This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0711
Commission Implementing Regulation (EU) No 711/2013 of 24 July 2013 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2013 tal- 24 ta' Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2013 tal- 24 ta' Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 200, 25.7.2013, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 711/2013
tal-24 ta' Lulju 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Ġugarell f’forma ta’ figorin mhux immuntat tal-plastik, twil madwar 4,5 ċm, li jikkonsisti f’żewġ partijiet. Huwa ppreżentat f’kontenitur tal-plastik f’forma ta’ bajda li tikkonsisti f’żewġ nofsijiet separabbli li jinagħqdu sew flimkien fit-truf. Dan il-figorin għandu karatteristiċi umanojdi ta’ raġel. Ma għandux partijiet li jiċċaqalqu jew ħwejjeġ li jistgħu jinqalgħu u jżomm il-pożizzjoni tiegħu mingħajr appoġġ. Il-figorin jirrappreżenta saħħar minn serje tal-komiks u jifforma parti minn kollezzjoni ta’ karattri oħra mis-serje. |
9503 00 95 |
Il-klassifika hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 5(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 9503 00 u 9503 00 95 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 9503 00 21 bħala pupi hija eskluża, minħabba li l-prodott mhuwiex pupa. Pupa huwa mudell ta’ karattru uman maskil jew femminil, tipikament ta’ tarbija, tifel jew tifla żgħira jew mudelli tal-moda. Figorini riġidi żgħar li jistgħu jżommu l-pożizzjoni tagħhom mingħajr appoġġ ma jitqisux bħala pupi. Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 9503 00 49 bħala ġugarelli li jirrappreżentaw annimali jew kreaturi mhux umani, apparti milli dawk mimlija, hija wkoll eskluża, peress li l-karatteristiċi oġġettivi tal-karattru rappreżentati mill-figorin huma dawk ta’ raġel; ma għandu l-ebda karatteristika ta’ annimal jew mhux umana. Huwa figorin umanojdu li jirrapprżenta karattru tal-kotba tal-komiks (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-kodiċijiet NM minn 9503 00 81 sa 9503 00 99 ). Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9503 00 95 , bħal ġugarelli oħra tal-plastik. |