EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0415

2013/415/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Tristan da Cunha fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir ta’ Mayotte minn dik il-lista (notifikata bid-dokument C(2013) 4848) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 206, 2.8.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0626

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/415/oj

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/7


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Tristan da Cunha fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir ta’ Mayotte minn dik il-lista

(notifikata bid-dokument C(2013) 4848)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/415/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq il-lista mfassla u aġġornata skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi wkoll li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ listi bħal dawn, għandhom jitqiesu l-kontrolli min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3), telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi u jistgħu skont dan jiġu esportati lejn l-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi. Din il-lista tindika wkoll ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Fid-19 ta’ Diċembru 2012, l-awtorità kompetenti ta’ Tristan da Cunha, parti minn Saint Helena, il-Gżira ta’ Ascension u Tristan da Cunha, f’territorju barrani tar-Renju Unit, ippreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ Awwista (friska jew iffriżata) fl-Unjoni. L-applikazzjoni kienet appoġġjata minn deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ kontroll u informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur adegwata relatata ma’ awwista esportata lejn l-Unjoni. Din l-informazzjoni kienet sussegwentement ivvalutata mill-Kummissjoni u ma ġew identifikati ebda defiċjenzi. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u garanziji, Tristan da Cunha tista’ tiġi inklża fil-lista tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2006/766/KE għal awwista.

(5)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus ta’ Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (4), Mayotte mhux se tibqa’ pajjiż jew territorju barrani u se ssir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. L-annotazzjoni għal Mayotte fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandhom għalhekk jitneħħew f’dik id-data.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2006/766/KE, l-annotazzjoni għall-Saint Helena tinbidel b’dan li ġej:

“SH

SAINT HELENA

Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Tristan da Cunha u Ascension

 

TRISTAN DA CUNHA

Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Saint Helena u Ascension

Awwist biss (frisk jew iffriżat)”

Artikolu 2

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, titħassar l-entrata għall-Mayotte.

Artikolu 3

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.

(4)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.


Top