Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1357

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1357 tal-4 ta' Awwissu 2015 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba min-Netherlands fl-2011, 2012 u 2013 għall-finanzjament tal-miżuri ta' emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja (notifikata bid-dokument C(2015) 5342)

ĠU L 209, 6.8.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1357/oj

6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/9


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1357

tal-4 ta' Awwissu 2015

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba min-Netherlands fl-2011, 2012 u 2013 għall-finanzjament tal-miżuri ta' emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja

(notifikata bid-dokument C(2015) 5342)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistipula r-regoli għall-ħlas ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-qerda ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-influwenza avjarja. L-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-Istat Membru li jitlob il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-iskadenzi biex jintbagħtu dawn id-dokumenti.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/667/UE (3) stabbiliet l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba min-Netherlands fit-teħid ta' miżuri biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fl-2011 għal EUR 429 425,74.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/775/UE (4) tistipula dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li għandha tingħata lin-Netherlands għall-ispejjeż imġarrba minn dak l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri fil-ġlieda tiegħu kontra l-influwenza avjarja fl-2012 u l-2013 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE (5). Għaldaqstant, l-ewwel ħlas parzjali ta' EUR 210 000,00 għall-2012 u l-ewwel ħlas parzjali ta' EUR 250 000,00 għall-2013 ġew imħallsa lil dak l-Istat Membru bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/775/UE tistipula wkoll li l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ffissat f'deċiżjoni sussegwenti li trid tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fiha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula dwar ħlasijiet li jridu jsiru lill-Istati Membri f'dawk iċ-ċirkustanzi. Għalhekk, ir-regolament jistipola dwar l-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni u jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja. Dak ir-Regolament ħassar ukoll id-Deċiżjoni 2009/470/KE u referenzi għal dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014.

(5)

Permezz tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/667/UE u 2013/775/UE, ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012 (6), b'mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu, ġew issodisfati.

(6)

Wara ir-riżultat, tal-verifika fuq il-post, ġestita minn servizz ta' verifika kompetenti, l-infiq addizzjonali li jammonta għal EUR 13 278,64 tqies bħala eliġibbli, skont id-Deċiżjoni msemmija fil-premessa tnejn, u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2011 tista' tiġi stabbilita għal EUR 442 704,38. Għalhekk, minbarra l-pagament diġà mħallas, għandu jingħata ħlas parzjali supplimentari u finali ta' EUR 13 278,64.

(7)

Fl-14 ta' Frar 2014, in-Netherlands bagħat talba uffiċjali għar-rimborż lill-Kummissjoni, akkumpanjata minn rapport finanzjarju, dokumenti ta' sostenn u rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu. It-talba għar-rimborż tammonta għal EUR 417 663,71 għall-2012 u EUR 616 592,33 għall-2013 Madankollu, wara eżami tad-dokumenti ppreżentati minn dak l-Istat Membru, huwa meqjus li l-ammonti rispettivi ta' EUR 17 548,46 u EUR 40 018,73 ma jistgħux jiġu rimborżati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Għalhekk il-kontribuzzjoni finali għall-2012 u 2013 tista' rispettivament tiġi stabbilita għal EUR 400 115,25 u EUR 576 573,60 li hija d-differenza bejn l-ammont mitlub għar-rimborż u l-ammont ineliġibbli. Wara t-tnaqqis tal-ewwel ħlas parzjali msemmi fit-tielet premessa, il-bilanċ li għandu jitħallas lin-Netherlands għall-2012 u 2013 jista' jiġi stabbilit rispettivament għal EUR 190 115,25 and EUR 326 573,60.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja finali mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba min-Netherlands fl-2011 għall-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja hija ffissata għal EUR 13 278,64.

Artikolu 2

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba min-Netherlands fl-2012 għall-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja hija ffissata għal EUR 400 115,25.

2.   Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li għad trid titħallas lin-Netherlands qed jiġi stabbilit għal EUR 190 115,25.

Artikolu 3

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba min-Netherlands fl-2013 għall-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja hija ffissata għal EUR 576 573,60.

2.   Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li għad trid titħallas lin-Netherlands qed jiġi stabbilit għal EUR 326 573,60.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12).

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/667/EU tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fin-Netherlands fl-2011 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 47).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/775/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fin-Netherlands fl-2012 u fl-2013 u fid-Danimarka u Spanja fl-2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 44).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġitġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


Top