Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0595

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/595 tal- 15 ta' April 2015 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2016, l-2017 u l-2018 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 99, 16.4.2015, p. 7–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016; Imħassar b' 32016R0662

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/595/oj

    16.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 99/7


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/595

    tal-15 ta' April 2015

    dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2016, l-2017 u l-2018 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla b'konformità ma' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 (3).

    (2)

    Hemm bejn 30 u 40 oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel għandhom jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

    (3)

    Fuq il-bażi ta' distribuzzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-analiżi ta' 654 kampjun tippermetti, b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, id-detezzjoni ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom livelli ta' residwi ogħla minn dak il-limitu (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

    (4)

    Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni preċedenti tqiesu biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

    (5)

    Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżijiet tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni (5).

    (6)

    Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw minn proċessi ta' degradazzjoni jew ta' reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali.

    (7)

    L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6), (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li huma relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri.

    (8)

    Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8), li tinkorpora l-metodi tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

    (9)

    Jenħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (10)

    Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jagħmlu użu mis-servizzi ta' laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa.

    (11)

    L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

    (12)

    Biex jiġi evitat li jkun hemm konfużjoni minħabba koinċidenza bejn programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jittieħdu fl-2015.

    (13)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Matul is-snin 2016, 2017 u 2018, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinamenti ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

    L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.

    Artikolu 2

    1.   Il-lott li minnu għandhom jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b'mod aleatorju.

    Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-għadd ta' unitajiet għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

    2.   Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    3.   Għall-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni jridu jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-limiti massimi ta' residwu (MRLs) stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-31 ta' Awwissu tal-2017, l-2018 u l-2019 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).

    Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.

    Artikolu 4

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2014 huwa mħassar.

    Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jiġu ttestjati fl-2015.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 tat-22 ta' April 2014 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 119, 23.4.2014, p. 44).

    (4)  Codex Alimentarius, Pesticide Residues in Food, Ruma, 1993, ISBN 92-5-103271-8; Vol. 2, p. 372.

    (5)  L-aktar verżjoni riċenti tad-dokument Nru SANCO/12571/2013 http://ec.europa.eu/food/plant/plant_protection_products/guidance_documents/docs/qualcontrol_en.pdf.

    (6)  Deskrizzjoni Standard tal-kampjuni għall-ikel u l-għalf (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).

    (7)  L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA għar-rappurtar ta' dejta dwar il-kontroll marbut mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Journal 2014; 12(1): 3545).

    (8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

    (9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

    (10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).


    ANNESS I

    PARTI A

    Prodotti ta' oriġini mill-pjanti li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2016, fl-2017 u fl-2018

    2016

    2017

    2018

    (c)

    (a)

    (b)

    Tuffieħ (1)

    Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata) (1)

    Brunġiel (1)

    Kaboċċa kkapoċċata (1)

    Karrotti (1)

    Banana (1)

    Kurrat (1)

    Ħjar (1)

    Brokkoli (1)

    Ħass (1)

    Larinġ (1)

    Għeneb għall-ikel (1)

    Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (1)

    Mandolin (1)

    Meraq tal-larinġ

    Ħbub tas-segala (2)

    Lanġas (1)

    Fażola mingħajr miżwed (friska jew iffriżata) (1)

    Frawli (1)

    Patata (1)

    Bżar (ħelu) (1)

    Tadam (1)

    Ħbub tar-ross

    Ħbub tal-qamħ (2)

    Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur ta' inadempjenza ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi ta' pproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport ta' Sinteżi Nazzjonali”).

    Spinaċi (1)

    Żejt taż-żebbuġa verġni. (Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għaż-żejt ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur standard ta' 5 għal sustanzi li jinħallu fix-xaħam, filwaqt li titqies ir-rendita standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ; għal sustanzi li jinħallu f'sustanzi mhux xaħmin, jista' jintuża fattur standard ta' pproċessar għaż-żejt ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi ta' pproċessar użati fir-“Rapport ta' Sinteżi Nazzjonali”).

    PARTI B

    Prodotti mill-annimali li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2016, fl-2017 u fl-2018.

    2016

    2017

    2018

    (e)

    (f)

    (d)

    Ħalib tal-baqar

    Grass tat-tjur

    Butir

    Xaħam tal-majjal

    Fwied (annimali bovini u ruminanti oħra, ħnieżer u tjur)

    Bajd tat-tiġieġ

    PARTI C

    Kombinament ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-pjanti

     

    2016

    2017

    2018

    Kummenti

    2-Fenilfenol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Abamektina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Aċefat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Aċetamiprid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Akrinatrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Aldikarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Aldrina u dieldrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ażinfos-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ażoksistrobina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Bifentrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Bifenil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Bitertanol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Boskalid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Jon tal-bromur

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħass u t-tadam fl-2016 biss; fuq il-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-bżar ħelu fl-2018

    Bromopropilat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Bupirimat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Buprofeżin

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Kaptan

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Karbaril

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Karbendażim u benomil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Karbofuran

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klorantraniliprol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klorfenapir

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klormekwat

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq iz-zunnarija, il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-brunġiel, l-għeneb għall-ikel u l-ħbub tal-qamħ fl-2018

    Klorotalonil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klorprofam

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klorpirifos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klorpirifos-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Klofenteżina

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

    Klotijanidin

    (c)

    (a)

    (b)

    Ara wkoll it-tijametoksam

    Ċiflutrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ċimoksanil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ċipermetrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ċiprokonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ċiprodinil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Deltametrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Diażinon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Diklorvos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Dikloran

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Dikofol

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Dietofenkarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Difenokonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Diflubenżuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Dimetoat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Dimetomorf

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Dinikonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Difenilammina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ditijanon

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ u l-ħawħ fl-2016 biss; fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq l-għeneb għall-ikel fl-2018

    Ditijokarbamati

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati, għajr il-brokkoli, il-kaboċċi kkapoċċat, il-meraq tal-larinġ u ż-żejt taż-żebbuġa

    Dodina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Endosulfan

    (c)

    (a)

    (b)

     

    EPN

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Epoksikonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Etefon

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-ħbub tar-ross fl-2017; fil-meraq tal-larinġ, il-bżar ħelu, il-ħbub tal-qamħ u l-għeneb għall-ikel fl-2018

    Etijon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Etirimol

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Etofenproks

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Famoksadon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenamidon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenamifos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenarimol

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Fenażakin

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Fenbukonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Ossidu tal-fenbutatin

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-lanġas fl-2017; fuq il-brunġiel, il-bżar ħelu u l-għeneb għall-ikel fl-2018

    Feneżammid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenitrotijon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenossikarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenpropatrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenpropidina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenpropimorf

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenpirossimat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fentijon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fenvalerat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fipronil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fludioksonil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Flufenoksuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fluwopiram

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Flukinkonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Flusilażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Flutriafol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Folpet

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Formetanat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fostijażat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Glifosat

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala fl-2016 biss; fuq il-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-ħbub tal-qamħ fl-2018

    Eżakonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Eżitijażoks

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Imażalil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Imidakloprid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Indoksakarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Iprodion

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Iprovalikarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Isokarbofos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Isoprotijolan

     

    (a)

     

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tar-ross fl-2017 biss. Mhux rilevanti għall-komoditajiet li għandhom jiġu analizzati fl-2016 u fl-2018

    Kreżoksim-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Lambda-ċjalotrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Linuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Lufenuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Malatijon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Mandipropammid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Mepanipirim

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Mepikwat

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala u t-tadam fl-2016 biss; fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-ħbub tal-qamħ fl-2018

    Metalassil u metalassil-M

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Metamidofos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Metidatijon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Metijokarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Metomil u tijodikarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Metoksifenożid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Monokrotofos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Miklobutanil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Oksadiksil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Oksamil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Oksidemeton-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Paklobutrażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Paratijon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Paratijon-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Penkonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Penċikuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Pendimetalin

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Permetrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Fosmet

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Pirimikarb

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Pirimifos-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Proċimidon

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Profenofos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Propamokarb

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ, fuq il-kaboċċa kkapoċċata, fuq il-ħass, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016 biss; fuq il-fażola fil-miżwed, fuq iz-zunnarija, fuq il-ħjar, fuq il-larinġ, fuq il-mandolin, fuq il-patata, fuq l-ispinaċi u fuq il-frawli fl-2017; fuq il-brunġiel, fuq il-brokkoli, fuq il-piżelli mingħajr miżwed u fuq il-bżar ħelu fl-2018

    Proparġit

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Propikonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Propiżammid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Pimetrożina

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-kaboċċa kkapoċċata, fuq il-ħass, fuq il-frawli u fuq it-tadam fl-2016 biss; fuq il-ħjar fl-2017; fuq il-brunġiel u fuq il-bżar ħelu fl-2018

    Piraklostrobina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Piridaben

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Pirimetanil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Piriproksifen

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Kinoksifen

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Spinosad

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Spirodiklofen

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Spiromesifen

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Spiroksammina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tau-Fluvalinat

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tebukonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tebufenożid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tebufenpirad

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Teflubenżuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Teflutrina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Terbutilażina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tetrakonażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tetradifon

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Tijabendażol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tijakloprid

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tijametoksam

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tijofanat-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tolklofos-metil

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Tolilfluwanid

    (c)

    (a)

    (b)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

    Triadimefon u triadimenol

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Triażofos

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Trifloksistrobina

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Triflumuron

    (c)

    (a)

    (b)

     

    Vinklożolin

    (c)

    (a)

    (b)

     

    PARTI D

    Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali

     

    2016

    2017

    2018

    Kummenti

    Aldrina u dieldrina

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Bifentrina

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Klordan

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Klorpirifos

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Klorpirifos-metil

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Ċipermetrina

    (e)

    (f)

    (d)

     

    DDT

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Deltametrina

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Diażinon

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Endosulfan

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Famoksadon

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Fenvalerat

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Ettaklor

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Eżaklorobenżen

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Eżaklorċikloeżan (HCH, Isomeru Alfa)

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Eżaklorċikloeżan (HCH, Isomeru Beta)

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Indoksakarb

    (e)

     

    (d)

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-ħalib fl-2016 biss; fil-butir fl-2018

    Lindan

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Metoksiklor

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Paratijon

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Permetrina

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Pirimifos-metil

    (e)

    (f)

    (d)

     

    Spinosad

     

    (f)

     

    Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-fwied fl-2017 biss


    (1)  Għandhom jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati).

    (2)  Jekk l-ebda kampjun suffiċjenti ta' ħbub tas-segala jew tal-qamħ ma jkun disponibbli, jistgħu jiġu analizzati wkoll id-dqiq tas-segala jew tal-qamħ, bil-kundizzjoni li jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għad-dqiq tas-segala jew tal-qamħ ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur standard ta' 1.


    ANNESS II

    L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

    (1)

    L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull komodità u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

    (2)

    Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2016 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

    Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2017 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment għat-trabi.

    Barra mill-kampjuni meħtieġa skont l-istess tabella, fl-2018 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

    (3)

    Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampuni minn komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-komoditajiet f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1.

    (4)

    L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli.

    Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

    (5)

    Għadd ta' kampjuni għal kull Stat Membru:

    Stat Membru

    Kampjuni

     

    Stat Membru

    Kampjuni

    BE

    12 (*)

     

    LU

    12 (*)

    15 (**)

     

    15 (**)

    BG

    12 (*)

     

    HU

    12 (*)

    15 (**)

     

    15 (**)

    CZ

    12 (*)

     

    MT

    12 (*)

    15 (**)

     

    15 (**)

    DK

    12 (*)

     

    NL

    17

    15 (**)

     

     

    DE

    93

     

    AT

    12 (*)

     

     

    15 (**)

    EE

    12 (*)

     

    PL

    45

    15 (**)

     

    EL

    12 (*)

     

    PT

    12 (*)

    15 (**)

     

    15 (**)

    ES

    45

     

    RO

    17

     

     

    FR

    66

     

    SI

    12 (*)

     

     

    15 (**)

    IE

    12 (*)

     

    SK

    12 (*)

    15 (**)

     

    15 (**)

    IT

    65

     

    FI

    12 (*)

     

     

    15 (**)

    CY

    12 (*)

     

    SE

    12 (*)

    15 (**)

     

    15 (**)

    LV

    12 (*)

     

    UK

    66

    15 (**)

     

    LT

    12 (*)

     

    HR

    12( (*))

    15 (**)

     

    15 (**)

    GĦADD MINIMU TOTALI TA' KAMPJUNI: 654


    (*)  L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull metodu ta' analiżi ta' residwu uniku applikat.

    (**)  L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull metodu ta' analiżi ta' residwi multipli applikat.


    Top