This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0214
Decision of the EEA Joint Committee No 214/2012 of 7 December 2012 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 81, 21.3.2013, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 214/2012
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/292/KE tal-24 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:
“7f. |
32009 D 0292: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/292/KE tal-24 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 79, 25.3.2009, p. 44).”. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2009/292/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 79, 25.3.2009, p. 44.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.