Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0189

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/189 tas- 6 ta' Frar 2015 li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit- 2 sat- 3 ta' Frar 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Frar 2015

    ĠU L 31, 7.2.2015, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/189/oj

    7.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/23


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/189

    tas-6 ta' Frar 2015

    li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-2 sat-3 ta' Frar 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Frar 2015

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b'dazju doganali ta' żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

    (2)

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji f'dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta' kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

    (3)

    F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta' Jannar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

    (4)

    F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

    (5)

    Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta' Frar, għax-xahar imsemmi ma tista' tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fit-2 u t-3 ta' Frar 2015, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skont koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 8,627503 %.

    Il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mill-4 ta' Frar 2015 huwa sospiż għal Frar 2015.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

    (4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

    (5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


    Top