This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0218
Decision of the EEA Joint Committee No 218/2012 of 7 December 2012 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) and Annex IV (Energy) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 81, 21.3.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 218/2012
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti tad-dar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (3), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1059/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/17/KE (5) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(6) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1060/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/2/KE (6) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE |
(7) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1061/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/12/KE (7) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(8) |
L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-punti 4a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), 4b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u 4f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Kapitolu IV huma mħassra. |
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 4h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Kapitolu IV:
|
3. |
It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 1 huwa mħassar. |
4. |
It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 2 huwa mħassar. |
Artikolu 2
L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-punt 11a (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), 11b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u 11f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) għandu jitħassar. |
2. |
Il-punti li ġejjin huma inseriti wara l-punt 11h (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE):
(8) Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni." (8) Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni." (8) Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni." (8) Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni." |
3. |
It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), it-Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 5 huwa mħassar. |
4. |
It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), it-Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 6 huwa mħassar. |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72, u (UE) Nru 1062/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1.
(2) ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17.
(3) ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47.
(4) ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64.
(7) ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.
(9) Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.