Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0329

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2013 tal- 10 ta’ April 2013 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor riporti mis-sena tas-suq 2012/2013

    ĠU L 102, 11.4.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/329/oj

    11.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/12


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 329/2013

    tal-10 ta’ April 2013

    li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor riporti mis-sena tas-suq 2012/2013

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 85, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (2), jistabbilixxi skadenzi li fihom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet taz-zokkor riporti għas-sena tas-suq li jmiss.

    (2)

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, Artikolu 1 tar-Regolament ta‘ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2013 (3) estiż, għas-sena tas-suq 2012/2013, il-limiti taż-żmien li fihom l-Istati Membri jiddeterminaw l-iskadenza li fiha l-operaturi għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Istati Membri sabiex jirriportaw il-produzzjoni taz-zokkor żejjed.

    (3)

    Konsegwentament, l-iskadenzi li fihom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għandhom jiġu riporti għas-sena ta’ wara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, għandhom jiġu trasferiti kif xieraq.

    (4)

    Huwa għalhekk meħtieġ li ssir deroga, għas-sena tas-suq 2012/2013, mill-iskadenzi ffissati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta‘ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Permezz ta’ deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2013, il-kwantitajiet ta’ zokkor tal-pitravi u tal-kannamieli mis-sena tas-suq 2012/2013 li għandhom jiġu riporti għas-sena tas-suq li jmiss.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f”Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

    (3)  ĠU L 99, 9.4.2013, p. 13..


    Top