This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0702
2013/702/EU: Council Decision of 7 October 2013 on the signing, on behalf of the European Union and its Member States, and provisional application of the Protocol to the Agreement on Cooperation and Customs Union between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of San Marino, of the other part, regarding the participation, as a contracting party, of the Republic of Croatia, following its accession to the European Union
2013/702/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni, bħala parti kontraenti, tar-Repubblika tal-Kroazja, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
2013/702/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni, bħala parti kontraenti, tar-Repubblika tal-Kroazja, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 322, 3.12.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/702/oj
3.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ottubru 2013
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni, bħala parti kontraenti, tar-Repubblika tal-Kroazja, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
(2013/702/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 u l-Artikolu 352, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8),
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta’ San Marino għall-adattament, permezz ta’ Protokoll, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra (1), rigward il-parteċipazzjoni tal-Kroazja bħala parti kontraenti, fid-dawl tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni (“il-Protokoll”). |
(2) |
In-negozjati dwar il-Protokoll saru mill-Kummissjoni u ġew konklużi reċentament. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
(4) |
Il-Kroazja aderiet mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. |
(5) |
Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħha bħala parti kontraenti fil-Ftehim mid-data tal-adeżjoni tagħha, il-Protokoll għandu jiġi applikat provviżorjament minn dik id-data, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja bħala parti kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna(i) bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 5, mill-1 ta’ Lulju 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BERNATONIS
(1) ĠU L 84, 28,3.2002, p. 43.