This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22015D0001(01)
Decision No 1/2015 of the CARIFORUM-EU Special Committee on Customs Cooperation and Trade Facilitation of 10 March 2015 on a derogation from the rules of origin laid down in Protocol I to the Economic Partnership Agreement between the CARIFORUM States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, to take account of the special situation of the Dominican Republic with regard to certain textiles products [2015/600]
Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Speċjali UE-Cariforum dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal- 10 ta' Marzu 2015 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2015/600]
Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Speċjali UE-Cariforum dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal- 10 ta' Marzu 2015 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2015/600]
ĠU L 99, 16.4.2015, p. 34–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/34 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT SPEĊJALI UE-CARIFORUM DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI U L-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ
tal-10 ta' Marzu 2015
dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2015/600]
IL-KUMITAT SPEĊJALI DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI U L-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tal-Protokoll I tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM”) japplika b'mod provviżorju mid-29 ta' Diċembru 2008 bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u Antigua u Barbuda, il-Bahamas, Barbados, il-Belize, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, Grenada, il-Guyana, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u 1-Grenadini, is-Suriname, Trinidad u Tobago. |
(2) |
Il-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, fih ir-regoli ta' oriġini għall-importazzjoni fl-UE ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-CARIFORUM. |
(3) |
Skont l-Artikolu 39(2) tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, jistgħu jingħataw derogi minn dawk ir-regoli ta' oriġini meta l-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda fl-Istati tal-CARIFORUM jiġġustifikaw l-adozzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-Artikolu 39(6)(b) ta' dak il-Protokoll jgħid li l-eżami ta' talbiet għal derogi għandu jqis b'mod partikulari dawk il-każijiet fejn l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini eżistenti taffettwa b'mod sinifikanti l-kapaċità tal-industrija eżistenti fi Stat jew Stati tal-CARIFORUM li tissokta bl-esportazzjoni tagħha lejn l-UE, b'referenza partikolari għall-każijiet meta dan ikun jista' jwassal għall-waqfien tal-attivitajiet tagħha. |
(4) |
Fl-14 ta' Lulju 2014 il-President tal-Kumitat Speċjali tal-UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni Kummerċjali rċieva talba mir-Repubblika Dominicana għal deroga biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili. Fit-8 ta' Ottubru u fit-3 ta' Novembru 2014 il-President irċieva informazzjoni addizzjonali, wara t-talbiet tiegħu tat-18 ta' Lulju u tat-28 ta' Ottubru 2014. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 13 tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, il-kundizzjonijiet għall-akkwist ta' status ta' oriġini stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll I għandhom jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni fl-Istati tal-CARIFORUM jew tal-UE. Il-Haiti ffirma iżda la rratifika u lanqas qed japplika l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika b'mod provviżorju, u għaldaqstant mhuwiex ikkunsidrat bħala Stat tal-CARIFORUM fi ħdan il-qafas tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll I il-ħasil, il-mogħdija jew l-ippressar tat-tessuti, it-twaħħil jew l-istampar ta' marki, tikketti u logos, is-sempliċi tqegħid fil-boroż, reċipjenti jew kaxxi jew il-kombinament ta' tnejn jew aktar minn dawn l-operazzjonijiet, jitqiesu bħala xogħol jew ipproċessar li mhumiex biżżejjed biex jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Għalhekk għandha tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 13(1) tal-Protokoll li tikkonferixxi l-oriġini fuq il-prodott finali esportat mir-Repubblika Dominicana lejn l-UE. |
(6) |
Ir-Repubblika Dominicana talbet deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM fir-rigward ta' prodotti tessili bil-kodiċijiet HS 6203.42, 6107.11 u 6109.10, importati fl-UE mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2016 skont l-Artikolu 39(2) ta' dak il-Protokoll. It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-industrija tinsab f'sitwazzjoni diffiċli minħabba li x-xogħol u l-ipproċessar imwettaq fil-pajjiż ġar tal-Haiti qed jaffettwa l-konformità mar-regoli ta' oriġini stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM. Jekk ir-Repubblika Dominicana ma tistax tibqa' tinqeda mill-Haiti bħala sors għall-forniment tal-esportazzjonijiet kontinwi lejn l-UE, l-industrija tat-tessuti eżistenti fir-Repubblika Dominicana tiġi affettwata b'mod sinifikanti. Id-deroga tikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-produzzjoni u tal-iżvilupp tal-industrija u l-preservazzjoni tal-impjiegi fir-Repubblika Dominicana kif ukoll fil-Haiti. |
(7) |
Id-deroga ma għandhiex tingħata għal qliezet ta' taħt bil-kodiċi HS 6107.11. Dawn il-prodotti jintisġu u jinqatgħu fir-Repubblika Dominicana u, mbagħad jinħietu, jitlestew u jiġu ppakkjati fil-Haiti. Dawn il-prodotti jiġu ttrasportati direttament mill-Haiti lejn l-UE filwaqt li jagħmlu tranżitu mit-territorju tar-Repubblika Dominicana mingħajr ma jsir ipproċessar ieħor f'dan il-pajjiż. Għaldaqstant, il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM ma japplikax għax il-prodotti mhumiex maħduma jew ipproċessati biżżejjed fir-Repubblika Dominicana biex jiksbu l-istatus ta' prodotti oriġinarji. |
(8) |
It-talba tkopri l-perjodu minn Jannar 2012 sa Diċembru 2016. Qed tintalab l-applikazzjoni retroattiva mill-2012. Madankollu, ir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM kellhom jiġu applikati b'mod korrett sakemm tingħata deroga. Għaldaqstant għandha tingħata deroga għar-regoli b'effett mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ biex tingħata d-deroga. Fid-dawl tal-istatus preżenti tal-Haiti fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM, id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta' sentejn, sabiex tippermetti lir-Repubblika Dominicana tħejji ruħha għall-konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini u biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà għall-operaturi. |
(9) |
Id-deroga qed tintalab għal kwantità annwali antiċipata ta' esportazzjonijiet lejn l-UE ta' 407 452 biċċa ta' qliezet tad-denim bil-kodiċi HS 6203.42. Abbażi tad-dejta statistika għall-perjodu mill-2009 sal-2013, il-medja tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' qliezet tad-denim mir-Repubblika Dominicana kienet tammonta għal madwar 63 000 qalziet tad-denim, fis-sena. Fl-2012, l-importazzjonijiet żdiedu b'mod konsiderevoli għal madwar 250 000 biċċa. Fl-2013, l-importazzjonijiet naqsu għal madwar 40 000 biċċa. Il-kwota tad-deroga għandha għaldaqstant tiġi stabbilita fl-ogħla livell ta' importazzjonijiet mir-Repubblika Dominicana, li ġie osservat fl-2012, b'żieda ta' tolleranza ta' 20 %. |
(10) |
Il-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għandu jagħti deroga għal 300 000 qalziet tad-denim bil-kodiċi HS ex ex 6203.42 (kodiċi NM 6203 42 31) u 54 054 t-shirt bil-kodiċi HS NM ex ex 6109.10 (kodiċi NM ex 6109 10 00) impurtati fl-Unjoni għal perjodu ta' sentejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-kwoti tariffarji li sseħħ b'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tar-Repubblika Dominicana, l-awtoritajiet doganali tal-UE u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b'din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Sabiex ikun possibbli li ssir sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tar-Repubblika Dominicana għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni b'mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 li jkunu nħarġu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Permezz ta' deroga mill-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika u skont l-Artikolu 39(2) ta' dak il-Protokoll, il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala oriġinarji mir-Repubblika Dominicana skont it-termini stipulati fl-Artikoli minn 2 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni:
(a) |
qliezet tad-denim bil-kodiċi HS ex ex 6203.42 (il-kodiċi NM 6203 42 31) manifatturati minn tessut li ma joriġinax mill-kodiċi HS 5209.42, 5513.12 u 5513.19 (il-kodiċi NM 5209 42 00, 5513 12 00 u 5513 19 00) u maqtugħin fir-Repubblika Dominicana, meħjutin barra mit-territorju tal-Istati tal-CARIFORUM u mbagħad maħsula, mgħoddija jew ippressati u ppakkjati fir-Repubblika Dominicana; |
(b) |
t-shirts tal-qoton bil-kodiċi HS ex ex 6109.10 (il-kodiċi NM ex 6109 10 00) immanifatturati minn ħajt li ma joriġinax mill-kodiċi HS 5205.23 (il-kodiċi NM 5205 23 00) minsuġin, miżbugħa, lesti u maqtugħin fir-Repubblika Dominicana, meħjutin barra mit-territorju tal-Istati tal-CARIFORUM u mbagħad stampati u ppakkjati fir-Repubblika Dominicana. |
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-ħasil, il-mogħdija jew l-ippressar tat-tessuti, it-twaħħil jew l-istampar ta' marki, tikketti u logos, l-operazzjonijiet ta' imballaġġar sempliċi jew il-kombinament ta' tnejn jew aktar minn dawn l-operazzjonijiet imwettqa fl-Istati tal-CARIFORUM għandhom jitqiesu bħala xogħol jew ipproċessar biżżejjed biex jingħata l-istatus oriġinarju.
Artikolu 2
Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika fuq bażi annwali għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li huma ddikjarati għar-rilaxx u għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE mir-Repubblika Dominicana matul il-perjodu bejn l-10 ta' Marzu 2015 u d-9 ta' Marzu 2017.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Dominicana għandhom jagħmlu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjoniet tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1.
Qabel tmiem ix-xahar ta' wara kull kwart tas-sena, l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Dominicana għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numru tal-ordni ta' dawk iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Il-Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:
— |
“Derogation — Decision No 1/2015 of the CARIFORUM-EU Special Committee on Customs Cooperation and Trade facilitation of 10 March 2015” |
— |
“Dérogation — Décision no 1/2015 du Comité spécial de coopération douanière et de facilitation des échanges CARIFORUM-UE du 10 mars 2015” |
— |
“Excepción — Decisión no 1/2015 del Comité Especial CARIFORUM-UE de Cooperación Aduanera y Facilitación del Comercio del 10 de marzo 2015” |
Artikolu 6
Jekk l-UE tiskopri, abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, każijiet ta' irregolaritajiet jew frodi jew ta' nuqqas ta' rispett lejn l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, l-UE tista' titlob sospensjoni temporanja tad-deroga li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Marzu 2015.
Magħmul f'Georgetown u Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.
Jameel Ahamad BAKSH
Rappreżentant tal-CARIFORUM
f'isem l-Istati tal-CARIFORUM
Jean-Michel GRAVE
Il-Kummissjoni Ewropea
f'isem il-Parti tal-UE
(1) ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi HS |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu |
Kwantitajiet (f'biċċiet) |
09.1950 |
ex ex 6203.42 |
6203 42 31 |
Qliezet u qliezet qosra tal-irġiel u tas-subien, tad-denim |
10.3.2015 — 9.3.2016 |
300 000 |
10.3.2016 — 9.3.2017 |
300 000 |
||||
09.1951 |
ex ex 6109.10 |
ex 6109 10 00 |
T-shirts, minsuġa bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton |
10.3.2015 — 9.3.2016 |
54 054 |
10.3.2016 — 9.3.2017 |
54 054 |