Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0275

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/275 tad- 19 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

    ĠU L 47, 20.2.2015, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/275/oj

    20.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 47/15


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/275

    tad-19 ta' Frar 2015

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa.

    (3)

    Fid-19 ta' Frar 2015, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi l-ismijiet tal-ħames persuni mejta li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 il-persuni fiżiċi li ġejjin jitneħħew minn taħt l-intestatura “I. Persuni”:

     

    Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

    1.

    CHINDORI-CHININGA, Edward Takaruza

    2.

    KARAKADZAI, Mike Tichafa

    3.

    SAKUPWANYA, Stanley Urayayi

    4.

    SEKEREMAYI, Lovemore

    5.

    SHAMUYARIRA, Nathan Marwirakuwa


    Top