Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 32015R0197

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/197 tal- 5 ta' Frar 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aglio Bianco Polesano (DPO)]

    ĠU L 33, 10.2.2015, p. 8—8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumento teisinis statusas Galioja

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/197/oj

    10.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 33/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/197

    tal-5 ta' Frar 2015

    li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aglio Bianco Polesano (DPO)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Aglio Bianco Polesano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1175/2009 (2).

    (2)

    Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Aglio Bianco Polesano” (DPO), b'dan hija approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, iil-5 ta' Frar 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1175/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aglio Bianco Polesano (DPO)] (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 60).

    (3)  ĠU C 347, 3.10.2014, p. 18.


    Į viršų