numru 46.
(66) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 65.
(67) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 49.
(68) Ara l-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1, paragrafu 95).
(69) Ara l-Premessa 53.
(70) Ara t-Tabella 3.
(71) L-Artikolu 1(b)(v), it-tieni sentenza, tar-Regolament Nru 659/1999 jgħid: “Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta' attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m'għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”.
“L-għajnuna li tinftiehem li hi għajnuna eżisteni minħabba li jista' jitwaqqaf li meta daħlet fis-seħħ ma kkostitwietx għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Memrbu. Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta' attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m'għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”.
(73) Il-Premessi 38 u 39.
(74) Premessa 172 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(75) Premessa 173 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(76) Pereżempju, ara l-Kawża SA.34586 (12/N) — Il-Greċja — Modernizzazzjoni tal-Ajruport ta' Chania, paragrafu 49.
(77) Filwaqt li formalment id-distanza tiegħu minn Niederrhein-Weeze hija ta' inqas minn 100 km (98 km), l-ajruport ta' Maastricht jista' jintlaħaq biss bi vjaġġ ta' siegħa u 14-il minuta bil-karozza. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan l-ajruport ma għandux jitqies li huwa inkluż fiż-żona ta' qbid tal-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze.
(78) Wara l-Estensjoni tal-2012-2013, il-kapaċità tal-ajruport ta' Eindhoven żdiedet għal 5 miljun passiġġier; il-ħidma ta' Estensjoni fl-ajruport ta' Düsseldorf hija mistennija tibda fis-sajf tal-2014.
(79) Ara l-paragrafu 15 tiegħu.
(80) Paragrafi 137 u 113 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(81) Paragrafi 137 u 116 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(82) Paragrafi 137 u 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(83) Paragrafi 137 u 125 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(84) Paragrafi 137 u 131 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.