EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0263

2014/263/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta' Mejju 2014 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 137, 12.5.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/263/oj

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/263/UE)

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Yves VANSCHUEREN,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Dominique MICHEL, Administrateur délégué de COMEOS (Fédération belge du Commerce et des Services) huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


Top