EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0708

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 708/2013 tat- 23 ta' Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 200, 25.7.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/708/oj

25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 708/2013

tat-23 ta' Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi żmien il-perjodu stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7,9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19,10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (imsejjaħ “strixxa LED”) li jikkonsisti minn dajowds li jitfgħu d-dawl (LEDs), tranżisters, reżistenzi u dajowds ta' protezzjoni. L-elementi huma mmuntati f'ċirkwit stampat fil-forma ta' strixxa metallika flessibbli b'faxx adeżiv protett fil-qiegħ minn karta li tinqala' b'dimensjonijiet ta' bejn wieħed u ieħor 17 × 1 ċm. L-elementi huma konnessi ma' xulxin.

Il-kuntatti fuq it-truf strixxa ippreparati għall-issaldjar (pereżempju, wajers) jippermettu konnessjoni ma’ provvista tal-enerġija ta’ 12 V DC.

L-artikolu jarmi d-dawl meta jiġi fornut b’kurrent elettriku.

L-artiklu huwa tagħmir tad-dawl intenzjonat għall-użu, pereżempju, fl-għamara.

 (*) Ara l-istampa.

9405 40 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 9405 , 9405 40  u 9405 40 99 .

Minħabba li l-artiklu jikkonsisti f’montaturi ta’ ċirkwiti stampati (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-sottointestatura 8443 99 10 li tkopri l-montaturi elettroniċi), la jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-materjali semikondutturi u lanqas ta' LED diskreta fi ħdan it-tifsira tal-intestatura 8541 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8541 hija eskluża.

L-oġġett għandu l-karatteristiċi oġġettivi kollha ta’ tagħmir tad-dawl tal-intestatura 9405 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8543 hija eskluża.

Meta jitqiesu l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu l-Artikolu għandha l-karattru essenzjali ta’ vettura kompleta tagħmir tad-dawl ta’ titlu 9405 bħala funzjoni li teħtieġ biss li jkun imqabbad ma’ provvista ta’ enerġija.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9405 40 99 bħala tagħmir (fittings) oħrajn tad-dawl.

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


Top