Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0113

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/113(2)/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 113/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' Pediococcus pentosaceus DSM 14021, Pediococcus pentosaceus DSM 23688 jew Pediococcus pentosaceus DSM 23689 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2014 tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-tirosin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta' Frar 2014 dwar l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf il-klorur tal-kobalt essaidrat, in-nitrat tal-kobalt essaidrat u s-sulfat tal-kobalt monoidrat, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2003 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2014 tas-7 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(6)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003):

“—

32014 R 0107: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta' Frar 2014 (ĠU L 36, 6.2.2014, p. 7).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zzt (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013):

“2zzu.

32014 R 0084: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' Pediococcus pentosaceus DSM 14021, Pediococcus pentosaceus DSM 23688 jew Pediococcus pentosaceus DSM 23689 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 30).

2zzv.

32014 R 0101: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2014 tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 34, 5.2.2014, p. 1).

2zzw.

32014 R 0107: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta' Frar 2014 dwar l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf il-klorur tal-kobalt essaidrat, in-nitrat tal-kobalt essaidrat u s-sulfat tal-kobalt monoidrat, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2003 (ĠU L 36, 6.2.2014, p. 7).

2zzx.

32014 R 0121: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2014 tas-7 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 39, 8.2.2014, p. 53).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 84/2014, (UE) Nru 101/2014 u (UE) Nru 107/2014 u (UE) Nru 121/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 28, 31.1.2014, p. 30.

(2)  ĠU L 34, 5.2.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 36, 6.2.2014, p. 7.

(4)  ĠU L 39, 8.2.2014, p. 53.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top