This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0262
Council Regulation (EU) No 262/2014 of 14 March 2014 amending Regulation (EC) No 234/2004 concerning certain restrictive measures in respect of Liberia
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 262/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 262/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja
ĠU L 76, 15.3.2014, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0983
15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 262/2014
tal-14 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/109/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Liberja. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2128 (2013) li tafferma mill-ġdid l-embargo fuq l-armi impost mill-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 1521(2003) u mmodifikat mill-paragrafi 1 u 2 tar-Riżoluzzjoni 1683 (2006), mill-paragrafu 1(b) tar-Riżoluzzjoni 1731 (2006), mill-paragrafi 3, 4, 5 u 6 tar-Riżoluzzjoni 1903 (2009), u mill-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni 1961(2010), u li timmodifika r-rekwiżiti assoċjati tan-notifika. |
(3) |
Fl-14 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/141/PESK (3), li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għal dak l-għan. |
(4) |
Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3(i), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu kwalunkwe assistenza relatata ma’ attivitajiet militari jew ma’ attivitajiet oħrajn fis-settur tas-sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, kif speċifikat fl-Artikolu 1, għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-awtorità kompetenti, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness I, fl-Istat Membru fejn huma residenti jew jinsabu. Tali informazzjoni għandha tinkludi kull informazzjoni rilevanti, inklużi, fejn ikun il-każ, l-għan u l-utent finali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta’ tagħmir li jrid jiġi kkonsenjat, il-fornitur, id-data proposta għall-kunsinna, il-mezz ta’ trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni. L-Istat Membru kkonċernat għandu, malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti, f’konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwarha, fejn il-Gvern tal-Liberja ma jkunx għamel dik in-notifika, f’konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tar-Riżoluzzjoni 2128 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CHRISOCHOIDIS
(1) ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 tal-10 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1):
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal-14 ta' Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).