Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0235

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 235/2012 tal- 31 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 81, 21.3.2013, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/235(2)/oj

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 235/2012

tal-31 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tiġi maħtura mill-Ġermanja u jikkoreġi l-Artikolu 59(7) tiegħu (2), irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/498/UE tas-17 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (3), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012, kif ikkoreġut bil-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43, iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

(5)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010):

“—

32012 R 0784: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 234, 31.8.2012, p. 4).”

2.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punti 21alb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE) u 21alc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE):

“—

32012 D 0498: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/498/UE tas-17 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 241, 7.9.2012, p. 52).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012):

“21apg.

32012 R 0601: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30), kif ikkoreġut bil-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43.”

4.

It-test tal-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE) jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 601/2012, kif ikkoreġuti permezz tal-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43 u (UE) Nru 784/2012, u d-Deċiżjoni 2012/498/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30.

(2)  ĠU L 234, 31.8.2012, p. 4.

(3)  ĠU L 241, 7.9.2012, p. 52.

(4)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top