Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 32015R1542

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1542 tal-15 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-linarda fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

    ĠU L 242, 18.9.2015, pagg. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Stato giuridico del documento Non più in vigore, Data di fine della validità: 31/12/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1542/oj

    18.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 242/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1542

    tal-15 ta' Settembru 2015

    li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-linarda fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

    (3)

    Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, huma pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa pprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    João AGUIAR MACHADO

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


    ANNESS

    Nru

    25/TQ104

    Stat Membru

    L-Irlanda

    Stokk

    BLI/5B67-

    Speċi

    Il-linarda (Molva dypterygia)

    Żona

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

    Data tal-għeluq

    1.1.2015


    In alto