Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0213

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 213/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/213/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 213/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal-11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zzh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE) fil-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

    “12zzi

    32012 R 0493: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal-11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (ĠU L 151, 12.6.2012, p. 9).”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 493/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 151, 12.6.2012, p. 9.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top