This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0835
Commission Implementing Regulation (EU) No 835/2014 of 31 July 2014 entering a name in the register of traditional specialities guaranteed (Филе Елена (File Elena) (TSG))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2014 tal- 31 ta' Lulju 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Филе Елена (File Elena) (STG)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2014 tal- 31 ta' Lulju 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Филе Елена (File Elena) (STG)]
ĠU L 230, 1.8.2014, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 835/2014
tal-31 ta' Lulju 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Филе Елена (File Elena) (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Филе Елена” (File Elena), imressqa mill-Bulgarija, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Филе Елена” (File Elena) għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU C 343, 14.12.2012, p. 1.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
IL-BULGARIJA
Филе Елена (File Elena) (STG)