Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0147

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/147(2)/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/56


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 147/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2014 sal-2017 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 (2) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea.

    (2)

    Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2003 sal-2007 mhuwiex aktar applikabbli u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-kelma “2013” fit-titolu tal-Artikolu 5 hija sostitwita bil-kliem “2013 sal-2017”.

    2.

    Dan li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 5(1):

    “, kif emendant minn:

    32013 R 1383: ir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013. p. 84).”

    3.

    Il-kliem “31 ta' Diċembru 2013” fl-Artikolu 5(2) huma sostitwiti bil-kliem “31 ta' Diċembru 2017”.

    4.

    It-test tal-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku taż-ŻEE għall-perjodu 2013 sal-2017 b'mod konġunt mill-Uffiċju tal-Istatistika tal-EFTA u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku annwali taż-ŻEE għandu jissejjes fuq subsett ta', u jitfassal b'mod parallel ma', il-programm ta' ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.”

    5.

    It-test tal-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament, f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tal-Ftehim, għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 05 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013 u għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 01 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 01 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2014 sal-2017.”

    6.

    It-test tal-Artikolu 2 huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12.

    (2)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 84.

    (*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top