This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0176
2013/176/EU: Commission Implementing Decision of 9 April 2013 correcting the Dutch version of Annex IV to Council Directive 2000/29/EC on protective measures against the introduction into the Community of organisms harmful to plants or plant products and against their spread within the Community (notified under document C(2013) 1962)
2013/176/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ April 2013 li tikkoreġi l-verżjoni Olandiża tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (notifikata bid-dokument C(2013) 1962)
2013/176/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ April 2013 li tikkoreġi l-verżjoni Olandiża tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (notifikata bid-dokument C(2013) 1962)
ĠU L 102, 11.4.2013, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ April 2013
li tikkoreġi l-verżjoni Olandiża tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2013) 1962)
(2013/176/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni tal-lingwa Olandiża tad-Direttiva 2000/29/KE kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE (2) fiha żball. Fil-punt 32.1 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV, il-kliem “met uitzondering van Europese en mediterrane landen” iddaħħlu bi żball u għalhekk għandhom jitħassru. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ma ġewx affettwati. |
(2) |
Għalhekk, id-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi kkoreġuta skont dan. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tikkonċerna biss il-verżjoni Olandiża.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 116, 3.5.2002, p. 16.