This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0142
Decision of the EEA Joint Committee No 142/2014 of 27 June 2014 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 142/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied wara l-punt 32ffb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2012) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
“32ffc. |
32013 R 0715: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 14). Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikolu 2(4), il-kliem ‘jew fit-territorju tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kliem ‘fit-territorju doganali tal-Unjoni’.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 715/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 201, 26.7.2013, p. 14.
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.