This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0115
Decision of the EEA Joint Committee No 115/2014 of 27 June 2014 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 115/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 601/2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(3) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 85 (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
— |
32014 R 0131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 (ĠU L 41, 12.2.2014, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 131/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.