This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0225
Decision of the EEA Joint Committee No 225/2012 of 7 December 2012 amending Annex XV (State aid) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 81, 21.3.2013, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 225/2012
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (1) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE skada u konsegwentement se jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
L-Anness XV għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-punt 1e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001) għandu jitħassar. |
2. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 360/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.
(2) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.