Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0125

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/125(2)/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/24


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 125/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 655/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji komuni għall-ġustifikazzjoni ta' pretensjonijiet użati fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2013 tat-10 ta' Lulju 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32013 R 0658: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 38).”

    2.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1aa (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/674/UE):

    “1b.

    32013 R 0655: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 655/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji komuni għall-ġustifikazzjoni ta' pretensjonijiet użati fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 31).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 655/2013 u (UE) Nru 658/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 31.

    (2)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 38.

    (*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top