Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0975

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 975/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 274, 16.9.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/975/oj

16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 975/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”, li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li meta fit-testi tan-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 u n-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 hija użata l-espressjoni “iċ-ċifra indikata b'rifrattometru”, din tikkorrispondi maċ-ċifra miksuba bl-użu tal-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda preskritta fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014 (2).

(3)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża fit-test ta' dawn in-noti Addizzjonali referenza għall-metodu rifrattometru biex ikun hemm referenza faċli meta jiġu klassifikati prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi u s-subintestaturi kkonċernati mill-imsemmija noti Addizzjonali.

(4)

Sabiex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda madwar l-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-kontenut ta' zokkor ta' diversi prodotti bl-użu tal-metodu rifrattometru, in-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 u n-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 għandhom jiġu emendati.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għalhekk għandu jkun emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu 8, in-nota Addizzjonali 1 tinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-kontenut ta' zokkrijiet varji espressi bħala sukrożju (kontenut taz-zokkor) tal-prodotti klassifikati f'dan il-kapitlu jikkorrespondi maċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu spjegat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KEE) Nru 974/2014 (*)) f'temperatura ta' 20 °Ċ u mmoltiplikata bil-fattur 0,95.

(*)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).”"

;

(2)

fil-Kapitolu 20, in-nota Addizzjonali 2 tinbidel b'dan li ġej:

“2.

(a)

Il-kontenut ta' diversi zokkrijiet imfisser bħala sukrożju (kontenut ta' zokkor) tal-prodotti klassifikati f'dan il-kapitlu jikkorrespondi maċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °Ċ u mmoltiplikata b'wieħed nill-fatturi li ġejjin:

0,93 fir-rigward tal-prodotti taħt is-subintestaturi minn 2008 20 sa 2008 80, 2008 93, 2008 97 u 2008 99,

0,95 għal prodotti taħt l-intestaturi l-oħrajn.

(b)

L-espressjoni ‘Valur Brix’, imsemmija fis-subintestatura tal-intestatura 2009, tikkorrespondi għaċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °C.”

;

(3)

fil-Kapitolu 20, in-nota Addizzjonali 6 tinbidel b'dan li ġej:

“6.

Għall-għanijiet tas-subintestaturi 2009 69 51 u 2009 69 71,‘meraq konċentrat tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb)’ jfisser meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għeneb) li għalih iċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °Ċ mhijiex inqas minn 50,9 %.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top