This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0397
Council Decision (EU) 2015/397 of 5 March 2015 establishing the position to be adopted on behalf of the European Union in the relevant Committees of the United Nations Economic Commission for Europe as regards the proposals for amendments to UN Regulations Nos 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, on Amendment 2 to UN GTR No 3 with regard to motorcycle braking, and on Amendment 3 to UN GTR No 4 with regard to the Worldwide Heavy-Duty Certification procedure
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/397 tal- 5 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward ta' proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, dwar l-Emenda 2 tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u dwar l-Emenda 3 tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/397 tal- 5 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward ta' proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, dwar l-Emenda 2 tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u dwar l-Emenda 3 tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty
ĠU L 66, 11.3.2015, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/397
tal-5 ta' Marzu 2015
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward ta' proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, dwar l-Emenda 2 tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u dwar l-Emenda 3 tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). |
(3) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwixxiet is-sistemi ta' approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni, li tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn mindu ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU qegħdin jieħdu post il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dejjem aktar fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. |
(4) |
Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti permezz tar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, permezz tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u permezz tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty, jeħtieġu li jiġu adattati. |
(5) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel fl-10 sat-13 ta' Marzu 2015 għandha tkun li tivvota favur l-atti tan-NU elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, għal tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu fuq u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Il-Ftehim tal-1958 Rivedut”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 3 (Apparati ta' retroriflessjoni). |
ECE/TRANS/WP.29/2015/14 |
Proposta għas-Suppliment 24 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u x-xifer aħħari). |
ECE/TRANS/WP.29/2015/15 |
Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 11 ta' emendi tar-Regolament Nru 13 (Ibbrejkjar ta' vetturi tqal) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/6 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 19 (Fanali ta' quddiem ta' kontra ċ-ċpar) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/16 |
Proposta għas-Suppliment 20 tar-Regolament Nru 23 (Fanali tar-rivers) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/17 |
Proposta għas-Suppliment 44 tas-serje 03ta' emendi tar-Regolament Nru 37 (Fanali bil-filament) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/18 |
Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 38 (Fanali taċ-ċpar ta' wara) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/19 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/2 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġ tas-sikurezza). |
ECE/TRANS/WP.29/2015/11 |
Corrigendum 5 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġ tas-sikurezza) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/34 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 45 (Naddafa tal-fanali ta' quddiem) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/20 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/21 ECE/TRANS/WP.29/2015/21/Corr.1 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/22 ECE/TRANS/WP.29/2015/22/Corr.1 |
Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/23 ECE/TRANS/WP.29/2015/23/Corr.1 |
Proposta għas-Suppliment 17 għar-Regolament Nru 50 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien, li jindikaw id-direzzjoni għal ċiklomuturi u muturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/24 |
Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/3 |
Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi L3) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/25 ECE/TRANS/WP.29/2015/25/Corr.1 ECE/TRANS/WP.29/2015/25/Corr.2 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 55 (Perni mekkaniċi) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/7 |
Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 59 (Sistemi ta' silenzjament għall-bidla) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/4 |
Proposta għas-Suppliment 15 tar-Regolament Nru 75 (It-tajers għall-muturi/il-mopeds) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/8 |
Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 78 (Ibbrejkjar ta' vetturi tal-kategorija L) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/9 |
Proposta għas-Suppliment 6 tar-Regolament Nru 86 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal tratturi agrikoli) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/26 |
Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi ta' dawl li jarmu l-gass) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/27 |
Proposta għas-Suppliment 10 tar-Regolament Nru 99 (Sorsi tad-dawl li jarmu l-gass) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/28 |
Proposta għas-Suppliment 12 tal-emendi tar-Regolament Nru 106 (Tajers għall-vetturi għall-agrikoltura) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/10 |
Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (vetturi M2 u M3). |
ECE/TRANS/WP.29/2014/77 |
Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (vetturi M2 u M3). |
ECE/TRANS/WP.29/2015/12 |
Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (vetturi M2 u M3). |
ECE/TRANS/WP.29/2015/44 |
Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 110 (Vetturi tas-CNG/LNG), |
ECE/TRANS/WP.29/2015/13 |
Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 112 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ għaddieni assimetriku) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/29 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/30 |
Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 117 (Tajers — reżistenza għad-dawrien u l-ħsejjes fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/5 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 119 (Fanali għall-kantunieri) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/31 |
Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 123 (Sistemi Adattivi tad-dawl ta' Quddiem (AFS)) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/32 |
Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 128 (Sorsi tad-dawl LED) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/33 ECE/TRANS/WP.29/2015/33/Corr.1 |
Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 129 (Sistema Msaħħa ta' Trażżin tat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/43 |
Emenda 2 għar-Regolament tekniku globali Nru 3 (Ibbrejkjar tal-muturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2015/38 ECE/TRANS/WP.29/2015/39 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/37 |
Emenda 3 għar-Regolament tekniku globali Nru 4 (proċedura ta' Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty (WHDC)) |
ECE/TRANS/WP.29/2014/84 ECE/TRANS/WP.29/2014/85 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/29 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/38 |