Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0369

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 369/2014 tal- 10 ta' April 2014 li jemenda għall-212-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    ĠU L 108, 11.4.2014, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/369/oj

    11.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/52


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 369/2014

    tal-10 ta' April 2014

    li jemenda għall-212-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fil-31 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fis-3 ta' April 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jitħassru:

     

    “Amran Mansor (alias Henry). Indirizz: Kg. Sg. Tiram, Johor, il-Malasja. Data tat-twelid: 25.5.1964. Post tat-twelid: Johor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjan. Nru tal-Passport: A 10326821. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 640525-01-5885. Tagħrif ieħor: Inħeles mid-detenzjoni u maħsub li jinsab l-Indoneżja Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”

     

    “bderrahmane Kifane. Indirizz: 25 via Padre Massimiliano Kolbe, Sant'Anastasia (NA), l-Italja. Data tat-twelid: 7.3.1963. Post tat-twelid: Casablanca, Marokk. Nazzjonalità Marokkina. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.”

     

    “Son Hadi Bin Muhadjir (alias (a) Son Hadi bin Muhadjr, (b) Son bn Hadi Muhadjir, (c) Son Hadi bin Mujahir). Indirizz: Jalan Raya, Gongdanglegi, RT/RW 1/13 Cangkring Malang, Beji, Pasuran 67154, Java tal-Lvant, Indoneżja. Data tat-twelid: 12.5.1971. Post tat-twelid: Pasuran, Java tal-Lvant, Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Nru tal-Passport: R057803 (passaport Indoneżjan bl-isem ta' Son bn Hadi Muhadjir). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 3514131205710004 (karta tal-identità Indoneżjana bl-isem ta' Son Hadi). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.4.2012.”


    Top