Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0353

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 353/2013 tat- 18 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar, iċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa, il-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda

    ĠU L 109, 19.4.2013, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/353/oj

    19.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 109/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 353/2013

    tat-18 ta’ April 2013

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar, iċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa, il-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha ssir skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

    (2)

    Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2010, l-2011 u l-2012, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa b’seħħ mill-1 ta’ Mejju 2013 u l-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda b’seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2013.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

    (3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


    ANNESS

    “ANNESS XVIII

    DAZJI ADDIZZJONALI TA’ IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

    Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Numru tas-Serje

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Perjodu tal-applikazzjoni

    Livelli tal-iskattar

    (f’tunnellati)

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

    462 389

    78.0020

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    30 766

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

    13 080

    78.0075

    Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

    15 100

    78.0085

    0709 91 00

    Qaqoċċ

    Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

    37 475

    78.0100

    0709 93 10

    Qarabagħli

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

    85 538

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

    468 160

    78.0120

    0805 20 10

    Klementini

    Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

    86 205

    78.0130

    0805 20 30

    0805 20 50

    0805 20 70

    0805 20 90

    Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

    Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

    93 949

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

    311 193

    78.0160

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

    101 513

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

    124 303

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

    703 063

    78.0180

    Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

    73 884

    78.0220

    0808 30 90

    Lanġas

    Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

    225 388

    78.0235

    Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

    33 797

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

    4 930

    78.0265

    0809 21 00

    0809 29 00

    Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

    Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

    33 967

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

    Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    2 712

    78.0280

    0809 40 05

    Għanbaqar

    Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    10 441 ”


    Top