Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0219

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 219/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/219/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 219/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 626/2011 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 79/531/KEE (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim, tħassru fl-UE u konsegwentement għandhom jitħassru taħt il-Ftehim ŻEE.

    (4)

    L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test ta’ punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/531/KEE:) u 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE:) tal-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar.

    2.

    It-test tal-punt 4h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

    3.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 4l (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010) tal-Kapitolu IV:

    “4m.

    32011 R 0626: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).”

    4.

    It-test tat-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 1 u t-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 2 għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

    Artikolu 2

    L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 11h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

    2.

    Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 11l (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010):

    “11m.

    32011 R 0626: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1). (5)

    (5)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni.”"

    3.

    It-test tat-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 5 u t-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 6 għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 626/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (6), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1.

    (2)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 26.

    (3)  ĠU L 145, 13.6.1979, p. 7.

    (4)  ĠU L 344, 6.12.1986, p. 24.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

    (6)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top