Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0142

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/142/PESK tal- 14 ta’ Marzu 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ĠU L 76, 15.3.2014, p. 46–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/142/oj

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 76/46


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/142/PESK

    tal-14 ta’ Marzu 2014

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

    (2)

    Fil-31 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit taħt il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

    (3)

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CHRISOCHOIDIS


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


    ANNESS

    I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

    A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

    1.   Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala A. Kabir)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Nangarhar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta' Baghlan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f'operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor il-flus mingħand it-traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem Taliban mill-2009 'l hawn, (e) Oriġinarjament il-familja ġejja mid-Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktia, Afganistan, (f) Responsabbli għall-attakk fuq il-membri parlamentari Afgani f'Novembru 2007 f'Baghlan, (g) Għandu art fiċ-ċentru tal-Provinċja ta' Baghlan, (h) Jappartjeni għat-tribù ta' Zadran. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f'Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f'Ottubru 2007.

    2.   Mohammad Moslim Haqqani Muhammadi Gul (magħruf ukoll bħala Moslim Haqqani)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Haj u tal-Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Gawargan, Distrett ta' Pul-e-Khumri, Provinċja ta' Baghlan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1136 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Pashtun Etniku mill-Provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jitkellem b'mod fluwenti l-Ingliż, l-Urdu u l-Għarbi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mohammad Moslim Haqqani kien ukoll Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-lista fit-18 ta' Lulju 2007.

    3.   Abdul Raqib Takhari

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tar-Ripatrijazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Raħal ta' Zardalu Darra, Distrett ta' Kalafgan, Provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan f'Diċembru 2009 (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    4.   Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

    Titolu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Raħal ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrikonċilja wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, u ħa kompiti taħt il-Gvern il-ġdid fil-livell ta' distrett fil-Provinċja ta' Kunduz, (b) Ikkonfermat li ġie assassinat mit-Taliban fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    5.   Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani (b) Zaia u Rahman Madani (c) Madani Saheb (d) Diya’ al-Rahman Madani)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1960. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Paliran, Distrett ta' Namakab, Provinċja ta' Takhar, Afganistan, (b) Belt ta' Taluqan, Provinċjat ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar ta' drogi, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għal affarijiet militari fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (c) Iffaċilita l-ġbir ta' fondi fil-Golf f'isem it-Taliban mill-2003, (d) Iffaċilita wkoll laqgħat bejn uffiċjali tat-Taliban u sostenituri għonja u għamel arranġamenti biex aktar minn tnax-il individwu jivvjaġġaw lejn Kabul, l-Afganistan, għal attakki suwiċida, (e) Maħsub li jinsab fir-reġjun tal-Golf. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    6.   Shamsuddin (magħruf ukoll bħala Pahlawan Shamsuddin)

    Titolu: (a) Maulavi; (b) Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Keshim, Provinċja ta' Badakhshan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan, il-Pakistan u l-Iran. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    7.   Abdul Ghafar Qurishi Abdul Ghani (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatriazzjoni, fl-Ambaxxata tat-Taliban f'Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1970, (b) 1967. Post tat-twelid: Raħal ta' Turshut, Distrett ta' Warduj, Provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000933 (passaport Afgan maħruġ f'Kabul fit-13 ta' Settembru 1998). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 55130 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz:It-Taqsima Khairkhana Numru 3, Kabul, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    8.   Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balk taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Pashtoon Zarghoon, Provinċja ta' Herat, Afganistan, (b) Raħal ta' Sardar, Distrett ta' Kohsan, Provinċja ta' Herat, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Herat, Farah u Nimroz min-nofs l-2013, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u s-Shura tal-Quetta, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Achekzai, (e) Involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Abdul Manan Nyazi kien ukoll kelliem tat-Taliban u mbagħad Gvernatur Provinċjali ta' Mazar-e-Sharif u l-provinċji ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban.

     

    Abdul Manan Nyazi kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Punent tal-Afganistan, li kien jopera fil-provinċji ta' Farah, Herat u Nimroz, min-nofs l-2009.

     

    Abdul Manan Nyazi kien membru ta' kunsill reġjonali tat-Taliban u maħtur bħala l-gvernatur tat-Taliban tal-provinċja ta' Herat f'Mejju 2010.

     

    Abdul Manan Nyazi huwa kmandant tat-Taliban involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan.

    9.   Said Ahmed Shahidkhel

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1975. Post tat-twelid: Raħal ta' Spandeh (Espandi 'Olya), Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) F'Lulju 2003 kien miżmum taħt kustodja f'Kabul, l-Afganistan, (b) Rilaxxat minn taħt il-kustodja fl-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-kunsill ta' tmexxija tat-Taliban mill-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    10.   Arefullah Aref Ghazi Mohammad (magħruf ukoll bħala Arefullah Aref)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja Ghazni taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja Paktia taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Raħal ta' Lawang (Lawand), Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi l-"front" tat-Taliban fid-Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Andar. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    11.   Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala Abdul-Haq Wasseq)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1975, (b) 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika mill-2011. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, huwa kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence u rrapporta lil Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Huwa kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

    12.   Ehsanullah Sarfida Hesamuddin Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ehsanullah Sarfadi (b) Ehsanullah Sarfida)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1962-1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Khatak, Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Min-nofs l-2007, huwa pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus, (b) Maħsub li jinsab fir-reġjun tal-Golf, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Taraki. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Ehsanullah Sarfida kien ukoll President tal-Bank Ċentrali tat-Taliban. Aktar tard, huwa nħatar bħala l-Amministratur Taliban tal-Provinċji Maħtufa. Ehsanullah Sarfida kien membru tax-Shura Interna Talibana.

     

    Ehsanullah Sarfida kien affiljat tal-Al-Qaida li pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus. Huwa kien il-kap tad-distrett ta' Marja, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, min-nofs l-2007.

    13.   Ahmed Jan Wazir Akhtar Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Jan Kuchi (b) Ahmed Jan Zadran)

    Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Barlach, Distrett ta' Qareh Bagh, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni tal-Haqqani Network, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jaġixxi bħala viċi, kelliemi u kunsillier għall-mexxej anzjan Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, tan-Netwerk ta' Haqqani, (c) Jikkoordina mall-Kunsill Suprem tat-Taliban, (d) Ivvjaġġa barra mill-pajjiż, (e) Jikkoordina ma' u jipprovdi flus, armi, tagħmir u fornimenti ta' komunikazzjoni lill-kmandanti Talibani fil-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

    14.   Mohammed Omar Ghulam Nabi

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (‘Amir ul- Mumineen’), Afganistan. Data tat-twelid: (a) appross. 1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missieru jismu Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) l-għajn tax-xellug nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d)Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Hotak. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Mohammad Omar għandu t-titolu ta' 'Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan' u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001.

     

    Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban.

    15.   Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad (p) Spen Zrae)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Lakhi, Żona ta' Hazarjuft, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (b) Raħal ta' Laki, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (c) Raħal ta' Lakari, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (e) Raħal ta' De Luy Wiyalah, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban min-nofs l-2013. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Barich. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ tat-Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

    16.   Nik Mohammad Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Nik Mohammad)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1957. Post tat-twelid: Raħal ta' Zangi Abad, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi kummissjoni li tirreġistra l-għedewwa tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta' Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban, b'hekk jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani.

    17.   Matiullah

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tad-Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jaħdem fir-reklutaġġ għall-moviment Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    18.   Allah Dad Matin (magħruf ukoll bħala (a) Allahdad, (b) Shahidwror, (c) Akhund)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Iżvilupp Urban taħt ir-reġim Taliban, (b) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban Data tat-twelid: (a) appross. 1953, (b) appross. 1960. Post tat-twelid: Raħal ta' Kadani, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq fi splużjoni ta' mina, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Allahdad, membru tat-tribù ta' Nurzay minn Spin Boldak, inħatar Ministru tal-Kostruzzjoni u d-Djar wara li kellu karigi oħra fiċ-ċivil taħt ir-reġim Taliban.

    19.   Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund)

    Titolu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1968, (b) 1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Konfermat li miet f'Marzu 2010 u midfun fil-Karachi, Pakistan, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (f) Jappartjeni għat-tribù ta' Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

    20.   Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban.

     

    Huwa kien kmandant ta' madwar 3,000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001.

    21.   Mohammad Ahmadi

    Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Pashmul, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Kakar, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    22.   Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)

    Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandaab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta' Frar 2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada fit-2 ta' Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (d) Responsabbli għal-loġistika għat-Taliban u attiv ukoll bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu min-nofs l-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Alizai, (f) Ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    23.   Abdulhai Motmaen

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shinkalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, Afganistan; (b) Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Familja oriġinarjament minn Zabul, iżda stabbilixxew ruħhom f'Helmand, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u kelliem għal Mullah Mohammed Omar mill-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdulhai Motmaen kien il-kelliem anzjan għat-Taliban u kien iwassal dikjarazzjonijiet Talibani ta' politika barranija. Huwa kien ukoll assoċjat qrib ta' Mohammed Omar.

    24.   Mohammad Yaqoub

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1966. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Imexxi "front" tat-Taliban u jikkoordina l-attivitajiet militari kollha tal-forzi tat-Taliban fid-Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Kharoti (Taraki). Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

    25.   Abdul Razaq Akhund Lala Akhund

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan, fl-inħawi fil-fruntiera mad-Distrett ta' Chaman, Quetta, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2008, (b) Viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Membru tal-Kummissjoni ta' Superviżjoni tat-Taliban min-nofs l-2013, (d) Involut fit-traffikar ta' drogi, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (f) Jappartjeni għat-tribù ta' Achekzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    26.   Sayed Mohammad Azim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi fil-Ministeru tal-Intern taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1966; (b) appross. 1969. Post tat-twelid: Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi l-"front" tat-Taliban (mahaz) u jservi bħala membru tal-kummissjoni militari tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Il-kariga ta' Sayed Mohammad Azim Agha bħala impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi saret taħt il-Ministeru tal-Intern tar-reġim Taliban.

    27.   Mohammad Abbas Akhund

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Khas Uruzgan, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban inkarigat mill-Kumitat Mediku minn Jannar 2011, (b) Għandu superviżjoni diretta fuq tliet ċentri mediċi li jieħdu ħsieb il-ġellieda midruba tat-Taliban min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    28.   Mohammadullah Mati (magħruf ukoll bħala Mawlawi Nanai)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef riġel fis-snin 80, (b) Kap interim tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Frar sa April 2010, (c) Inkarigat mill-attivitajiet ta' reklutaġġ sa min-nofs l-2013, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Isakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mohammadullah Mati kien ukoll Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban taħt l-isem ‘Ahmadullah Mutie’.

    29.   Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)

    Titolu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tar-Relazzjonijiet Barranin, Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Direttur ta' Xogħlijiet Pubbliċi, Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (c) l-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban, (d) Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament minn Uruzgan, iżda stabbilixxa ruħu u aktar tard għex f'Kandahar, (b) Kien membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (c) L-ebda rwol speċifiku fil-moviment tat-Taliban, attiv bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu min-nofs l-2013, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Alizai, (f) Ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f'Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

    30.   Mohammad Wali Mohammad Ewaz (magħruf ukoll bħala Mohammad Wali)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Jelawur, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament miet f'Diċembru 2006 u midfun fid-Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta' spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta' Kandahar, Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

    31.   Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin)

    Titolu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali taħt ir-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Chaman, Pakistan; (b) Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Konsulent għall-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Saduddin Sayyed serva wkoll bħala Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban. Il-lista ġiet aġġornata fit-8 ta' Marzu 2001 biex tirrifletti dan.

    32.   Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori)

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1958, (b)1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    33.   Janan Agha (magħruf ukoll bħala Abdullah Jan Agha)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Faryab (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1958, (b) appross. 1953. Post tat-twelid: Belt ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u konsulent għal Mullah Mohammed Omar f'Ġunju 2010, (b) Imexxi "front" tat-Taliban (mahaz) min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għall-grupp etniku tas-Sadat. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    34.   Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad)

    Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nawi Deh, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghankecha, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ma' Mullah Jalil Haqqani, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Dost Mohammad inħatar ukoll mit-tmexxija Talibana biex ikun responsabbli għall-operazzjonijiet militari f'Angora, fil-provinċja ta' Nuristan fl-Afganistan.

     

    F'Marzu 2010, Dost Mohammad kien shadow gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Nuristan u l-mexxej ta' madrassa li minnha kien jirrekluta ġellieda.

    35.   Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa)

    Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) appross. 1963 (b)1 ta' Jannar 1967 (taħt l-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Kandahar Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù ta' Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    36.   Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlu l-leminija prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban min-nofs l-2013, u aġixxa bħala viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Achekzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    37.   Mohammad Shafiq Mohammadi

    Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur Ġenerali tal-Provinċji ta' Paktia, Paktika, Khost u Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1948. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Iwettaq superviżjoni fuq żewġ ċentri militari tat-taħriġ tat-Taliban min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

    38.   Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah)

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika minn tmiem l-2012. (c) Allegatament maqtul f'attakk mill-ajru fid-Distrett ta' Shahjoy, Provinċja ta' Zabul fil-bidu tal-2013, (d) Jappartjeni għat-tribù ta' Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

    39.   Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah (d) Haji Hidayatullah (e) Hayadatullah)

    Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: appross. 1972. Post tat-twelid: Band-e-Temur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta' Kunsill tat-Taliban li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban min-nofs l-2013, (c) Assoċjat ma' Mullah Mohammed Omar, (d) Kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu, (e) Jappartjeni għat-tribù ta' Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Gul Agha Ishakzai huwa l-kap tal-kummissjoni finanzjarja tat-Taliban u jagħmel parti minn kunsill Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċida f'Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta' fondi għall-ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.

     

    Gul Agha Ishakzai, ħabib tat-tfulija tal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammed Omar, kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa' ma' Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma' Omar matul ir-reġim Taliban.

     

    F'Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta' persuni u merkanżija lejn il-kampijiet ta' taħriġ Talibani; lejn tmiem l-2006 huwa vvjaġġa barra mill-pajjiż biex jikseb partijiet ta' armi.

    40.   Abdul Habib Alizai (magħruf ukoll bħala (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha (f) Abdul Habib (g) Agha Jan Alizai)

    Titolu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) appross. 1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Yatimchai, Distrett ta' Musa Qala, Provinċja ta' Helmand, Afganistan; (b) Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta' traffikar tad-droga fil-Provinċja ta' Helmand, Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta' traffikar tad-drogi f'Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta' traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta' traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżera' l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi.

     

    It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta' ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasport lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta' armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa' ma' mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta' passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai pprovda passaport u fondi lil kmandant Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

    41.   Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad)

    Data tat-twelid: (a) appross. 1962, (b) 1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nalghan, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b) Raħal ta' Sangesar, Distrett ta' Panjway, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-provinċji ta' Kandahar u Helmand, Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta' pproċessar tal-eroina f'Band-e-Temur, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (c) Kien propjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Mirwais Mena, fid-Distrett ta' Dand fil-Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma' Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni għat-tribù ta' Kakar. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

     

    Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-Provinċji ta' Kandahar u Helmand, Afganistan, li kien jissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta' pproċessar ta' eroina fiż-żona ta' Band-e-Temur tal-Provinċja ta' Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban.

     

    Kakar kien f'kuntatt ma' mexxejja Talibani anzjani, ġabar flus kontanti f'isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil mexxejja Talibani anzjani. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f'isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien propjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Kandahar u pprovda lit-Taliban b'vetturi biex jintużaw f'attakki suwiċida.


    Top