Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0261

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 261/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ĠU L 76, 15.3.2014, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/261/oj

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 76/6


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILl (UE) Nru 261/2014

    tal-14 ta’ Marzu 2014

    li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

    (2)

    Fil-31 ta' Mejju, is-27 ta' Ġunju, l-24 ta' Settembru u t-18 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CHRISOCHOIDIS


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


    ANNESS

    I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

    A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

    1.

    Fazl Rabi (magħruf ukoll bħala (a) Fazl Rabbi, (b) Fazal Rabi, (c) Faisal Rabbi)

    Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal għoli fil-Provinċja ta' Konar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) 1972, (b) 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Kohe Safi, Provinċja ta' Parwan, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kapisa, l-Afganistan, (c) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jirrappreżenta u jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku lin-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Membru tal-Kunsill Finanzjarju Taliban. (c) Ivvajaġġa barra mill-pajjiż biex jiġbor fondi f'isem Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Jalaluddin Haqqani, in-netwerk ta' Haqqani u t-Taliban. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

    2.

    Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Alim Ghair, (b) Naseer Haqqani, (c) Dr. Naseer Haqqani, (d) Nassir Haqqani, (e) Nashir Haqqani, (f) Naseruddin)

    Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1970-1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. (b) Iben Jalaluddin Haqqani. (c) Huwa vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    In-Netwerk ta' Haqqani huwa grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Huwa jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar ta' Jalaluddin Haqqani, li wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani.

    Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta' Haqqani u jqatta' bosta mill-ħin tiegħu jiġbor il-fondi. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma' assoċjat tat-Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mfixkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas bejn l-2005 u l-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta' Haqqani permezz ta' diversi vjaġġi għall-ġbir ta' fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta' vjaġġ ieħor għall-ġbir ta' fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008. Minn nofs l-2007, Haqqani kellu allegatament tliet sorsi prinċipali ta' finanzjament: donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta' drogi, u ħlasijiet minn Al-Qaida. Lejn tmiem l-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva bosta mijiet ta' eluf ta' dollari minn individwi assoċjati ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija sabiex dawn jintużaw għall-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

    3.

    Mohammad Aman Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Aman, (b) Mullah Mohammed Oman, (c) Mullah Mohammad Aman Ustad Noorzai, (d) Mullah Mad Aman Ustad Noorzai, (e) Sanaullah)

    Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Raħal ta' Band Tumur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru Għoli tat-Taliban mill-2011 bi dmirijiet finanzjarji, inkluż il-ġbir ta' fondi f'isem it-tmexxija. (b) Ipprovda appoġġ loġistiku għall-operazjonijiet tat-Taliban u kkanalizza r-rikavati mit-traffikar tad-drogi għax-xiri tal-armi. (c) Aġixxa bħala segretarju tal-mexxej Taliban il-Mullah Mohammed Omar u bħala l-messaġġier tiegħu fil-laqgħat ta' livell għoli tat-Taliban. (d) Assoċjat ukoll ma' Gul Agha Ishakzai. (e) Membru taċ-ċirklu ristrett tal-Mullah Mohammed Omar matul ir-reġim Taliban. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

    4.

    Sangeen Zadran Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori)

    Titlu: (a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi), (b) Mullah. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1976, (b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Post tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta' Ziruk, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika lejn tmiem l-2012. (b) Kmandant Għoli tan-Netwerk ta' Haqqani. (c) Logutenent Għoli għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (d) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. (e) Irrappurtat deċedut f'Settembru 2013. Data tan-nomina min-NU: 16.08.2011.

    Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta' Haqqani. In-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-l-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Haqqani.

    Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta' ġellieda f'attakki fix-Xlokk kollu tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta' ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f'bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

    Barra mir-rwol tiegħu f'dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta' Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

    B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

    1.

    Rahat Ltd. (magħrufa wkoll bħala (a) Rahat Trading Company, (b) Haji Muhammad Qasim Sarafi, (c) New Chagai Trading, (d) Musa Kalim Hawala)

    Indirizz: (a)Uffiċċju tal-Fergħa 1: Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(b)Uffiċċju tal-Fergħa 2: Numru tal-ħanut 4, Azizi Bank, Haji Muhammad Isa Market, Wesh, Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(c)Uffiċċju tal-Fergħa 3: Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(d)Uffiċċju tal-Fergħa 4: Lashkar Gah, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(e)Uffiċċju tal-Fergħa 5: Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(f)Uffiċċju tal-Fergħa 6: Distrett ta' Zaranj, Provinċja ta' Nimroz, Afganistan, (g) Uffiċċju tal-Fergħa 7: i) Triq Dr. Barno, Quetta, Pakistan, ii) Haji Mohammed Plaza, Triq Tol Aram, viċin Triq Jamaluddin Afghani, Quetta, Pakistan, iii) Kandahari Bazaar, Quetta, Pakistan(h)Uffiċċju tal-Fergħa 8: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(i)Uffiċċju tal-Fergħa 9: Chaghi Bazaar, Chaghi, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(j)Uffiċċju tal-Fergħa 10: Zahedan, Provinċja ta' Zabol, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Rahat Ltd. intużat mit-tmexxija Talibana għat-trasferiment ta' fondi li oriġinaw minn donaturi esterni u traffikar tan-narkotiċi għall-finanzjament tal-attività Talibana sa mill-2011 u l-2012. (b) Proprjeta' ta' Mohammed Qasim Mi Wali Khudai Rahim. (c) Assoċjat ukoll Mohammad Naim Barich Khudaidad. Data tan-nomina min-NU: 21.11.2012.

    II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jitħassru.

    A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

    1.

    Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).


    Top