Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0973

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 973/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 274, 16.9.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/973/oj

16.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 973/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta' żmien stipulat mill-President tiegħu.,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jikkonsisti minn bċejjeċ bojod trasparenti kemxejn glutinużi u jwaħħlu b'tul ta' madwar 1 ċm u dijametru ta' madwar 3 mm. Il-prodott iżomm fil-wiċċ fis-salmura, għandu konsistenza qisu ġell u għandu dehra simili għat-taljarini tal-ħġieġ. Huwa jitpoġġa għall-bejgħ bl-imnut f'pakketti ta' 250 g (160 g ta' piż nett xott).

Il-prodott huwa magħmul billi jitħallat id-dqiq tat-tuberi tal-konjak (Amorphophallus konjac) mal-ilma li jkun fih l-idrossidu tal-kalċju (il-proporzjonijiet tat-taħlita f'% skont it-toqol: dqiq tat-tuberi tal-onjak 3-7, ilma 93-97).

It-taħlita mbagħad titgħalla u l-ġell li jirriżulta jiġi pressat f'forma sabiex tingħata l-għamla finali lill-prodott.

1901 90 91

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2 tal-Kapitolu 19 u l-kliem tal-kodiċijiet NM 1901 , 1901 90 u 1901 90 91 .

Il-preparazzjonijiet tal-ikel tal-intestatura 1901 isiru b'bażi ta' dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir. It-termini “dqiq” u “pasta” jinkludu dqiq, pasta u trab minn oriġini veġetali ta' kull kapitlu, ħlief dqiq, pasta u trab ta' veġetali mnixxfin (l-intestatura 0712 ) jew ta' veġetali leguminużi mnixxfin (l-intestatura 1106 ) (ara n-Nota 2 tal-Kapitolu 19). It-tuberi tal-konjak (sħaħ, mitħunin jew f'forma ta' trab) huma kklassifikati skont l-intestatura 1212 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għall-intestatura 1212 ).

Għalkemm il-prodott għandu konsistenza ta' ġell, huwa mhuwiex muċilaġni jew aġent li jgħaqqad derivat mill-prodotti veġetali tal-intestatura 1302 .

Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi klassifikat skont il-Kodiċi NM 1901 90 91 .


Top