EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0364

2013/364/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/364/PESK tat- 8 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

ĠU L 188, 9.7.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/364/oj

9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/364/PESK

tat-8 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (1) li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ sat-30 ta' Ġunju 2012.

(2)

Fl-10 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/372/PESK (2) li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ għal 18-il xahar sal-31 ta' Diċembru 2013.

(3)

L-ammont ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sat-30 ta' Ġunju 2013. Huwa meħtieġ ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatat mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.

(4)

Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2010/330/PESK:

"2b.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 15 400 000.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 179, 11.7.2012, p. 22.


Top