Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0141

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal- 14 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

    ĠU L 76, 15.3.2014, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0994

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/141(1)/oj

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 76/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/141/PESK

    tal-14 ta’ Marzu 2014

    li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK (1).

    (2)

    Fl-10 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 2128 (2013) fir-rigward tal-Liberja li ġeddiet il-miżuri restrittivi fuq l-ivvjaġġar u fuq l-armi u mmodifikat ir-rekwiżiti assoċjati ta' notifika.

    (3)

    Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

    (4)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK huwa b'dan emendat kif ġej:

    (1)

    fil-paragrafu 1, il-punt (ċ) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    tagħmir militari mhux letali ieħor maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika u taħriġ relatati.”;

    (2)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Għandha tkun tal-Gvern tal-Liberja ir-responsabbiltà primarja li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet qabel ma tintbagħat kwalunkwe kunsinna ta' armi letali u materjal relatat, jew kwalunkwe għoti ta' assistenza, parir jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari jew setturi oħrajn ta' sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Alternattivament, l-Istati Membri li jagħtu assistenza jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, f'konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tal-UNSCR 2128 (2013). Fejn Stat Membru jagħżel li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tali notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi, fejn applikabbli, l-iskop u l-utent aħħari, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta' tagħmir li jrid jintbagħat, il-fornitur, id-data proposta ta' kunsinna, il-mod ta' trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CHRISOCHOIDIS


    (1)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26.


    Top