Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0126

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/126(2)/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 126/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32011 L 0088: Id-Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2011/88/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 305, 23.11.2011, p. 1.

    (*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top