Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0120

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/120/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 120/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta' Marzu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 91, 3.4.2013, p. 16, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE) tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32013 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta' Marzu 2013 (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 20), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 91, 3.4.2013, p. 16.”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2013/10/UE, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 91, 3.4.2013, p. 16, fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 77, 20.3.2013, p. 20.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top