This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015O0015
Guideline (EU) 2015/930 of the European Central Bank of 2 April 2015 amending Guideline ECB/2012/27 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ECB/2015/15)
Linja Gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2015/15)
Linja Gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2015/15)
ĠU L 155, 19.6.2015, p. 38–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912
19.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/38 |
LINJA GWIDA (UE) 2015/930 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' April 2015
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2015/15)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Governativ tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja Gwida ECB/2007/2 (1) li tirregola TARGET2 li hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika waħda msejħa Pjattaforma Komuni Unika (SSP). Wara sensiela ta' emendi din il-Linja Gwida ġiet ifformulata mill-ġdid bħala Linja Gwida BĊE/2012/27 (2). |
(2) |
Fis-17 ta' Lulju 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi proġett intiż biex jistabbilixxi servizz għal ħlas ta' titoli fi flus ta' bank ċentrali, biex jiġi pprovdut lil depożitarji ċentrali ta' titoli (CSDs) bl-isem ta' TARGET2-Securities (T2S). Bħala parti mill-kompiti tal-Eurosistema skont l-Artikoli 17, 18 u 22 tal-Istatut tas-SEBĊ, T2S għandu l-għan li jiffaċilita l-integrazzjoni ta' wara n-negozju billi joffri ħlas ta' titoli u kontanti fi flus ta' bank ċentrali mal-Ewropa kollha li jkun ċentrali, newtrali u mingħajr konfini biex is-CSDs ikunu jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom b'servizzi ta' konsenja mal-ħlas armonizzati u ttrasformati f'komoditajiet f'ambjent tekniku integrat b'kapaċitajiet transkonfinali. |
(3) |
Fil-21 ta' April 2010 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2010/2 (3), li tistabbilixxi l-pedament bażiku għal servizz tal-Eurosistema għal ħlas ta' titoli fi flus tal-bank ċentrali, TARGET2-Securities (T2S), tistabbilixxi l-Programm T2S fil-fażi tal-iżvilupp tiegħu u tispeċifika ulterjorment il-proċeduri ta' governanza tal-Eurosistema applikabbli f'dan il-kuntest. Il-Linja Gwida BĊE/2010/2 tħassret bil-Linja Gwida BĊE/2012/13 (4). |
(4) |
Fl-4 ta' Marzu 2015, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha fil-kawża Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496, li annullat il-Qafas tal-Politika ta' Sorveljanza tal-Eurosistema, ippubblikat mill-BĊE fil-5 ta' Lulju 2011, inkwantu jistabbilixxi bħala rekwiżit li l-kontropartijiet ċentrali involuti fl-ikklirjar tat-titoli għandhom ikunu stabbiliti fi Stat Membru li jkun parti mill-Eurosistema. Għaldaqstant il-BĊE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ma' din is-sentenza. |
(5) |
Billi l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) se jipprovdu servizzi ta' awtokollateralizzazzjoni u ħlas fi flus ta' bank ċentrali f'TS2, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata kif ġej, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda tal-Linja Gwida BĊE/2012/27
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. TARGET2 tipprovdi RTGS għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas fi flus tal-bank ċentrali permezz ta' kontijiet ta' modulu ta' ħlas (payment module — PM) u Kontijiet ta' Kontanti Dedikati (Dedicated Cash Accounts — DCA). TARGET2 hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet kollha għall-ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku. Fir-rigward tal-operazzjoni teknika tal-Kontijiet ta' Kontanti Dedikati fuq T2S, TARGET2 hija teknikament stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S.”; |
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif gej:
|
3. |
fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej: “7. L-Eurosistema bħala fornitur ta' servizzi T2S, u l-BĊi tal-Eurosistema bħala operaturi tas-sistema ta' komponent TARGET2 nazzjonali rispettiva għandhom jikkonkludu ftehim li jirregola s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn tal-ewwel lil tal-aħħar fir-rigward tal-operazzjoni tal-Kontijiet ta' Kontanti Dedikati. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.”; |
4. |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif gej:
|
5. |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa mħassar. |
6. |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif gej:
|
7. |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta' trasferiment ta' fondi fi flus ta' bank ċentrali lil sistemi anċillari fil-PM li jkun hemm aċċess għalih permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk. Dawn is-servizzi għandhom ikunu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-BĊi tal-Eurosistema u s-sistemi anċillari rispettivi.”; |
8. |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif gej:
|
9. |
L-Artikolu 18 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 18 Proċeduri għaċ-ċaħda ta' applikazzjoni għall-parteċipazzjoni f'TARGET2 għal raġunijiet ta' prudenza Fejn, skont l-Artikolu 8(4)(c) tal-Anness II jew l-Artikolu 6(4)(c) tal-Anness IIa, BĊ tal-Eurosistema jiċħad għal raġunijiet ta' prudenza applikazzjoni għas-sħubija f'TARGET2, dak il-BĊ tal-Eurosistema għandu jinforma minnufih lill-BĊE b'dik iċ-ċaħda”. |
10. |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. Fejn, għal raġunijiet ta' prudenza, BĊN taż-żona tal-euro jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta' parteċipant għal kreditu intraday skont il-paragrafu 12(d) tal-Anness III jew il-paragrafu 10(d) tal-Anness IIIa jew BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew itemm il-parteċipazzjoni ta' parteċipant f'TARGET2 skont l-Artikolu 34(2)(e) tal-Anness II jew l-Artikolu 24(2)(e) tal-Anness IIa, id-deċiżjoni għandha, sa fejn ikun possibbli, tidħol fis-seħħ fl-istess ħin fis-sistemi komponenti kollha ta' TARGET2.”; |
11. |
Fl-Artikolu 20, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej: “b'konnessjoni mal-implimentazzjoni ta' Artikolu 39(3) tal-Anness II u l-Artikolu 28(3) tal-Anness IIa:”; |
12. |
fl-Artikolu 21, il-paragrafi 1 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “1. Jekk il-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 27 tal-Anness II jaffettwaw l-operazzjoni tas-servizzi TARGET2 minbarra l-PM u l-ICM u d-DCAs, il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jimmonitorja u jiġġestixxi dawn l-każijiet sabiex tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza fuq il-funzjonament mingħajr xkiel ta' TARGET2.” “3. Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jirrapportaw in-nuqqas tal-parteċipant lill-koordinatur ta' TARGET2 jekk dan in-nuqqas jista' jaffettwa l-operazzjoni tal-Pjattaforma T2S, il-ħlas fi ħdan sistemi anċillari jew joħloq riskju sistemiku. L-għeluq ta' TARGET2 normalment m'għandux ikun imdewwem minħabba nuqqas ta' parteċipant.”; |
13. |
fl-Artikolu 22, il-paragrafi 1 u 5 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “1. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-proċedura ta' kumpens stipulata fl-Appendiċi II tal-Anness II jew l-Appendiċi II tal-Anness IIa għandha tiġi ġestita skont dan l-Artikolu.” “5. Fi żmien ġimagħtejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(d) tal-Appendiċi II tal-Anness II jew fis-sentenza finali tal-Artikolu 4(d) tal-Appendiċi II tal-Anness IIa, il-BĊ għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati dwar liema offerti ta' kumpens ġew aċċettati u liema offerti ta' kumpens ġew miċħuda.”; |
14. |
L-Artikolu 27 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 27 Dispożizzjonijiet mixxellanji Kontijiet miftuħin barra l-PM u barra l-Pjattaforma T2S minn BĊN taż-żona tal-euro għal istituzzjonijiet ta' kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' dak il-BĊN taż-żona tal-euro, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet li jinfetħu barra l-PM u barra l-Pjattaforma T2S minn BĊN taż-żona tal-euro għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' dak il-BĊN taż-żona tal-euro.” |
15. |
il-kliem “parteċipant(i)”, “parteċipant(i) diretti” u “parteċipanti ta' TARGET2” għandu jinbidel bil-kliem “detenturi ta' kont PM”:
|
16. |
fil-Linja Gwida kollha, il-Kliem “Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni f'TARGET2” jinbidel b“Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM f'TARGET2”;. |
17. |
fil-Linja Gwida kollha, il-kliem “fornitur tas-servizz tan-netwerk” jinbidel b'referenzi għal “fornitur tas-servizz tan-netwerk ta' TARGET2”;. |
18. |
fl-Anness II, it-titolu jinbidel b'dan li ġej: “KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TA' KONT PM F'TARGET2”; |
19. |
|
20. |
fl-Anness II, id-definizzjonijiet li ġejjin jiddaħħlu fl-Artikolu 1:
|
21. |
fl-Anness II, jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: “Artikolu 1a Kamp ta' applikazzjoni Il-Kundizzjonijiet preżenti jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti u d-detentur tal-kont PM tiegħu għal dak li jirrigwarda l-Ftuħ u l-Operazzjoni tal-kont PM.”; |
22. |
fl-Anness II, il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “1. TARGET2 tipprovdi ħlas gross dak il-ħin stess għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas bi flus tal-bank centrali fil-kontijiet PM u DCAs. 2. L-ordnijiet ta' ħlas li ġejjin jiġu pproċessati f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]:
|
23. |
fl-Anness II, il-paragrafi 3 u 4 li ġejjin huma miżjudin mal-Artikolu 7: “3. Detentur ta' kont PM li jaċċetta l-kont PM tiegħu li jiġi indikat bħala l-kont PM Ewlieni ddefinit fl-Anness IIa għandu jkun marbut bi kwalunkwe fattura relatata mal-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' kull Kont ta' Kontanti Dedikat marbut mal-kont PM, kif jidher fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness, inkluża kull penali imposta skont il-paragrafu 9(d) tal-Anness IIIa, immaterjalment mill-kontenut ta', jew nuqqas ta' konformità ma', l-arranġamenti kuntrattwali jew oħrajn bejn id-detentur tal-kont PM u d-detentur ta' DCA. 4. Detentur ta' kont PM Ewlieni għandu jkun marbut b'kull fattura, kif jidher fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness, għal konnessjoni ma' kull DCA li miegħu huwa marbut kont PM”; |
24. |
fl-Anness II, l-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej: “Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta' ħlas għall-finijiet ta' TARGET2:
|
25. |
fl-Anness II, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-istruzzjonijiet kollha tal-ħlas li jingħataw minn sistema anċillari permezz ASI biex jiġu ddebitati jew ikkreditati l-kontijiet PM tal-parteċipanti u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil DCA għandhom jitqiesu li huma ordnijiet għal ħlas urġenti ħafna.”; |
26. |
fl-Anness II, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 38 jinbidel b'dan li ġej: “2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel illi l-[daħħal isem il-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni dwar ħlas, teknika jew organizzattiva li tirrigwarda l-parteċipant, parteċipanti mill-istess grupp jew il-klijenti tal-parteċipant miksuba matul l-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] lill-BĊI oħrajn jew lil terzi persuni li huma involuti fl-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], sal-punt illi dan huwa neċessarju għall-funzjonament effiċjenti ta' TARGET2, jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tal-parteċipant jew tal-grupp, jew lil awtoritajiet superviżorji jew ta' sorveljanza ta' Stati Membri u tal-Unjoni sal-punt illi dan huwa neċessarju għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm f'dawn il-każijiet kollha l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli. Il-[daħħal isem il-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.”; |
27. |
fl-Anness II, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 46 jinbidel b'dan li ġej: “2. [Daħħal jekk xieraq taħt il-liġi nazzjonali rilevanti: Bil-talba għal kont PM f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], il-parteċipanti li japplikaw jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fil-konfront ta' [daħħal isem il-BĊ].]”; |
28. |
fl-Appendiċi I tal-Anness II, il-punt (d) li ġej jiżdied mal-paragrafu 8(8):
|
29. |
fl-Appendiċi IV tal-Anness II, il-paragrafu 6(d) jinbidel b'dan li ġej:
|
30. |
fl-Anness II, l-Appendiċi VI jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi VI SKEDA TA' DRITTIJIET U L-ĦRUĠ TA' FATTURI Drittijiet għal parteċipanti diretti
Drittijiet għall-aggregazzjoni ta' likwidità
Drittijiet għal detenturi ta' kont PM Ewlieni
Ħruġ ta' fatturi
|
31. |
jiddaħħal l-Anness IIa li ġej: “ANNESS IIa KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TA' KONT TA' KONTANTI DEDIKAT F'TARGET2 TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (iktar 'il quddiem imsejħin il-‘Kundizzjonijiet’) japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 2 Ambitu Il-Kundizzjonijiet preżenti jirregolaw r-relazzjoni bejn il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti u d-detentur tad-DCA tiegħu għal dak li jirrigwarda l-Ftuħ u l-Operazzjoni tad-DCA kkonċernat. Artikolu 3 Appendiċijiet 1. L-Appendiċijiet jifformaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet.
2. Fil-każ ta' kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta' kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta' kull dispożizzjoni oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalu. Artikolu 4 Deskrizzjoni ġenerali tat-T2S u TARGET2 1. TARGET2 tipprovdi ħlas gross dak il-ħin stess għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas bi flus tal-bank centrali fil-kontijiet PM u DCAs. Bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2012/27,TARGET2 tipprovdi wkoll servizzi ta' ħlas gross dak il-ħin stess fir-rigward ta' tranżazzjonijiet T2S għal detenturi ta' DCA li jkunu żguraw konnessjoni mal-kont ta' titoli f'CSD parteċipant. Dawn is-servizzi huma pprovduti fuq il-Pjattaforma T2S, u jippermettu l-iskambju ta' messaġġi standardizzati fir-rigward ta' transferimenti minn u lejn DCAs miftuħin fil-kotba tal-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro f'TARGET2. 2. It-tranżazzjonijiet li ġejjin jiġu pproċessati f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]:
3. TARGET2 tipprovdi ħlas gross dak il-ħin stess għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas bi flus tal-bank centrali fil-kontijiet PM u DCAs. TARGET2 hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet kollha għall-ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku. Fir-rigward tal-operazzjoni teknika tal-Kontijiet ta' Kontanti Dedikati fuq T2S, TARGET2 hija teknikament stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S. Il-[daħħal isem il-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊNi u tal-4CBs li jipprovdu l-SSP għandhom ikunu kkunsidrati bħala azzjonijiet u ommissjonijiet ta' [daħħal isem il-BĊ], li għalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 21 hawn taht. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BĊNi li jipprovdu l-SSP jew il-4CBs meta xi wieħed minn dawn tal-aħħar jaġixxi f'dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP jew Pjattaforma T2S b'rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibgħuta lil, [daħħal isem il-BĊ]. 4. TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas komposta mis-sistemi komponenti ta' TARGET2, li huma indikati bħala ‘sistemi’ skont liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 98/26/KE. TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] hija indikata bħala ‘sistema’ skont [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE]. 5. Il-parteċipazzjoni f'TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni f'sistema ta' komponent ta' TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tad-detenturi tad-DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] u l-[daħħal isem il-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar tal-ordnijiet ta' ħlas skont dan il-Kundizzjonijiet (Titolu IV ta' dan l-Anness u l-Appendiċi I) jirreferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha sottomessi jew il-ħlasijiet irċevuti mingħand kwalunkwe parteċipant f'TARGET2. TITOLU II PARTECIPAZZJONI Artikolu 5 Kriterji ta' Aċċess 1. It-tipi ta' entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex isiru detentur ta' DCA wara talba f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]:
sakemm l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) ma jkunux suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel ta' TARGET2. 2. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala detenturi tad-DCA:
3. Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi, fit-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**)], ma humiex intitolati li jipparteċipaw f'TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż ta' referenza]. Artikolu 6 Proċedura ta' applikazzjoni 1. Sabiex [daħħal isem ta' BĊ] jiftaħ DCA għal entità, dik l-entità għandha tikkonforma mal-kriterji ta' aċċess tad-dispożizzjonijiet ta' [daħħal isem ta' BĊ] li jimplimentaw l-Artikolu 5 u għandha:
2. L-entitajiet li jixtiequ jiftħu DCA għandhom japplikaw bil-miktub lil [daħħal isem il-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:
3. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jitlob ukoll kull informazzjoni addizzjonali li jqis xierqa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni. 4. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-ftuħ ta' DCA jekk:
5. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jikkomunika lill-applikant, id-deċiżjoni tiegħu dwar il-ftuħ ta' DCA fi żmien xahar minn meta l-[daħħal isem il-BĊ] jirċievi l-applikazzjoni. Meta l-[daħħal isem il-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta [daħħal isem il-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda. Artikolu 7 Detenturi ta' DCA Detenturi tad-DCA f'TARGET2 [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jkollhom tal-inqas DCA wieħed ma' [daħħal isem il-BĊ]. Artikolu 8 Rabtiet bejn kontijiet ta' titoli u DCAs 1. Detentur ta' DCA jista' jitlob lil [daħħal isem il-BĊ] biex jorbot id-DCA tiegħu ma' kont wieħed jew iktar ta' titoli miżmumin f'ismu jew f'isem il-klijenti tiegħu li jżommu kontijiet ta' titoli f'CSD parteċipant wieħed jew iżjed. 2. Detenturi ta' DCA li jorbtu d-DCA tagħhom ma' kont(ijiet) ta' titoli f'isem klijenti kif stabbilit fil-paragrafu 1 huma responsabbli biex iwaqqfu u jżommu l-lista ta' kontijiet ta' titoli konessi u, meta jkun rilevanti, l-istruttura tal-karatteristika klijent-titolizzazzjoni. 3. Bħala riżultat tat-talba skont il-paragrafu 1, id-detentur ta' DCA jitqies li ta mandat lis-CSD meta dawn il-kontijiet ta' titoli konnessi jiżammu biex jiddebitaw lid-DCA b'ammonti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' titoli li jseħħu fuq dawn il-kontijiet ta' titoli. 4. Il-paragrafu 3 għandu japplika irrispettavament minn kull ftehim li d-detentur ta' DCA għandu mas-CSD u/jew id-detenturi ta' kontijiet ta' titoli. TITOLU III OBBLIGI TAL-PARTIJIET Artikolu 9 Obbligi ta' [daħħal isem il-BĊ] u d-detenturi ta' DCA 1. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ wara talba tad-detentur ta' DCA u jopera DCA [wieħed jew iktar] denominati f'euro. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet jew mitlub mil-liġi, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġjonevoli fis-setgħa tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat. 2. Id-drittijiet għas-servizzi DCA huma stabbiliti fl-Appendiċi VI. Id-detentur tal-kont PM Ewlieni li miegħu huwa marbut DCA huwa responsabbli għall-ħlas ta' dawn id-drittijiet. 3. Detenturi ta' DCA għandhom jiżguraw li huma konnessi ma' TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] fil-jiem ta' negozju, skont l-iskeda ta' operazzjoni fl-Appendiċi V. 4. Id-detentur ta' DCA jiżgura u jiggarantixxi lil [daħħal isem il-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksrux xi liġi, regolament jew liġi sussidjarja li tapplika għalih jew xi ftehim li bih huwa jkun marbut. 5. Detenturi ta' DCA għandhom jiżguraw li l-likwidità fid-DCA matul il-jum tkun ġestita sewwa. Dan l-obbligu għandu jinkludi imma ma jkunx limitat għal kisba ta' informazzjoni regolari fuq il-pożizzjoni ta' likwidità tagħhom. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jipprovdi prospett ta' kontijiet ta' kuljum lil kwalunkwe detentur ta' DCA li jkun għażel servizz bħal dak fuq il-Pjattaforma T2S iżda d-detentur ta' DCA għandu jkun konness mal-Pjattaforma T2S permezz ta' fornitur ta' servizz tan-netwerk T2S. Artikolu 10 Kooperazzjoni u informazzjoni 1. Fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] u d-detenturi ta' DCA għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-saħħa finanzjarja u s-sigurtà ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja. 2. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lil detenturi ta' DCA fir-rigward ta' diffikultajiet li jinqalgħu fir-rigward tal-operazzjonijiet tas-sistema. 3. Informazzjoni aġġornata fuq l-istatus operattiv tal-pjattaforma TARGET2 u l-Pjattaforma TS2 għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u s-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2-Securities rispettivament. It-T2IS u s-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 tista' tintuża biex tinkiseb informazzjoni dwar kwalunkwe każ li jaffettwa l-operazzjoni normali tal-pjattaformi rispettivi. 4. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jew jikkomunika messaġġi lil detenturi ta' DCA permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni jew permezz ta' kull mezz ieħor ta' komunikazzjoni. Detenturi ta' DCA jistgħu jiġbru informazzjoni permezz tal-ICM, safejn ikollhom kont PM, jew mod ieħor permezz tat-T2S GUI. 5. Detenturi ta' DCA huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta' ġbir ta' dejta statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta' ġbir ta' dejta statika ġdida lil [daħħal isem il-BĊ]. Detenturi ta' DCA huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta' informazzjoni dwarhom li tiddaħħal f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] mill-[daħħal isem il-BĊ].' 6. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat jikkomunika lill-BĊNi li jipprovdu l-SSP jew il-4CBs kull informazzjoni dwar id-detenturi ta' DCA li tal-ewwel jistgħu jeħtieġu fir-rwol tagħhom ta' amministraturi tas-servizz, skont il-kuntratt fis-seħħ mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TARGET2 u/jew il-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S. 7. Detenturi ta' DCA għandhom jinfurmaw lil [daħħal isem il-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom. 8. Detenturi ta' DCA għandhom jinfurmaw il-[daħħal isem il-BĊ] dwar:
9. Detenturi ta' DCA għandhom jinfurmaw minnufih lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta' inadempjenza fir-rigward tagħhom. Artikolu 11 Indikazzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni tal-kont PM Ewlieni 1. Id-detentur ta' DCA għandu jindika kont PM Ewlieni li miegħu huwa marbut DCA. Il-kont PM Ewlieni jista' jinżamm f'sistema ta' komponent TARGET2 li ma jkunx [daħħal isem il-BĊ] u jista' jappartjeni lil entità ġuridika differenti minn tad-detentur ta' DCA. 2. Parteċipant li juża aċċess bl-Internet ma jistax jiġi indikat bħala detentur ta' kont PM Ewlieni. 3. Jekk id-detentur ta' kont PM Ewlieni u d-detentur tad-DCA huma entitajiet legali differenti u fil-każ li l-parteċipazzjoni ta' dak id-detentur ta' kont PM Ewlieni jiġi sospiż jew itterminat, il-[daħħal isem il-BĊ] u d-detentur ta' DCA għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli u prattiċi biex inaqqsu kull ħsara jew telf li jirriżultaw. Id-detentur ta' DCA għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jindika kont PM ġdid mingħajr dewmien żejjed li mbagħad ikun responsabbli għal kull fattura pendenti. Fil-jum tas-sospensjoni jew terminazzjoni tad-detentur ta' kont PM Ewlieni u sakemm jiġi indikat kont PM Ewlieni ġdid, il-fondi li jibqgħu fuq id-DĊA fl-aħħar tal-jum għandhom jiċċaqalqu għall-kont ta' [daħħal isem il-BĊ]. Dawn il-fondi jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet ta' remunerazzjoni ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Artikolu 12(5) tal-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM f'TARGET2] kif aġġornati minn żmien għal żmien. 4. [daħħal isem il-BĊ] m'għandu jkun responsabbli għal ebda telf li jġarrab detentur ta' DCA bħala konsegwenza tas-sospensjoni jew terminazzjoni tad-detentur tal-kont PM Ewlieni. TITOLU IV FTUĦ U ĠESTJONI TAD-DCA U L-IPPROĊESSAR TA' OPERAZZJONIJIET Artikolu 12 Ftuħ u ġestjoni tad-DCA 1. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ u jopera tal-anqas kont DCA wieħed għal kull detentur ta' DCA. DCA għandu jkun identifikat permezz ta' numru ta' kont b'34 karattru uniku li jkun strutturat kif ġej.
2. M'għandu jitħalla l-ebda bilanċ ta' dejn fuq DCAs. 3. Id-DCA m'għandux iżomm fondi matul il-lejl. Fil-bidu u fit-tmiem tal-jum ta' negozju, għandu jkun hemm bilanċ żero fid-DCAs. Detenturi ta' DCA għandhom jitqiesu li taw struzzjonijiet lil [daħħal isem il-BĊ] biex jittrasferixxi kull bilanċ li jibqa' fl-aħħar ta' jum ta' negozju kif iddefinit fl-Appendiċi V fil-kont PM Ewlieni msemmi fl-Artikolu 11(1). 4. Id-DCA għandu jintuża biss fil-perijodu bejn il-bidu tal-jum T2S u t-tmiem tal-jum T2S kif iddefinit fl-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati tal-Utent T2S (UDFS). 5. Id-DCAs għandhom ikunu mingħajr imgħax. Artikolu 13 Operazzjonijiet li jistgħu jsiru permezz tad-DCA Bla ħsara għad-detentur ta' DCA li jindika l-kont(ijiet) ta' titoli meħtieġa, id-detentur ta' DCA jista' jagħmel l-operazzjonijiet li ġejjin permezz ta' DCA jew f'ismu jew f'isem il-klijenti tiegħu:
Artikolu 14 Aċċettazzjoni u ċaħda ta' ordnijiet ta' ħlas 1. Ordnijiet ta' ħlas mibgħuta minn detenturi ta' DCA jitqiesu li ġew aċċettati minn [daħħal isem il-BĊ] jekk:
2. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiċħad minnufih kull ordni ta' ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jinforma lid-detentur ta' DCA b'kull ċaħda ta' ordni ta' ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I. 3. Il-Pjattaforma T2S tiddetermina t-timbru tal-ħin (timestamp) għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fuq il-bażi tal-ħin meta tirċievi u taċċetta l-ordni ta' ħlas. Artikolu 15 Riżerva u mblokkar ta' likwidità 1. Il-parteċipanti jistgħu jirriżervaw jew jimblokkaw likwidità fuq id-DCA tagħhom. Dan ma jikkostitwixxix garanzija ta' ħlas fil-konfront ta' kwalunkwe terza parti. 2. Meta jitlob biex jirriżerva jew jimblokka ammont ta' likwidità, parteċipant jagħti struzzjoni lil [daħħal isem il-BĊ] biex inaqqas il-likwidità disponibbli b'dan l-ammont. 3. Talba ta' riżerva hija struzzjoni li biha, jekk il-likwidità disponibbli hija daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rriżervat, tiġi pproċessata r-riżerva. Jekk il-likwidità disponibbli tkun iktar baxxa, tiġi rriżervata u n-nuqqas tista' tagħmel tajjeb għalih il-likwidità li tidħol sakemm l-ammont sħiħ tar-riżerva jkun disponibbli. 4. Talba għall-imblokkar hija struzzjoni li biha, jekk il-likwidità disponibbli hija daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi mblokkat, tiġi pproċessata t-talba għall-imblokkar. Jekk il-likwidità disponibbli tkun iktar baxxa, l-ebda ammont ma jiġi mblokkat u t-talba għall-imblokkar terġa' tintbagħat, sakemm l-ammont sħiħ tat-talba tal-imblokkar jista' jiġi ssodisfatt bil-likwidità disponibbli. 5. Il-parteċipant jista' fi kwalunkwe żmien matul il-jum ta' negozju meta tkun ġiet ipproċessata talba għar-riżerva jew l-imblokkar ta' likwidità, jagħti struzzjonijiet [daħħal isem il-BĊ] biex jitħassru r-riżerva jew l-imblokkar. M'għandux jiġi permess it-tħassir parzjali. 6. It-talbiet kollha għal riżerva jew imblokkar ta' likwidità skont dan l-artikolu għandhom jiskadu fl-aħħar tal-jum ta' negozju. Artikolu 16 Mument ta' dħul, mument ta' irrevokabbiltà 1. Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE], ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil DCA jew ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil PM jitqiesu li ddaħħlu f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] u huma irrevokabbli fil-mument li l-kont DCA tad-detentur tad-DCA rilevanti jiġi ddebitat. Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil DCA huma rregolati mill-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operat ta' Kont ta' Kontanti Dedikat f'TARGET2 applikabbli għal sistema ta' komponent TARGET2 li joriġinaw minnha. 2. Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal id-dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li timplimenta dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE] u għat-tranżazzjonijiet kollha li jitħallsu minn DCAs u li huma suġġetti għat-tqabbil ta' żewġ ordnijiet ta' trasferiment separati, dawn l-ordnijiet ta' trasferiment jitqiesu li ddaħħlu f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] u huma irrevokabbli fil-mument li l-kont DCA tad-detentur tad-DCA rilevanti huwa ddebitat. 3. Ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jinbiddlu bir-regoli ta' hawn taħt ġimagħtejn wara li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE jkun iddetermina li ġie ffirmat ftehim bejn il-BĊ tal-Eurosistema u l-BĊNi Konnessi, minn naħa, u s-CSDs parteċipanti kollha f'T2S fid-data ta' tali ftehim, min-naħa l-oħra, dwar id-dispożizzjoni tal-informazzjoni u r-responsabbiltà
TITOLU V REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ, KWISTJONIJIET TA' KONTINĠENZA U INTERFAĊĊI TAL-UTENT Artikolu 17 Proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza Fil-każ li jseħħ xi każ estern straordinarju jew kull każ ieħor li jaffettwa t-tranżazzjonijiet fuq id-DCAs, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV. Artikolu 18 Rekwiziti tas-sigurtà 1. Id-detenturi ta' DCA għandhom jimplimentaw kontrolli ta' sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Id-detenturi ta' DCA għandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom. 2. Id-detenturi ta' DCA għandhom jinfurmaw lil [daħħal isem il-BĊ] b'kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b'inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta' fornituri terzi. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex id-detenturi ta' DCA jieħu miżuri xierqa biex jevitaw li jerġa' jseħħ inċident ta' dak it-tip. 3. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jimponi obbligi ta' sigurtà addizzjonali fuq id-detenturi ta' DCA kollha u/jew fuq detenturi ta' DCA li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal isem il-BĊ]. Artikolu 19 Interfaċċi tal-utent 1. Id-detentur ta' DCA, jew id-detentur tal-kont PM Ewlieni li jaġixxi f'ismu, għandu juża jew wieħed jew iż-żewġ mezzi li ġejjin biex ikollu aċċess għal dak id-DCA:
2. Konnessjoni diretta mal-Pjattaforma T2S tippermetti lid-detenturi ta' DCA:
3. It-TARGET ICM flimkien mas-servizzi b'valur miżjud ta' TARGET2 għal T2S jippermetti lid-detentur tal-Kont PM Ewlieni:
Iktar dettalji tekniċi dwar it-TARGET ICM jinsabu fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazjonali li jimplimentaw l-Appendiċi I sal-Anness II tal-Linja Gwida]. TITOLU VI KUMPENS, SISTEMA TA' RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA Artikolu 20 Skema ta' kumpens Fil-każ li jibqgħu fondi matul il-lejl fuq DCA minħabba ħsara teknika jew tal-SSP jew tal-Pjattaforma T2S, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu joffri kumpens lill-parteċipanti kkonċernati skont il-proċedura speċjali preskritta fl-Appendiċi II. Artikolu 21 Sistema ta' responsabbiltà 1. Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta' dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] u d-detenturi ta' DCA għandhom jintrabtu b'obbligu ġenerali ta' diliġenza raġonevoli fil-konfront ta' xulxin. 2. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn id-detenturi ta' DCA tiegħu f'każijiet ta' frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mill-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta' negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta' [daħħal isem il-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tad-detentur ta' DCA, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni inkwistjoni u/jew it-telf tal-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti. 3. Il-[daħħal isem il-BĊ] ma huwa responsabbli għal ebda telf li jirriżulta minn ħsara jew nuqqas fl-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux limitata għall-infrastruttura, il-programmi, id-dejta, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks tal-kompjuter ta' [daħħal isem il-BĊ]), jekk din il-ħsara jew in-nuqqas li jiġru minkejja l-fatt li [daħħal isem il-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara jew nuqqas u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta' din il-ħsara jew nuqqas (dawn għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għall-bidu u t-tkomplija tal-proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza msemmija fl-Appendiċi IV). 4. Il-[daħħal isem il-BĊ] m'għandux ikun responsabbli:
5. Minkejja l-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonal li timplimenta d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***)], il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sa fejn ir-responsabbiltà ta' [daħħal isem il-BĊ] tista' tiġi eskluża. 6. Il-[daħħal isem il-BĊ] u d-detenturi ta' DCA għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u l-passi prattiċi biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f'dan l-Artikolu. 7. Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jikkummissjona terzi f'ismu, b'mod partikolari fornituri tat-telekomunikazzjonijiet jew ta' netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta' [daħħal isem il-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta' [daħħal isem il-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla xierqa u l-ikkummissjonar ta' kwalunkwe terzi, u r-responsabbiltà ta' [daħħal isem il-BĊ] għandha tkun limitata b'dan il-mod. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-BĊNi li jipprovdu l-SSP u l-4CBs m'għandhomx jitqiesu bħala terzi. Artikolu 22 Evidenza 1. Sakemm mhux ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha marbutin mal-ħlas u l-ipproċessar tal-ħlas fir-rigward ta' DCAs, bħal konfermi ta' debiti jew krediti, jew messaġġi ta' rendikont, bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u d-detenturi ta' DCA għandhom ikunu disponibbli permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S. 2. Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [daħħal isem il-BĊ] jew mill-fornituri tas-servizz tan-netwerk T2S għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta' [daħħal isem il-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta' evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu. 3. Jekk il-konnessjoni tad-detentur ta' DCA mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S tkun bil-ħsara, id-detentur ta' DCA għandu juża mezz alternattiv ta' trażmissjoni ta' messaġġi miftiehma [daħħal isem il-BĊ]. F'dawn il-każijiet, il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ prodott minn [daħħal isem il-BĊ] għandha, għal finijiet ta' evidenza, titqies daqs li kieku hija verżjoni oriġinali, tkun xi tkun il-forma tagħha. 4. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jżomm reġistri tal-ordnijiet ta' ħlas ippreżentati kompleti u l-ħlasijiet li jkunu rċevew id-detenturi ta' DCA għal perijodu ta' [daħħal il-perijodu meħtieġ mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet ta' ħlas u meta jaslu l-ħlasijiet, iżda dawn ir-reġistri kompleti għandhom ikopru minimu ta' ħames snin għal kull detentur ta' DCA f'TARGET2 li huwa suġġett għall-viġilanza kontinwa bis-saħħa tal-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri, jew għal aktar jekk meħtieġ minn regolamenti speċifiċi. 5. Il-kotba u d-dokumenti ta' [daħħal isem il-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq karta, microfilm, microfiche, b'reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f'kull forma oħra riproduċibbli b'mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza ta' kull obbligu tad-detenturi ta' DCA u ta' kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet. TITOLU VII TERMINAZZJONI U GĦELUQ TA' DCAs Artikolu 23 Kemm idumu u terminazzjoni ordinarja ta' DCAs 1. Bla ħsara għall-Artikolu 24, DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] jinfetaħ għal perijodu indefinit ta' żmien. 2. Detentur ta' DCA jista' jtemm il-parteċipazzjoni DCA tiegħu f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti avviż ta' 14-il jum ta' negozju, sakemm ma jaqbilx ma' perijodu ta' notifika iqsar mal-[daħħal isem il-BĊ]. 3. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jittermina d-DCA ta' detentur ta' DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti notifika ta' tliet xhur, sakemm ma jaqbilx ma' perijodu ta' notifika differenti ma' dak id-detentur ta' DCA. 4. Mat-terminazzjoni tad-DCA, id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 27 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-terminazzjoni. 5. Mat-terminazzjoni tad-DCA, għandu jingħalaq skont l-Artikolu 25. Artikolu 24 Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni 1. Il-parteċipazzjoni ta' detentur ta' DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għandha tkun itterminata minnufih mingħajr preavviż jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta' inadempjenza li ġejjin:
2. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jittermina jew jissospendi l-parteċipazzjoni tad-detentur ta' DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] mingħajr preavviż jekk:
3. Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta' inadempjenza jew tal-każijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (c).
5. Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' detentur ta' DCA, TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] m'għandux jaċċetta ordnijiet ta' ħlas ġodda mingħand dak id-detentur ta' DCA. 6. Jekk detentur ta' DCA jiġi sospiż minn TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], l-ordnijiet ta' ħlas kollha li jidħlu u li joħorġu għandhom jiġu ppreżentati għall-ħlas biss wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad-detentur ta' DCA sospiż. Artikolu 25 Għeluq ta' DCAs 1. Id-detenturi ta' DCA jistgħu jitolbu l-[daħħal isem il-BĊ] biex jagħlaq id-DCAs tagħhom fi kwalunkwe ħin iżda għandhom jagħtu l-[daħħal isem il-BĊ] avviż ta' 14-il jum ta' negozju dwaru. 2. Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, bis-saħħa jew tal-Artikolu 23 jew 24, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jagħlaq id-DCA tad-detentur tad-DCA kkonċernat, wara li jkun ħallas jew irritorna kull ordni ta' ħlas mhux imħallsa u jkun għamel użu tad-drittijiet tiegħu ta' rahan u tpaċija skont l-Artikolu 26. TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 26 Id-drittijiet ta' rahan u ta' tpaċija tal-[daħħal isem il-BĊ] 1. [Daħħal jekk japplika: Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tad-detentur ta' DCA fuq id-DCAs tiegħu, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talba kurrenti u futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
2. [Daħħal jekk japplika: Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anki jekk it-talbiet tiegħu huma kontinġenti biss jew għadhom mhumiex dovuti.] 3. [Daħħal jekk japplika: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur ta' DCA, b'dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta' rahan favur [daħħal isem il-BĊ], li miegħu dak id-DCA nfetaħ; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta' assi mogħtija b'rahan lil [daħħal isem il-BĊ] imsemmi fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kull ammont imħallas fid-DCA li l-bilanċ tiegħu huwa mogħti b'rahan għandu, bis-sempliċi fatt illi jkun tħallas, jingħata b'rahan irrevokabbli, mingħajr ebda limitazzjoni, bħala titolu ta' kollateral għall-adempjiment sħiħ tal-obbligi titolizzati.] 4. Malli jseħħ:
l-obbligi kollha tad-detentur ta' DCA għandhom ikunu awtomatikament u immedjatament aċċellerati, mingħajr preavviż u mingħajr il-bżonn għal approvazzjoni minn qabel ta' kwalunkwe awtorità, biex ikun immedjatament dovut. Barra minn dan, l-obbligi reċiproki tad-detentur ta' DCA u l-[daħħal isem il-BĊ] għandhom jiġu paċuti awtomatikament ma' xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ammont li huwa ogħla għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra. 5. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu minnufih javża lid-detentur ta' DCA b'kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija. 6. Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jiddebita mingħajr preavviż id-DCA ta' kwalunkwe detentur ta' DCA bl-ammont li d-detentur ta' DCA għandu jagħti lil [daħħal isem il-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn id-detentur ta' DCA u l-[daħħal isem il-BĊ]. Artikolu 27 Kunfidenzjalità 1. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew sigrieta, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni lid-detentur ta' DCA jew lill-klijenti tad-detentur ta' DCA, sakemm id-detentur ta' DCA jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permezz jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrigwarda l-isem tal-pajjiż]. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-detentur ta' DCA jaqbel li l-[daħħal isem il-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni dwar ordni ta' ħlas, teknika jew organizzattiva li tirrigwarda d-detentur ta' DCA, DCAs oħrajn miżmumin minn detenturi ta' DCA tal-istess grupp, jew klijenti ta' detentur ta' DCA miksubin matul l-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] lill-BĊi oħrajn jew lil terzi persuni li huma involuti fl-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], sal-punt illi dan huwa neċessarju għall-funzjonament effiċjenti ta' TARGET2, jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tad-detentur ta' DCA jew tal-grupp tiegħu, jew lil awtoritajiet superviżorji jew ta' sorveljanza ta' Stati Membri u tal-Unjoni sal-punt illi dan ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm f'dawn il-każijiet kollha l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli. Il-[daħħal isem il-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar. 3. B'deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati d-detentur ta' DCA jew il-klijenti tad-detentur ta' DCA, il-[daħħal isem il-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lid-detentur ta' DCA jew lill-klijenti tad-detentur ta' DCA għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni. 4. Informazzjoni li tirrigwarda l-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] li għalih kellhom aċċess id-detenturi ta' DCA, tista' tintuża biss għall-finijiet stabbiliti f'dawn il-Kundizzjonijiet. Id-detenturi ta' DCA għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal isem il-BĊ] ma jkunx ta espliċitament l-kunsens tiegħu bil-miktub għall-iżvelar. Id-detenturi ta' DCA għandhom jiżguraw illi kwalunkwe terzi persuni li lilhom huma jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissubkuntrattaw kompiti li għandhom jew li jista' jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma marbutin bir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità f'dan l-Artikolu. 5. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex jagħmel ħlas ta' ordnijiet ta' ħlas, li jipproċessa u jittrasferixxi d-dejta neċessarja lill-fornitur tas-servizz ta' netwerk T2S. Artikolu 28 Protezzjoni ta' dejta, prevenzjoni kontra ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati 1. Id-detenturi ta' DCA għandhom jitqiesu li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma', l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma' leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi għall-konsenja ta' armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta' miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ordni ta' ħlas iddebitata minn jew ikkreditata fil-kontijiet DCA tagħhom. Qabel ma jidħlu f'relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S, id-detenturi ta' DCA għandhom ikunu familjari mal-politika dwar il-ġbir tad-dejta. 2. Id-detenturi ta' DCA għandhom jitqiesu li awtorizzaw lil [daħħal isem il-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni li tirrigwardahom mingħand xi awtorità finanzjarja jew superviżorja jew entità tan-negozju, kemm nazzjonali kif ukoll barranija, jekk din l-informazzjoni tkun neċessarja għall-parteċipazzjoni tal-detenturi ta' DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. 3. Id-detenturi ta' DCA, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti bis-saħħa tal-Artikoli 75 jew 215 tat-Trattat li għalihom huma suġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew il-kisba tal-kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet. Barra minn dan:
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kliem ‘fornitur ta' servizz ta' ħlas’, ‘min iħallas’ u ‘min jitħallas’ għandu jkollhom it-tifsir li jingħatalhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli. Artikolu 29 Avviżi 1. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtieġa jew permessi skont dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faks jew altrimenti bil-miktub jew b'messaġġ awtentikat permezz ta' fo0rnitur tas-servizz tan-netwerk T2S. Avviżi lil [daħħal isem il-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[daħħal d-dipartiment għas-servizzi ta' ħlas jew it-taqsima relevanti tal-BĊ] ta' [daħħal isem il-BĊ], [inkludi l-indirizz rilevanti tal-BĊ] jew lil [daħħal l-indirizz BIC tal-BĊ]. Avviżi lid-detentur ta' DCA għandhom jintbagħtulu fl-indirizz, numru ta' faks jew indirizz BIC tiegħu li d-detentur ta' DCA jista' minn żmien għal żmien jinnotifika lil [daħħal isem il-BĊ]. 2. Sabiex jiġi ppruvat li jkun intbagħat avviż, għandu jkun biżżejjed li jiġi ppruvat illi l-avviż ġie kkonsenjat lill-indirizz relevanti jew li l-envelopp li kien fih dan l-avviż kien indirizzat u mibgħut bil-posta kif suppost. 3. L-avviżi kollha għandhom jingħataw bi [daħħal l-ilsien nazzjonali relevanti u/jew ‘l-Ingliż’]. 4. Id-detenturi ta' DCA għandhom ikunu marbutin mal-formoli u d-dokumenti kollha tal-[daħħal isem il-BĊ] li d-detenturi ta' DCA jkunu mlew u/jew iffirmaw, inkluż, iżda mhux limitati għal, formoli għall-ġbir ta' dejta statika, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), u informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 10(5), li ġew ippreżentati b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 u li l-[daħħal isem il-BĊ] raġonevolment jemmen li waslu mingħand id-detenturi ta' DCA, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom. Artikolu 30 Relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S 1. Kull detentur ta' DCA jista' jidhol fi ftehim separat ma' fornitur tas-servizz tan-netwerk fir-rigward tas-servizzi li għandhom jingħataw fir-rigward tal-użu mid-detentur ta' DCA tad-DCA. Ir-relazzjoni legali bejn detentur ta' DCA u fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S għandha tkun irregolata esklussivament bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim separat tagħhom. 2. Is-servizzi li għandu jipprovdi fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S m'għandhomx jagħmlu parti mis-servizzi li għandhom jitwettqu minn [daħħal isem il-BĊ] fir-rigward ta' TARGET2. 3. Il-[daħħal isem il-BĊ] m'għandu jkun responsabbli għal ebda att, żball jew ommissjoni tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S (inklużi d-diretturi, il-persunal u s-subkuntratturi tiegħu), jew għal ebda att, żball jew ommissjoni minn terzi magħżula minn detenturi ta' DCA biex ikollhom aċċess għan-netwerk ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S. Artikolu 31 Proċedura ta' emenda Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' f'kull żmien jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom. L-emendi ta' dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom, għandhom jitħabbru permezz ta' [daħħal il-mezzi rilevanti ta' tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm id-detentur ta' DCA ma joġġezzjonax b'mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b'dawn l-emendi. Fil-każ li detentur ta' DCA joġġezzjona għall-emenda, il-[daħħal isem il-BĊ] huwa intitolat li immedjatament jittermina u jagħlaq dak id-DCA tad-detentur ta' DCA fit TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. Artikolu 32 Drittijiet ta' terzi 1. Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mid-detenturi ta' DCA lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta' [daħħal isem il-BĊ]. 2. Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqux drittijiet u obbligi lejn ebda entità ħlief il-[daħħal isem il-BĊ] u detenturi ta' DCA f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. Artikolu 33 Liġi applikabbli, ġurisdizzjoni u post ta' twettiq 1. Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u d-detenturi ta' DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż]. 2. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta' [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ]. 3. Il-post tat-twettiq fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u d-detenturi ta' DCA għandu jkun [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ]. Artikolu 34 Separabbiltà Jekk xi dispożizzjoni f'dawn il-Kundizzjonijiet hija jew issir invalida, dan m'għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' dawn il-Kundizzjonijiet. Artikolu 35 Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti 1. Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti]. 2. [Daħħal jekk xieraq taħt il-liġi nazzjonali rilevanti: B'talba għal DCA f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], l-entitajiet li japplikaw jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fil-konfront ta' [daħħal isem il-BĊ].] Appendiċi 1 PARAMETRI TAL-KONTIJIET TA' KONTANTI DEDIKATI — SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI Flimkien mal-Kundizzjonijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-interazzjoni mal-Pjattaforma T2S: 1. Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-netwerk u l-formati.
2. Tipi ta' messaġġi It-tipi ta' messaġġi li ġejjin huma pproċessati, bla ħsara għas-sottoskrizzjoni:
3. Verifika ta' entrata doppja
4. Kodiċijiet tal-iżbalji Jekk ordni ta' trasferiment ta' likwidità tiġi rrifjutata għal raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-oqsma fil-parafrafu 3(2), id-detentur ta' DCA għandu jirċievi messaġġ dwar l-istatus [camt.025], kif deskritt fil-Kapitolu 4.1 tat-T2S UDFS. 5. Attivazzjonijiet tal-ħlas
6. Ħlas ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ma humiex rriċiklati, imqiegħda fi kju jew paċuti. L-istatus differenti għal ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità huma deskritti fil-Kapitolu 1.6.4 tat-T2S UDFS. 7. Użu tal-modalità U2 A u A2 A
8. Dokumentazzjoni rilevanti Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta' hawn fuq jinsabu f'T2S UDFS u fil-Manwal għall-Utent T2S, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE bl-Ingliż. Appendiċi II SKEMA TA' KUMPENS TARGET2 FIR-RIGWARD TAL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TAD-DCA 1. Prinċipji ġenerali
2. Kundizzjonijiet għal offerti ta' kumpens
3. Kalkolu ta' kumpens
4. Regoli proċedurali:
Appendiċi III TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ U DAWK NAZZJONALI TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ GĦAL DETENTURI TA' DCA TA' TARGET2 [Daħħal isem il-BĊ] [indirizz] (a) l-isem tal-manifattur; Post Data Għażiż Sinjur jew Sinjura, Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [interni jew esterni] ta' [speċifika l-isem tad-detentur ta' DCA jew fergħa ta' detentur ta' DCA] fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [iil-ġurisdizzjoni fejn id-detentur ta' DCA huwa stabbilit; minn issa 'l quddiem il-‘ġurisdizzjoni’] inkonnessjoni mal-parteċipazzjoni ta' [speċifika l-isem tad-detentur ta' DCA] (iktar 'il quddiem id-‘detentur ta' DCA’) f'[isem is-sistema komponent ta' TARGET2] (iktar 'il quddiem is-‘Sistema’). Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' ebda ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward m'aħna qegħdin la nesprimu u lanqas infissru ebda opinjoni. Kull stqarrija u opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], kemm jekk id-detentur ta' DCA jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu kif ukoll jekk minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni] jewinkella le, meta jibgħat ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità u jirċievi trasferimenti ta' likwidità. I. DOKUMENTI EŻAMINATI Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna:
u d-dokumenti l-oħra kollha dwar il-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa jew xierqa tad-detentur ta' DCA għall-għoti ta' din l-Opinjoni (iktar 'il quddiem id-‘Dokumenti tad-detentur ta' DCA’). Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna wkoll:
Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu iktar 'il quddiem bħala d-‘Dokumenti tas-Sistema’ (u kollettivament flimkien mad-Dokumenti tad-detentur ta' DCA d-‘Dokumenti’). II. ASSUNZJONIJIET Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:
III. OPINJONIJIET DWAR ID-DETENTUR TA' DCA
Din l-Opinjoni tingħata fid-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [detentur ta' DCA]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u[l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]]. Dejjem tiegħek, [firma] TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET NAZZJONALI GĦAL DETENTURI TA' DCA TA' TARGET2 MHUX FIŻ-ŻEE [Daħħal isem il-BĊ] [indirizz] [isem tas-sistema] [post] Data Għażiż Sinjur jew Sinjura, Bħala l-konsulenti legali [esterni] ta' [speċifika l-isem tad-detentur ta' DCA jew il-fergħa ta' detentur ta' DCA] (id-‘detentur ta' DCA’) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni li fiha huwa stabbilit d-detentur ta' DCA; iktar 'il quddiem il-‘ġurisdizzjoni’] ġejna mitluba biex nagħtu din l-Opinjoni skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni tad-detentur ta' DCA f'sistema li hija komponent ta' TARGET2 (iktar 'il quddiem is-‘Sistema’). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti kollha applikabbli ta' [ġurisdizzjoni]. Qed nesprimu hawnhekk opinjoni skont il-liġi ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari għad-detentur ta' DCA stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jqumu mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif stabbilit fid-Dokumenti tas-Sistema ddefiniti hawn isfel. Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' ebda ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward la qegħdin nesprimu u lanqas infissru opinjoni. Assumejna li fil-liġijiet ta' ġurisdizzjoni oħra m'hemm xejn li jaffettwa din l-Opinjoni. 1. DOKUMENTI EŻAMINATI Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:
Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu iktar 'il quddiem ‘Dokumenti tas-Sistema’. 2. ASSUNZJONIJIET Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:
3. OPINJONI Fuq il-bażi ta' u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f'kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li: 3.1. Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [sa fejn japplikaw] Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta' [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma' u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tad-detentur ta' DCA li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż]. 3.2. Kwistjonijiet ġenerali ta' insolvenza 3.2.a. Tipi ta' proċeduri ta' insolvenza L-uniċi tipi ta' proċeduri ta' insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċeduri kollha fir-rigward tal-assi tad-detentur ta' DCA jew kull fergħa li jista' jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom id-detentur ta' DCA jista' jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċeduri fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-‘Proċeduri ta' Insolvenza’). Minbarra l-Proċeduri ta' Insolvenza, id-detentur ta' DCA, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista' jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċedura ieħor applikabbli, li b'riżultat tagħhom, ħlasijiet lil u/jew mid-detentur ta' DCA jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta' dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu imposti limitazzjonijiet, jew proċeduri simili fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (iktar 'il quddiem imsejħa kollettivament bħala l-‘Proċeduri’). 3.2.b. Trattati ta' insolvenza [ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, hija/huma parti fit-trattati ta' insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika, li għandhom jew jista' jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni]. 3.3. Eżegwibbiltà ta' Dokumenti tas-Sistema Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu u eżegwibbli skont il-kundizzjonijiet tagħhom taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward tad-detentur ta' DCA. B'mod partikolari aħna tal-opinjoni li: 3.3.a. Proċessar ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas [lista tal-artikoli] tar-Regoli huma validi u eżegwibbli. B'mod partikolari, l-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità kollha pproċessati bis-saħħa ta' dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità jsiru eżegwibbli u irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. 3.3.b. L-awtorità ta' [daħħal isem il-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu Il-bidu ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward ta' detentur ta' DCA ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta' [daħħal isem il-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [sa fejn japplika] li: l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta' kull entità oħra li tipprovdi lid-detenturi ta' DCA b'servizzi meħtieġa direttament u neċessarjament biex jipparteċipaw fis-Sistema, eż. fornituri tas-servizz tan-netwerk]. 3.3.c. Rimedji fil-każ ta' inadempjenza [Meta japplika fir-rigward tad-detentur ta' DCA, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta' talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta' talbiet minħabba l-użu tad-depożiti ta' detentur ta' DCA, l-eżekuzzjoni ta' xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta' parteċipazzjoni, it-talbiet għal imgħax għal inadempjenza, u t-tmiem ta' ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawsoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. 3.3.d. Sospensjoni u terminazzjoni Meta japplika fir-rigward tad-detentur ta' DCA, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tad-detentur ta' DCA fis-Sistema dwar il-bidu ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri jew każijiet oħra ta' inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk id-detentur ta' DCA jirrappreżenta xi tip ta' riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. 3.3.e. Ċessjoni ta' drittijiet u obbligi Id-drittijiet u l-obbligi ta' detentur ta' DCA ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mid-detentur ta' DCA lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta' [daħħal isem il-BĊ]. 3.3.f. Għażla tal-liġi regolatorja u ġurisdizzjoni Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli, u b'mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, ir-riżoluzzjoni ta' xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. 3.4. Preferenzi annullabbli Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li jirriżulta mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta' kull Proċedura ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward tad-detentur ta' DCA ma jista' jitwarrab f'dawn il-proċeduri bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi ta' [ġurisdizzjoni]. B'mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta' kull ordni ta' trasferiment mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B'mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-eżegwibbiltà u l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta' ħlas huma validi u eżegwibbli, u li ordni ta' trasferiment mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli ma tista' titwarrab fl-ebda Proċedura ta' Insolvenza jew Proċeduri bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni]. 3.5. Sekwestru Jekk xi kreditur ta' detentur ta' DCA jitlob ordni ta' sekwestru (inkluża kull ordni ta' ffriżar, ordni ta' qbid, jew kull proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri ta' detentur ta' DCA) — minn issa 'il quddiem imsejħa bħala ‘Sekwestru’ — skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni]. 3.6. Kollateral [jekk japplika] 3.6.a. Ċessjoni ta' drittijiet jew depożitu ta' assi għall-finijiet ta' kollateral, rahan u/jew repo Ċessjonijiet għall-finijiet ta' kollateral huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. B'mod speċifiku, il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta' rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. 3.6.b. Prijorità tal-interess ta' ċessjonarji, ta' detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos fuq dak ta' kredituri oħra, Fil-każ ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward ta' detentur ta' DCA, id-drittijet jew l-assi mogħtija b'ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, jew mirhuna mid-detentur ta' DCA favur ta' [daħħal isem il-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, tingħatalhom prijorità ta' ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha tad-detentur ta' DCA u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti. 3.6.c. Eżekuzzjoni ta' titolu Anki fil-każ ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward tad-detentur ta' DCA, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos skont kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jeżegwixxu u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tal-detentur ta' DCA permezz tal-azzjoni ta' [daħħal isem il-BĊ] skont ir-Regoli. 3.6.d. Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni. M'hemm l-ebda rekwiżiti għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta' kollateral ta', jew il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta' rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tad-detentur ta' DCA, u mhuwiex neċessarju għal [ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, rahan jew repo, skont kif japplika,] jew kull dettall ta' dan [ċessjoni, rahan, jew repo, skont kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati fi kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni]. III.7 Friegħi [sa fejn japplika] 3.7.a. L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-friegħi Kull dikjarazzjoni u opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tad-detentur ta' DCA tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] f'sitwazzjonijiet fejn id-detentur ta' DCA jaġixxi permezz ta' waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni]. 3.7.b. Konformità mal-liġi La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew li jiġu rċevuti l-ordnijiet ta' ħlas minn fergħa tad-detentur ta' DCA ma jiksru b'ebda mod il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]; 3.7.c Awtorizzazzjonijiet meħtieġa La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta' ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' detentur ta' DCA ma jkunu jeħtieġu xi awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, tranżunzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet oħra ta' jew ma' kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni]. Din l-Opinjoni qed tingħata fid-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [detentur ta' DCA]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]]. Dejjem tiegħek, [firma] Appendiċi IV PROĊEDURI GĦALL-KONTINWITÀ TAS-SERVIZZ U TA' KONTINĠENZA 1. Dispożizzjonijiet ġenerali
2. Miżuri ta' kontinwità tas-servizz
3. Komunikazzjoni dwar inċident
4. Rijallokazzjoni tal-operazzjoni tal-SSP u/jew il-Pjattaforma T2S għal sit alternattiv
5. Bidla fis-sigħat tax-xogħol
6. Nuqqasijiet marbutin mad-detenturi ta' DCA
7. Dispożizzjonijiet oħrajn
Appendiċi V SKEDA OPERATTIVA
Appendiċi VI SKEDA TAT-TARIFFI Tariffi għal servizzi T2S It = tariffi li ġejjin għal servizzi T2S konnessi ma' DCAs għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-kont PM Ewlieni:
|
32. |
fl-Anness III qed jiġu ssostitwiti d-definizzjoni li ġejjin:
|
33. |
fl-Anness III, il-paragrafi 1 sa 3 u n-nota ta' qiegħ il-paġna fil-paragrafu 3(d) huma mibdula b'dan li ġej:
(****) Linji Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-Implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60)." (*****) Il-politika attwali tal-Eurosistema għal-lokazzjoni tal-infrastruttura hija stipulata fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li lkoll huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar ta' kontroparti ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-lokazzjoni u l-operat ta' infrastrutturi li jsaldaw fi tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-lokazzjoni u l-operat ta' infrastrutturi li jsaldaw fi tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-qafas tal-politika ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, soġġett għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.”" |
34. |
fl-Anness III, il-paragrafi 4 u 9 huma mibdula b'dan li ġej:
|
35. |
jiddaħħal l-Anness IIIa li ġej: “ANNESS IIIa KUNDIZZJONIJIET GĦAL OPERAZZJONIJIET TA' AWTOKOLLATERALIZZAZZJONI Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan l-Anness:
Entitajiet eliġibbli
Kollateral eliġibbli
Proċedura ta' għoti ta' kreditu u rkupru
Sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta' faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni
Dispożizzjoni tranżitorja
(******) http://www.ecb.int/paym/coll/coll/ssslinks/html/index.en.html”" |
36. |
fl-Anness IV, il-punt (b) tal-paragrafu 18(1) jinbidel b'dan li ġej:
|
37. |
fl-Anness V, it-titolu jinbidel b'dan li ġej: “KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI MODIFIKATI U SUPPLIMENTARI GĦALL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TA' KONT PM FIT-TARGET2 BL-UŻU TA' AĊĊESS BL-Internet”; |
38. |
fl-Anness V, l-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “1. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2. Għall-finijiet ta' dan l-Anness id-definizzjoni ta' ‘ordni ta' ħlas’ hija emendata kif ġej:
|
39. |
fl-Anness V, il-paragrafi 2 u 9 tal-Artikolu 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
|
40. |
fl-Appendiċi IIA tal-Anness V, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-22 ta' Ġunju 2015. Għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi li jirrigwardaw dawk il-miżuri sa mhux iktar tard mis-6 ta' Mejju 2015.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' April 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta' April 2007 dwar Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1).
(2) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(3) Linja Gwida BĊE/2010/2 tal-21 ta' April 2010 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 65).
(4) Linja Gwida BĊE/2012/13 tal-18 ta' Lulju 2012 dwar it-TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).